Snap Values
Rapport tat-Trasparenza
1 ta' Lulju 2024 - 31 ta' Diċembru 2024

Maħruġ:

20 ta' Ġunju 2025

Aġġornat:

1 ta' Lulju 2025

Aħna nippublikaw dan ir-rapport ta' trasparenza darbtejn fis-sena biex nipprovdu tagħrif dwar l-isforzi ta' sigurtà ta' Snap. Bħala parti mill-impenn tagħna għas-sigurtà u t-trasparenza, aħna kontinwament naħdmu biex dawn ir-rapporti jkunu aktar komprensivi u informattivi għall-ħafna partijiet interessati li jimpurtahom ħafna mill-għarbiel tal-kontenut tagħna, il-prattiċi tal-infurzar tal-liġi, u s-sigurtà u l-benesseri tal-komunità ta' Snapchat. 

Dan ir-Rapport ta' Trasparenza jkopri t-tieni nofs tal-2024 (1 ta' Lulju - 31 ta' Diċembru) Aħna naqsmu dejta globali dwar rapporti mill-utenti u skoperta proattiva minn Snap; infurzar mit-timijiet tas-Sigurtà tagħna f'kategoriji speċifiċi ta' ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità; kif irrispondejna għal talbiet mill-infurzar tal-liġi u l-gvernijiet; u kif irrispondejna għal avviżi ta' ksur tad-drittijiet tal-awtur u tat-trademarks. Nipprovdu wkoll tagħrif speċifiku għall-pajjiż f'sensiela ta' paġni marbuta.

Biex issib riżorsi addizzjonali għas-sigurtà u l-privatezza fuq Snapchat, ara t-tab tagħna Dwar ir-Rappurtar tat-Trasparenza fil-qiegħ tal-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-aktar verżjoni aġġornata ta' dan ir-Rapport ta' Trasparenza hija l-verżjoni bl-Ingliż.

Ħarsa ġenerali lejn l-Azzjonjiet Meħuda mit-Timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà Tagħna biex Jinfurzaw il-Linji Gwida tal-Komunità Tagħna

It-timijiet tas-Sigurtà tagħna jinfurzaw il-Linji Gwida tal-Komunità kemm b'mod proattiv (permezz tal-użu ta' għodod ta' skoperta awtomatizzati) kif ukoll b'mod reattiv (b'reazzjoni għar-rapporti), kif deskritt aktar fid-detall fit-taqsimiet li ġejjin ta' dan ir-rapport. F'dan iċ-ċiklu ta' rappurtar (H2 2024), it-timijiet tas-Sigurtà tagħna ħadu n-numri ta' infurzar li ġejjin:

Infurzar Totali

Għadd Totali ta' Kontijiet Uniċi Milquta

10,032,110

5,698,212

Hawn taħt qed nagħtu rendikont ta' kull tip ta' ksur konċernati mal-Linji Gwida tal-Komunità, fosthom iż-żmien medjan li għadda bejn il-ħin li identifikajna l-ksur tar-regoli (jew b'mod proattiv jew malli nirċievu rapport) u l-ħin li ħadna l-azzjoni finali kontra l-kontenut jew il-kont relevanti:

Raġuni tal-Politika

Infurzar Totali

Għadd Totali ta' Kontijiet Uniċi Milquta

Ħin Medjan ta' Turnaround (minuti) mill-Individwazzjoni sal-Azzjoni Finali

Kontenut Sesswali

3,860,331

2,099,512

2

Sfruttament Sesswali fuq it-Tfal

961,359

577,682

23

Fastidju u Bullying

2,716,966

2,019,439

7

Theddid u Vjolenza

199,920

156,578

8

Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju

15,910

14,445

10

Informazzjoni Falza

6,539

6,176

1

Impersonazzjoni

8,798

8,575

2

Kontenut Mhux Mixtieq

357,999

248,090

1

Drogi

1,113,629

718,952

6

Armi

211,860

136,953

1

Ħwejjeġ Oħra li Jeħtieġu Liċenzja

247,535

177,643

8

Kliem ta' Mibegħda

324,478

272,025

27

Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti

6,786

4,010

5

Matul il-perjodu ta' rapportar, sibna Rata ta' Kontenut Muri li Jikser ir-Regoli (VVR) ta' 0.01 fil-mija, li jfisser li minn kull 10,000 Snap u Storja li ntwerew fuq Snapchat, wieħed kien fih kontenut li nstab li kien qed jikser il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna.

Ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità Rrappurtati lit-Timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà Tagħna

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2024, b'reazzjoni għal rapporti fl-app dwar ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità tagħna, it-timijiet tas-Sigurtà ta' Snap ħadu total ta' 6,346,508 azzjoni ta' infurzar globalment, inklużi infurzar kontra 4,075,8383 kont uniku. Il-ħin medjan tat-timijiet tas-Sigurtà tagħna biex jieħdu azzjoni ta' infurzar b'reazzjoni għal dawk ir-rapporti kien ta' madwar 6 minuti. Spjegazzjoni skont il-kategorija ta' rappurtar huwa pprovdut hawn taħt.

Rapporti Totali ta' Kontenut u Kontijiet

Infurzar Totali

Għadd Totali ta' Kontijiet Uniċi Milquta

19,379,848

6,346,508

4,075,838

Raġuni tal-Politika

Rapporti dwar Kontenut u Kontijiet

Infurzar Totali

% tal-Għadd Totali tar-Rapporti fejn Snap Ħadet Azzjoni

Għadd Totali ta' Kontijiet Uniċi Milquta

Ħin Medjan ta' Turnaround (minuti) mill-Individwazzjoni sal-Azzjoni Finali

Kontenut Sesswali

5,251,375

2,042,044

32.20%

1,387,749

4

Sfruttament Sesswali fuq it-Tfal

1,224,502

469,389

7.40%

393,384

133

Fastidju u Bullying

6,377,555

2,702,024

42.60%

2,009,573

7

Theddid u Vjolenza

1,000,713

156,295

2.50%

129,077

8

Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju

307,660

15,149

0.20%

13,885

10

Informazzjoni Falza

536,886

6,454

0.10%

6,095

1

Impersonazzjoni

678,717

8,790

0.10%

8,569

2

Kontenut Mhux Mixtieq

1,770,216

180,849

2.80%

140,267

1

Drogi

418,431

244,451

3.90%

159,452

23

Armi

240,767

6,473

0.10%

5,252

1

Ħwejjeġ Oħra li Jeħtieġu Liċenzja

606,882

199,255

3.10%

143,560

8

Kliem ta' Mibegħda

768,705

314,134

4.90%

263,923

27

Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti

197,439

1,201

<0.1%

1,093

4

Meta mqabbel mal-perjodu ta' rappurtar preċedenti, naqqasna l-ħinijiet medjani ta' tibdil fil-kategoriji tal-politiki kollha b'medja ta' 90%. Dan it-tnaqqis seħħ fil-parti l-kbira għal sforz konġunt biex nespandu l-kapaċità ta' reviżjoni tagħna kif ukoll biex intejbu l-prijoritizzazzjoni ta' rapporti bbażati fuq is-severità tal-ħsara. Għamilna wkoll diversi bidliet immirati fl-isforzi tagħna ta' sigurtà fil-perjodu ta' rappurtar, li kellhom impatt fuq id-dejta rrappurtata hawnhekk, inkluż l-espansjoni tal-isforzi tagħna biex ninfurzaw kontijiet għal usernames u ismijiet murija li jiksru l-Linji Gwida tal-Komunità taghħna, l-introduzzjoni ta' aktar rappurtar u protezzjonijiet għall-Komunitajiet fuq Snapchat, u l-introduzzjoni ta' għażliet ta' rappurtar għal tipi addizzjonali ta' midja, bħal voicenotes, direttament lilna fl-app.

Dawn il-bidliet, kif ukoll sforzi oħra ta' sigurtà u forzi esterni, affettwaw b'mod partikolari ċerti oqsma ta' politika meta mqabbla mal-perjodu ta' rappurtar preċedenti. Dawn il-kategoriji ta' politika jinkludu: Kontenut relatat ma' suspett ta' Sfruttament u Abbuż Sesswali tat-Tfal (CSEA), Informazzjoni Falza li Tagħmel il-Ħsara, u Spam. Speċifikament:

  • CSEA: Fit-tieni nofs tal-2024, osservajna tnaqqis ta' 12% fir-rapporti relatati mas-CSEA, u naqqasna l-ħin medjan ta' risposta tagħna għas-CSEA rrappurtata b'99%. Dawn ix-xejriet huma mmexxija fil-parti l-kbira minn avvanzi kontinwi fl-isforzi tagħna ta' skoperta proattiva, li ppermettewlna nneħħu l-kontenut tas-CSEA qabel ma' seta' jiġi rrappurtat lilna u titjib li għamilna fil-proċessi tagħna biex nirrevedu u nieħdu azzjoni fuq rapporti tas-CSEA b'mod aktar effiċjenti. Anke b'dawn it-titjibiet, il-ħin tal-proċessar tas-CSEA tagħna huwa ogħla milli f'oqsma oħra ta' politika għaliex il-kontenut huwa soġġett għal proċess speċjalizzat li jinkludi reviżjoni doppja ma' tim magħżul ta' aġenti mħarrġa apposta.

  • Informazzjoni Falza li Tagħmel il-Ħsara: Osservajna żieda ta' 26% fil-volum irrappurtat ta' rapporti relatati ma' Informazzjoni Falza li Tagħmel il-Ħsara, immexxija primarjament minn avvenimenti politiċi, inkluża l-Elezzjoni tal-Istati Uniti ta' Novembru 2024.

  • Spam: F'dan il-perjodu ta' rappurtar, rajna tnaqqis ta' ~50% fl-infurzar totali u tnaqqis ta' ~46% fil-kontijiet uniċi totali infurzati b'reazzjoni għal rapporti ta' Spam suspettat, li jirrifletti titjib fl-għodod proattivi tagħna ta' skoperta u infurzar. Din hija kontinwazzjoni tal-isforzi tagħna biex nimmiraw l-ispam permezz ta' sinjali tal-kont, u nneħħu l-atturi tal-ispam aktar kmieni fl-attività tagħhom fuq il-pjattaforma. Dan l-isforz kien diġà għaddej matul l-aħħar perjodu ta' rappurtar, li matulu l-infurzar totali u l-kontijiet uniċi totali infurzati għall-Ispam naqsu b' ~65% u ~60% rispettivament.

Il-Ħidma Tagħna biex Nidentifikaw u Nieħdu Azzjoni B'Mod Proattiv Kontra Ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità Tagħna

Identifikazzjoni u Infurzar Proattiv tal-Linji Gwida tal-Komunità Tagħna


Aħna nużaw għodod awtomatizzati biex niskopru b'mod proattiv u, f'xi każijiet, ninfurzaw kontra l-ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Dawn l-għodod jinkludu t-teknoloġija tal-hash-matching (inklużi PhotoDNA u ċ-Child Sexual Abuse Imagery (CSAI) Match ta' Google), il-Content Safety API ta' Google,  u teknoloġija oħra mfassla apposta biex tiskopri test u midja abbużivi, xi kultant bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim awtomatiku. 

Fit-tieni nofs tal-2024, ħadna l-azzjonijiet ta' infurzar li ġejjin wara li skoprejna b'mod proattiv ksur tal-Linji Gwida tal-Kommunità tagħna bl-użu ta' għodod ta' skoperta awtomatizzati:

Infurzar Totali

Għadd Totali ta' Kontijiet Uniċi Milquta

3,685,602

1,845,125

Raġuni tal-Politika

Infurzar Totali

Għadd Totali ta' Kontijiet Uniċi Milquta

Ħin Medjan ta' Turnaround (minuti) mill-Individwazzjoni sal-Azzjoni Finali

Kontenut Sesswali

1,818,287

828,590

<1

Sfruttament Sesswali fuq it-Tfal

491,970

188,877

1

Fastidju u Bullying

14,942

11,234

8

Theddid u Vjolenza

43,625

29,599

9

Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju

761

624

9

Informazzjoni Falza

85

81

10

Impersonazzjoni

8

6

19

Kontenut Mhux Mixtieq

177,150

110,551

<1

Drogi

869,178

590,658

5

Armi

205,387

133,079

<1

Ħwejjeġ Oħra li Jeħtieġu Liċenzja

48,280

37,028

9

Kliem ta' Mibegħda

10,344

8,683

10

Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti

5,585

2,951

21

Niġġieldu l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal 

L-isfruttament sesswali ta' kwalunkwe membru tal-komunità tagħna, l-iktar ta' xi ħadd taħt l-età, huwa illegali, mistmerr u kontra l-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Ir-prevenzjoni, is-sejbiet u l-qerda ta' Child Sexual Exploitation and Abuse (CSEA) fuq il-pjattaforma tagħna hija prijorità ewlenija għal Snap u kontinwament intejbu l-ħiliet tagħna biex niġġieldu kontra dawn ir-reati u reati oħra.

