Snap Values
Ċentru tal-Politiki

Politika ta' Monetizzazzjoni tal-Ħallieq

Nixtiequ nagħtu premju finanzjarju lill-ħallieqa talli jippubblikaw kontenut ta' kwalità għolja b'konsistenza fuq Snapchat. L-għanijiet tal-programm ta' monetizzazzjoni tal-kontenut huma li:

  • L-iSnapchatters iħossu li meta jiftħu l-kontenut tiegħek, qed jinvestu ħinhom sew, u

  • Ir-Reklamaturi jkunu ħerqana biex jorbtu d-ditti tagħhom mal-kontenut tiegħek. 

Biex tkun eliġibbli biex iddaħħal il-flus mill-kontenut li ttella', il-kontenut għandu jimxi mal-politiki msemmija fuq dil-paġna, kif ukoll:

Suġġeriment: il-kontenut tiegħek għandu jimxi mal-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut biex ikun jista' jilħaq pubbliku usa' mis-segwaċi tiegħek. 

Il-politiki ta’ monetizzazzjoni f’din il-paġna huma distinti mill-Politika dwar il-Kontenut Kummerċjali, li tgħodd għar-reklami fil-kontenut, jiġifieri, il-kontenut sponsorizzat.

Kif nista' nsir eliġibbli għall-monetizzazzjoni?

Il-ħallieqa privati jistgħu jiksbu iktar informazzjoni hawn:

Sir af iktar fuq kif tista' ddaħħal il-flus fuq Snapchat 


Għaqdiet, bħalma huma kmamar tal-aħbarijiet jew kumpaniji tax-xandir oħra fdati, jistgħu jiksbu l-informazzjoni minn hawn:

Sensiliet ta' Snapchat | Imsieħba tal-Kontenut

Kif inwettqu dal-Politiki tal-Għemil tal-Flus?

It-Tim tal-kontenut ta' Snap iqis il-kontijiet (il-ħallieqa jew l-imsieħba) bit-tagħrif kollu li jkollu dwarhom. Nużaw taħlita ta' għarbiel mill-bnedmin u mill-algoritmi biex insibu x-xejriet ta' xi ħadd li qed itella' l-kontenut li mhux tal-istandards biex jagħmel il-flus minnu. Nisimgħu ukoll x'għandhom xi jgħidu l-utenti, id-ditti u nies oħra interessati. Jekk il-kont tiegħek ma jimxix ma' dal-politiki, taf ma tkunx tista' titħallas.  Nafu wkoll inneħħu r-riklami minn xi kontenut jew nissospendu jew inneħħu għalkollox is-sehem tiegħek fil-programm tal-għemil tal-flus. 

Tista' ssib iktar dettalji dwar kif inqisu l-kontenut fir-Regoli tal-Għemil tal-Flus ta' Snap u fir-Regoli ta' Spotlight li huma disponibbli għall-kontijiet eliġibbli.

Politiki tal-Għemil tal-Flus

Aħna nixtiequ nippremjaw lil min, b'mod konsistenti, joħloq kontenut ta' kwalità. Tista' tikseb sens tal-kriterji tagħna għall-kwalità tal-kontenut billi taqra l-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut. Jekk bħala regola ġenerali jew ta' sikwit ittella' kontenut li “mhux eliġibbli għas-suġġerimenti”, x'aktarx m'intix xi ħadd li jista' jagħmel il-flus bil-kontenut fuq Snapchat.

Minbarra li dejjem jimxu mal-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut, il-kontijiet li jagħmlu l-flus għandhom ikunu dejjem konsistenti u ġenwini.


Tista' tagħmel il-flus jekk:

Ittella' kontenut oriġinali, interessantili tkunu ħloqtu int jew l-għaqda tiegħek. Jekk tkun qed ittella' l-kontenut ta' ħaddieħor, trid iżżid miegħu b'mod siewi u trasformattiv. Biex ittella' kontenut ta' ħaddieħor b'mod siewi u trasformattiv, jeħtieġlek iżżid, kummenti, kritika, bidliet, analiżi jew xi ħaġa li żżid valur fejn jidħlu l-edukazzjoni u d-divertiment max-xogħol oriġinali. Bħal, ngħidu aħna:

  • Ir-reazzjoni għal filmat (ngħidu aħna, iżżid il-kummenti tiegħek għal replay tal-isport)

    • Wiċċek għandu jintwera sew.

    • Għandek tkun qed titkellem matul il-filmat. Jekk tipponta subgħajk jew iċċaqlaq rasek biss, ma tkunx qed titkellem. 

