
Iċ-Ċentru tas-Sigurtà ta' Snapchat
Snapchat huwa mod faċli u divertenti biex taqsam mumenti mal-familja u mal-ħbieb. Il-parti l-kbira tal-komunità tagħna tuża Snapchat kuljum, allura mhix sorpriża li l-ġenituri u l-għalliema regolarment jitolbuna l-pariri. Aħna naqsmu l-istess tħassib tiegħek u nixtiequ noħolqu atmosfera sigura u divertenti għall-kreattività u l-espressjoni.

Ir-Rappurtar huwa Faċli!
Kif Tirrapporta mill-App
Tista’ faċilment tirrapporta kontenut mhux xieraq direttament lilna fl-app! Sempliċiment agħfas u żomm fuq is-Snap, imbagħad agħfas fuq il-buttuna 'Irrapporta l-iSnap'. Għarrafna dwar x'inhu jiġri — aħna se nagħmlu l-almu tagħna biex ngħinu! Tgħallem iżjed dwar kif tirrapporta abbuż fl-app u niżżelil-Gwida fil-Qosor għar-Rappurtar fuq Snapchat tagħna.

Is-Sigurtà hija ir-Responsabbiltà tal-Komunità
Mill-bidu nett, l-għan fundamentali ta' Snapchat kien li tagħti s-setgħa lin-nies biex jesprimu lilhom infushom permezz ta-kamera tagħhom. Ma ridniex noħolqu netwerk soċjali fejn int awtomatikament iżżid lil kull persuna li taf fil-lista tal ħbieb tiegħek, jew fejn tara biss il-kontentut li hu l-aktar popolari. Minflok, ridna nagħmluha aktar faċli għan-nies, il-pubblikaturi, u d-ditti biex jgħidu l-istejjer tagħhom — bil-mod tagħhom!
Għall-kumpanija ta' Snap, is-sigurtà u l-benesseri tal-komunità tagħna huma ta' l-ogħla prijorità għalina. Dawn it-tragwardi jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-prodotti, il-faċilitajiet, u l-programmi varji marbutin mas-sigurtà li Snap ħadmet fuqhom sa mill-bidu tal-kumpanija.
L-iSnaps huma maħluqa bil-ħsieb għal komunikazzjoni faċli, u għalhekk dawn jitħassru awtomatikament! Il-ħbieb se jaraw dak biss li tibgħatilhom direttament, jew li tagħżel li ttella' pubblikament fi Story tiegħek.
Snap dejjem impenjata għas-sigurtà u l-benesseri tal-komunità tagħna, u t-timijiet, il-prodotti, il-politiki u s-sħubijiet tagħna jintegraw il-prinċipji tas-sigurtà sa mill-istadju tad-disinn biex iżommu lil kull Snapchatter sigur u infurmat.
Minbarra t-tim intern tagħna li jiffiltra l-kontenut u li jaħdem biex direttament iżomm il-pjattaforma tagħna sigura, naħdmu flimkien ma' esperti fl-industrija u organizzazzjonijiet mhux governattivi biex nipprovdu riżorsi u appoġġ lill-iSnapchatters fil-bżonn.
Il-Programm ta' Trusted Flaggers tagħna kien ifformulat biex jipprovdi appoġġ lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), aġenziji tal-gvern magħżula, u msieħba tas-sigurtà li joffru appoġġ lill-komunità ta' Snapchat u jirrapportaw kontenut li jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna.
Il-membri tal-Bord Konsultattiv dwar is-Sigurtà tagħna jipprovdu wkoll edukazzjoni, isaqsu mistoqsijiet importanti, jidentifikaw tħassib, u jagħtu parir lil Snap dwar kif iżżomm lill-komunità ta’ Snapchat sigura.