Aħna nużaw għodod ta' skoperta ta' teknoloġija attiva biex ngħinu nidentifikaw kontenut relatat mas-CSEA. Dawn l-għodod jinkludu għodod ta' tqabbil tal-hash (inlużi PhotoDNA u s-CSAI Match ta' Google, biex jidentifikaw immaġni u vidjows illegali magħrufa tas-CSEA, rispettivament) u l-Google Content Safety API (biex jidentifikaw immaġni illegali ġdida, "qatt ma ġiet hashjata qabel"). Barra minn hekk, f'xi każijiet, nużaw sinjali ta' mġiba biex ninforzaw kontra attività oħra suspettata tas-CSEA. Nirrapportaw kontenut relatat mas-CSEA lin-National Center for Missing and Exploited Children (NCMEC) tal-Istati Uniti, kif meħtieġ mil-liġi. L-NCMEC imbagħad jikkoordina mal-infurzar tal-liġi domestiku jew internazzjonali, kif meħtieġ.

Fl-ewwel nofs tas-sena 2024, ħadna dawn l-azzjonjiet malli identifikajna CSEA fuq Snapchat (jew b'mod proattiv jew wara li daħlilna rapport dwaru):


Kontenut Totali Infurzat

Għadd Totali ta' Kontijiet Diżattivati

Għadd ta' Rapporti Mressqa lin-NCMEC*

1,228,929

242,306

417,842

*Innota li kull sottomissjoni lill-NCMEC jista' jkun fiha bosta biċċiet ta' kontenut. It-total tal-biċċiet individwali tal-midja sottomessi lill-NCMEC huwa ugwali għall-kontenut totali tagħna infurzat.

Il-Ħidma Tagħna biex Nipprovdu Riżorsi u Għajnuna lis-Snapchatters fil-Bżonn

Snapchat jagħti s-setgħa lill-ħbieb biex jgħinu lil xulxin fi żminijiet diffiċli billi jipprovdi riżorsi u appoġġ għas-Snapchatters fil-bżonn. 

L-għodda ta' tiftix tagħna Here For You  tipprovdi riżorsi minn esperti meta l-utenti jfittxu ċerti suġġetti relatati mas-saħħa mentali, ansjetà, dipressjoni, stress, ħsibijiet suwiċidali, niket u bullying. Żviluppajna wkoll paġna ddedikata għas-sesstorsjoni finanzjara u riskji u danni sesswali oħra, fi sforz biex nappoġġjaw lil dawk li jinsabu f'diffikultà. Il-lista globali tagħna ta' riżorsi ta' sigurtà hija disponibbli pubblikament għas-Snapchatters kollha, fiċ-Ċentru tagħna tal-Privatezza, is-Sigurtà u l-Politika. 
Meta t-timijiet tas-Sigurtà tagħna jsiru konxji ta' Snapchatter għaddej/ja minn diffikultà, huma mgħammra biex jipprovdu riżorsi ta' prevenzjoni u appoġġ biex ma jagħmlux ħsara lilhom infushom, u biex ninnotifikaw lis-servizzi ta' emerġenza, kif meħtieġ. Ir-riżorsi li naqsmu huma disponibbli fuq il-lista globali tagħna tar-riżorsi ta' sigurtà, li hija disponibbli għas-Snapchatters kollha.

Ħinijiet Totali ta' Riżorsi ta' Suwiċidju Maqsuma

64,094

Appelli

Hawn taħt nipprovdu informazzjoni dwar appelli li rċevejna mingħand utenti li talbu reviżjoni tad-deċiżjoni tagħna li nsakkru l-kont tagħhom fit-tieni nofs tal-2024.