    • Ir-reazzjoni tiegħek għandha tkun marbuta mal-kontenut li erġajt tellajt.

    • Il-ħoss għandu jkun marbut mal-kontenut.

  • Tuża l-filmati għar-reviews (ngħidu aħna, titkellem dwar film waqt li turi l-biċċiet tal-filmat addattati)

  • Tagħmel muntaġġ ta' filmati b'mod kreattiv (ngħidu aħna, ġabra tal-aqwa għaxar kejkijiet tat-tiġien, miġbura f'lista li jwasslu sal-aqwa, b'iktar dettalji, bil-kumnenti tiegħek u/jew b'xi żidiet kreattivi)

  • Turi filmati mill-midja soċjali meta l-kontenut jkun kemm 1) ċar dwar min ħoloq ix-xogħol oriġinali 2) ikollu kummenti oriġinali dwar is-siwi tiegħu b'rabta mal-ġrajjiet fis-seħħ, ix-xejriet jew it-taħditiet pubbliċi importanti

Ittella' kontenut ġenwin li jibni l-fiduċja bejn l-iSnapchatters u r-riklamaturi. Ma tqarraq b'ħadd. L-ismijiet tal-kontenut jew id-daħliet jgħinu lil dak li jkun jifhem eżatt x'se jsib fil-bqija tal-kontenut tiegħek.


Ma tistax tagħmel il-flus jekk:


Din lista mhux kompluta tal-kontenut li ma jistax jintuża biex tagħmel il-flus. Fost l-eżempji hemm: 


Inti primarjament jew ta' spiss tippubblika kontenut mhux oriġinali li ma ħloqtx int u li ma ttrasformajtx b'mod sinifikanti, bħal:

  • Filmati jew ġabriet ta' filmati mhux mibdula mis-sensiliet tat-televiżjoni, mill-films, mill-filmati tal-mużika

  • Terġa' ttella' l-kontenut tal-midja soċjali li jkun tella' ħaddieħor

 

Ittella' kontenut li jirrepeti bħal, ngħidu aħna, terġa' ttella' l-istess kontenut tiegħek jew kontenut duplikat jew iddisinjat biss biex in-nies jiftħuh aktar milli biex jiddeverti jew jinforma, bħal:

  • Terġa' tuża l-istess stampa ewlenija għal għadd ta' drabi

  • Terġa' ttella' l-istess kontenut jew kontenut li jixtiebah għal għadd ta' drabi u tgħid li huwa kontenut ġdid

  • Ittella' Snaps b'differenzi żgħar ħafna minn xulxin bħal, ngħidu aħna, tagħmel sinjal b'rasek jew tipponta lejn l-istess kwotazzjonijiet għadd ta' drabi wara xulxin.  

Ta' sikwit ittella' kontenut mhux ġenwin li jqarraq bin-nies (anki jekk is-suġġett tiegħu mhux “serju” daqs il-politika, is-saħħa jew ġrajjiet traġiċi). Il-lixka għall-ingaġġ tkun qarrieqa għax toħloq aspettattiva li qatt ma tagħti riżultati, bħal:

  • Ritratt li m'għandux x'jaqsam mal-kontenut (ngħidu aħna, ritratt ta' xi ħadd magħruf li mbagħad ma jissemmiex fil-bqija tal-istorja)

  • Stampa jew stampi li jaħsdu lil dak li jkun (ngħidu aħna, stampi li mal-ewwel daqqa t'għajn taħsibhom il-partijiet ġenitali) 

  • Qlajja' (ngħidu aħna, qlajja' li attur jista' jagħmilha ta' karattru partikolari f'film li se joħroġ dalwaqt)

  • Ġrajjiet tal-imgħoddi li tgħid li huma ġrajjiet kurrenti (ngħidu aħna, l-arrest ta’ xi ħadd magħruf li ġara ħafna snin ilu imma tgħid li għadu kemm seħħ)

  • Midja manipulati b'mod qarrieqi (ngħidu aħna, tibdel ritratt ta' ġisem jew wiċċ xi ħadd biex taparsi tgħid li kien hemm bidla kbira jew tibdel ritratt ta' serp biex iġġibu jidher kbir daqs karozza tal-linja, eċċ.)

  • Kontenut tar-“reazzjonijiet” li ma juri l-ebda reazzjoni, li mhux marbut mal-filmat li tkun qed tirreaġixxi għalik jew li jipprova jaħbi r-reazzjoni