Permezz tas-sħubijiet tagħna, irnexxielna noħolqu riżorsi bħalma hi Hawn Għalik, taqsima apposta fil-Fittiexa li turi riżorsi u kontenut li huma lokalizzati mmexxijin minn organizzazzjonijiet professjonali mingħajr skop ta’ qligħ li jidhru meta n-nies ifittxu kliem assoċjat ma' kriżi, u nedejna, Safety Snapshot, il-programm tagħna ta’ litteriżmu diġitali maħsub biex jeduka lill-iSnapchatters dwar kwistjonijiet bħall-privatezza tad-dejta, is-sigurtà, u s-sigurtà fuq l-internet. Għal aktar informazzjoni dwar ir-riżorsi tas-saħħa tagħna, niżżel il-Gwida fil-Qosor għar-Riżorsi tas-Saħħa ta' Snapchat!
Biex nifhmu aħjar kif qed jesperjenzaw l-internet iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti, Snap wettqet riċerka dwar il-benesseri diġitali tal-Ġenerazzjoni Z. L-istudju, ibbażat fuq aktar minn erbgħin sena ta’ riċerka dwar il-benesseri suġġettiv, ġie adattat għall-ambjent onlajn biex jinħoloq Indiċi tal-Benesseri Diġitali (DWBI), li jkejjel il-benesseri psikoloġiku onlajn tal-Ġenerazzjoni Z. Fl-2022, għamilna stħarriġ ma’ adoloxxenti (ta’ bejn it-13 u s-17-il sena), żgħażagħ (ta’ bejn it-18 u l-24 sena) u ġenituri ta’ adoloxxenti ta’ bejn it-13 u d-19-il sena f’sitt pajjiżi: l-Awstralja, Franza, il-Ġermanja, l-Indja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Staqsejnihom dwar l-espożizzjoni tagħhom għal diversi riskji onlajn u, abbażi ta’ dawk ir-riżultati u tweġibiet attitudinali oħra, żviluppajna DWBI għal kull pajjiż u riżultat aggregat għas-sitt pajjiżi flimkien. L-Indiċi tal-Benesseri Diġitali tal-2022 għas-sitt pajjiżi jlaħħaq 62. Biex taqra aktar dwar l-Indiċi tal-Benesseri Diġitali u s-sejbiet tar-riċerka, jekk jogħġbok żur il-paġna tagħna dwar id-DWBI.

Suġġerimenti biex Tibqa' Sigur
Hekk kif Snapchat kibret bħala kumpanija matul is-snin, il-privatezza u s-sigurtà tiegħek dejjem baqgħu prijorità. Madankollu, hemm xi passi li tista' tieħu biex tkun żgur li tibqa' iktar sigur!
Kun ġentili u rrispetta lil Snapchatters oħrajn. Aħseb dwar x'se tieħu fuq Snap, u tibgħatx kontenut li n-nies ma jkunux jixtiequ jirċievu.
Ftakar li, avolja l-iSnaps huma ddisinjati biex jitħassru bħala standard, dejjem hemm ċans li xi ħbieb jistgħu jieħdu screenshot jew jużaw apparat ieħor biex jieħdu ritratt.
Iċċekkja l-għażliet tal-privatezza tiegħek biex tagħżel min jista' jibgħatlek l-iSnaps, jew jara l-Istejjer tiegħek u l-post fejn tinsab fuq il-Mappa ta' Snap.
Snapchat kienet magħmula biex iżżomm f'kuntatt mal-ħbieb tal-qalb, allura ma nissuġġerux li żżid bħala ħbieb lil dawk li ma tafx fil-verità.
Aqra u segwi r-Regoli tal-Komunità tagħna, u pprova għin lil sħabek biex isegwuhom ukoll!
Jekk tiltaqa' ma' xi ħaġa li ddejqek, jew jekk xi ħadd jitolbok biex tagħmel xi ħaġa mhix xierqa jew li tagħmlek skomdu, jekk jogħġbok irrapportalna l-iSnap — u tkellem mal-ġenitur tiegħek jew ma' xi adult li tafda dwar dak li ġara.