Raġuni tal-Politika

Għadd Totali ta' Appelli

Restituzzjonijiet Totali

Deċiżjonijiet Totali li Ssapportjajna

Żmien Medjan ta' Turnaround (f'jiem) biex Nipproċessaw Appell

TOTALI

493,782

35,243

458,539

5

Kontenut Sesswali

162,363

6,257

156,106

4

Sfruttament Sesswali fuq it-Tfal

102,585

15,318

87,267

6

Fastidju u Bullying

53,200

442

52,758

7

Theddid u Vjolenza

4,238

83

4,155

5

Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju

31

1

30

5

Informazzjoni Falza

3

0

3

<1

Impersonazzjoni

847

33

814

7

Kontenut Mhux Mixtieq

19,533

5,090

14,443

9

Drogi

133,478

7,598

125,880

4

Armi

4,678

136

4,542

6

Ħwejjeġ Oħra li Jeħtieġu Liċenzja

9,153

168

8,985

6

Kliem ta' Mibegħda

3,541

114

3,427

7

Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti

132

3

129

9

Ħarsa Ġenerali Reġjun b'Reġjun u Pajjiż b'Pajjiż

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet tat-timijiet tas-Sigurtà tagħna biex jinfurzaw il-Linji Gwida tal-Komunità, tagħna, kemm b'mod proattiv kif ukoll b'reazzjoni għal rapporti ta' ksur fl-app, f'kampjun ta' reġjuni ġeografiċi. il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna jgħoddu għall-kontenut kollu fuq Snapchat—u s-Snapchatters kollha—madwar id-dinja kollha; jinsabu fejn jinsabu.

Tista' tniżżel il-fajl CSV mehmuż għal iktar tagħrif dwar pajjiżi individwali, fosthom il-Pajjiżi Membri kollha tal-UE.


Ħarsa lejn l-Għemejjel tat-Timijiet tas-Sigurtà tagħna biex iwettqu r-Regoli tal-Komunità 

Reġjun

Infurzar Totali

Għadd Totali ta' Kontijiet Uniċi Milquta

L-Amerika ta' Fuq

3,828,389

2,117,048

L-Ewropa

2,807,070

1,735,054

Il-Bqija tad-Dinja

3,396,651

1,846,110

Totali

10,032,110

5,698,212

Ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità Rrappurtati lit-Timijiet tas-Sigurtà Tagħna

Reġjun

Rapporti dwar Kontenut u Kontijiet

Infurzar Totali

Għadd Totali ta' Kontijiet Uniċi Milquta

L-Amerika ta' Fuq

5,916,815

2,229,465

1,391,304

L-Ewropa

5,781,317

2,085,109

1,378,883

Il-Bqija tad-Dinja

7,681,716

2,031,934

1,319,934

Totali

19,379,848

6,346,508

4,090,121

Identifikazzjoni u Infurzar Proattiv tal-Linji Gwida tal-Komunità Tagħna

Kontijiet u Kontenut Imneħħija

Għadd Totali ta' Kontijiet Uniċi Milquta

1,598,924

837,012

721,961

417,218

1,364,717

613,969

3,685,602

1,868,199

Għarbiel tar-Riklami

Snap hija impenjata li tiżgura li r-reklami kollha jkunu konformi mal- politiki dwar ir-reklamartagħna. Aħna nemmnu f'approċċ responsabbli għar-reklamar, u noħolqu esperjenza sigura għas-Snapchatters kollha. Ir-reklami kollha huma suġġetti għar-reviżjoni u l-approvazzjoni tagħna. Barra minn hekk, nirriżervaw il-jedd li nneħħu reklami, inkluż b'reazzjoni għall-kummenti u ħsibijiet tal-utenti, li huma xi ħaġa li nieħdu bis-serjetà. 


Hawn taħt inkludejna tagħrif dwar l-għarbiel tagħna għal reklami mħallsa li jiġu rrappurtati lilna wara l-publikazzjoni tagħhom fuq Snapchat. Innota li r-reklami fuq Snapchat jistgħu jitneħħew għal varjetà ta’ raġunijiet kif deskrittifil-Politiki dwar ir-Reklamar ta’ Snap, inkluż kontenut qarrieqi, kontenut għall-adulti, kontenut vjolenti jew inkwetanti, diskors ta’ mibegħda, u ksur tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, issa tista' ssib il-Gallerija tar-Reklami ta' Snapchat fiċ-ċentru tat-trasparenza ta' Snap, aċċessibli direttament permezz tal-bar tan-navigazzjoni.

Għadd Totali ta' Reklami Rrapportati

Għadd Totali ta' Reklami Mneħħija

43,098

17,833