Snap Values

l-Awstralja

Maħruġ: 15 ta' Diċembru 2023

Aġġornat: 10 ta' Diċembru 2025

Is-sigurtà fuq l-internet ta' Snapchat

Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex noħolqu atmosfera sigura u sabiħa għal kreattività u fejn tista tesprimi ruħek fuq Snapchat. F'kull aspett tal-pjattaforma tagħna, aħna impenjati biex intejbu s-sigurtà filwaqt li nirrispettaw il-valuri tal-privatezza tal-komunità tagħna. Jekk jogħġbok żur iċ-Ċentru tas-Sigurtà għal iktar dettalji dwar:

Dejjem tista' tikkuntattjana hawn bi kwalunkwe mistoqsijiet, tħassib jew ilmenti li jista jkollok dwar il-politiki u l-proċessi tas-sigurtà ta' Snap. 

Tagħrif għall-ġenituri u t-tuturi tal-adoloxxenti

Skont il-Liġi tal-Età Minima biex Tuża l-Midja Soċjali taħt Taqsima 4A tal-Att tas-Sigurtà fuq l-Internet tal-2021 (“SMMA”), dawk biss li għandhom 16-il sena jew iktar jista' jkollhom kont ta' Snapchat ġewwa l-Awstralja. Se nieħdu passi raġonevoli biex inwaqqfu utenti taħt l-età ta' 16-il sena milli jkollhom kontijiet. Utenti jista jkollhom jivverifikaw l-età tagħhom għal din ir-raġuni. Utenti se jkollhom għadd ta' għażliet disponibbli biex jagħmlu hekk. Se nispjegaw liema tagħrif se niġbru, għaliex u kif se nipproċessawh waqt li utent ikun qed iwettaq il-proċess biex jivverifika l-età. Jekk insiru nafu li kont huwa ta' xi ħadd iżgħar minn 16-il sena, se nsakkru dak il-kont. Se nagħtu istruzzjonijiet ċari dwar kif tniżżel id-data tiegħek jekk jiġri hekk. Għal iktar tagħrif, jekk jogħġbok aqra l-Artiklu tal-Għajnuna tagħna hawn u l-artiklu tal-blogg tagħna hawn. Għal iktar tagħrif marbut ma kif nipproċessaw id-data tiegħek skont l-SMMA, jekk jogħġbok aqra l-Istqarrija tal-Privatezza Awstraljana tagħna hawn.

Il-Gwida għall-Ġenituri għal Snapchat tagħna tagħti tagħrif, għodda u riżorsi oħra lill-ġenituri u lill-kustodji legali tal-utenti adoloxxenti tagħna. Tipprovdi introduzzjoni għal Snapchat, ħarsa lejn is-salvagwardji li daħħalna fis-seħħ biex inħarsu s-sigurtà tal-adoloxxenti, gwida għaċ-Ċentru tal-Familja li huwa ġabra ta' għodda ta' kontroll għall-ġenituri, lista dwar is-sigurtà għall-ġenituri u riżorsi oħra.

Il-Kummissarju tas-Sigurtà Diġitali

Il-Kummissarju tas-Sigurtà Diġitali huwa r-regolatur tas-sigurtà fuq l-internet tal-Awstralja. L-għan tiegħu huwa li jħares lill-Awstraljani kollha mill-perikli tal-internet u biex irawwem atmosfera iktar sigura u isbaħ fuq l-internet. Biex jaqdi dmirijietu, juża s-setgħat mogħtija lilu mil-liġijiet tal-gvern Awstraljan, l-iktar l-Att tas-Sigurtà fuq l-Internet tal-2021. Fost ħwejjeġ oħra, il-Kummissarju tas-Sigurtà Diġitali Awstraljan għandu għadd ta' skemi regolatorji fejn l-Awstraljani jistgħu jirrappurtaw il-kontenut li jagħmel il-ħsara fuq l-internet fosthom l-abbuż diġitali fuq l-adulti, il-bullying diġitali fuq it-tfal u l-abbuż bl-istampi. 

Għal iktar tagħrif dwar ir-rwol u l-ħidma tal-Kummissarju tas-Sigurtà Diġitali jew biex tikseb l-għodda u r-riżorsi ppubblikati mill-Kummissarju tas-Sigurtà Diġitali, tista' żżur dil-paġna. Jekk jogħġbok żur dil-paġna għal iktar tagħrif dwar kif tressaq ilment lill-Kummissarju tas-Sigurtà Diġitali.

Żomm f'moħħok li aħna m'għandix x'naqsmu mal-kontenut tas-siti barranin, fosthom is-sit tal-Kummissarju tas-Sigurtà Diġitali.