Jekk ikollok bżonn tirrapporta xi ħaġa, sempliċiment agħfas u żomm fuq kwalunkwe Snap li tkun qed tara, u mbagħad agħfas fuq il-buttuna 'Irrapporta Snap' biex tikkuntattjana. Tista' wkoll tirrapporta tħassib dwar is-sigurtà ta' Snapchat fuq il-web.
Jekk tesperjenza bullying jew fastidju minn xi ħadd, irrapportalna l-iSnap — u tkellem mal-ġenituri tiegħek jew ma' xi adult li tafda dwar dak li ġara. Tista' wkoll tibblokkja lil dik il-persuna u titlaq minn kwalunkwe group chat fejn qed isir il-bullying.
Għajnuna Oħra: Snapchat għandu wkoll sħubija mal-Crisis Text Line biex jipprovdi aktar appoġġ u riżorsi lill-iSnapchatters fl-Istati Uniti. Sempliċiment ibgħat messaġġ bil-kelma 'KIND' fuq 741741 biex titkellem ma' konsulent imħarreġ f'każijiet ta' kriżi, minn Crisis Text Line. Dan is-servizz huwa bla ħlas u disponibbli 24/7!
Żomm il-password tiegħek sigur u taħt l-ebda ċirkustanza m'għandek taqsmu ma' persuni, applikazzjonijiet jew websajts. Nissuġġerixxu wkoll li tuża password differenti għal kull servizz li tuża.
Dan l-Istazzjon Sejjieb inħoloq biex iżid il-litteriżmu diġitali u jħarreġ l-iSnapchatters dwar sigurtà, u pariri u suġġerimenti dwar il-privatezza.
Fuq Sejjieba tista' tara Stejjer tal-ħbieb, Stejjer tal-Pubblikaturi, Spettakli, u l-Mappa ta' Snap biex tkun taf x'qed jiġri madwar id-dinja! Tista' tiddeċiedi wkoll liema kontenut tas-Sejjieba tixtieq tara.
Ħbieb: L-Istejjer tal-Ħbieb huma mqassmin skont ma' min tiddjaloga l-aktar, allura ġeneralment se tara l-iżjed in-nies li jinteressawk. Tgħallem iżjed dwar kif tieħu ħsieb il-lista ta' ħbieb tiegħek jew kif iżżid ħbieb ġodda.
Abbonamenti: Taħt it-taqsima tal-Ħbieb, se tara l-kontenut favorit tiegħek mingħand pubblikaturi, ħallieqa, u kontenut ieħor li inti abbonat għalihom. Dawn qegħdin f'ordni ta' liema Storja ġiet aġġornata l-aħħar.
Sejjieba: Hawn se ssib lista dejjem tikber ta' Stejjer rakkomandati minn pubblikaturi u ħallieqa li għadek m'abbonajtx għalihom — kif ukoll Stejjer Sponsorjati, u Stejjer mill-komunità tagħna minn madwar id-dinja. Jekk verament ma togħġbokx xi Storja li tara, tista' dejjem tagħfasha u żżommha magħfusa, u agħfas fuq 'Aħbi' biex taħbi dik l-Istorja u oħrajn bħalha.
Kif Taħbi Stejjer fuq Sejjieba: Tista' dejjem taħbi kwalunkwe Storja li ma tridx tara. Sempliċiment agħfas u żomm fuq l-Istorja, u agħfas fuq 'Aħbi'.
Kif Tirrapporta Stejjer fuq Sejjieba: Jekk tiltaqa' ma' xi ħaġa mhix xierqa fuq Sejjieba, jekk jogħġbok ikkuntattjana! Sempliċiment agħfas u żomm fuq l-iSnap mhux xieraq, u agħfas fuq 'Irrapporta Snap' biex tirrapportah.
Snapchat titlob li l-individwi jkollhom 13-il sena (jew l-età minima li persuna tista' tuża l-pjattaforma skont il-liġi lokali), u jekk niddeterminaw li l-kont huwa ta' xi ħadd iżgħar minn dik l-età, nieħdu azzjoni biex nitterminawh.