Snaps u Taħditiet
L-istess bħal meta titħaddet ma' xi ħadd wiċċ imb wiċċ jew waqt telefonata, meta titħaddet bl-iSnaps jew b'Taħditiet tista' taqsam dak li għandek f'moħħok dak il-ħin — mingħajr ma awtomatikament iżżomm kopja permanenti ta' kulma tkun għedt.
Żomm f'moħħok li jekk tixtieq, xorta tista' tagħżel li tissejvja Snap qabel tibgħatha. Min jirċeviha dejjem jista' jieħu ritratt tal-iskrin. Tista' wkoll tissejvja messaġġ f'Taħditiet — kemm tagħfas fuqu. Snapchat tagħmilhielek eħfef li tissejvja dak li hu importanti mingħajr ma tgħabbik bil-bqija.
Il-proċess taż-żamma tal-iSnaps tfassal mill-bidu nett biex iħares il-privatezza. Tista' tagħżel jekk l-iSnaps tiegħek jistgħux jintrefgħu fuq Snapchat. Biex Snap tkun tista' tintrefa', kemm tagħżel li l-iSnap ma tiskadi qatt. Dejjem tista' tħassar kull messaġ li bgħatt, anki dawk l-iSnaps li erfajt f'Taħditiet. Kemm tagħfas u żżomm subgħajk fuqu biex ma jibqax merfugħ. Meta tissejvja Snap, jew qabel jew wara li tibgħatha, tista' tibda tagħmel parti mill-Memorji tiegħek. Meta xi ħabib(a) tiegħek jissejvja/tissejvja Snap, tista' ssir parti mill-Memorji tagħhom. Biex tikseb informazzjoni iktar dettaljata dwar Memorji, agħti titwila lejn it-taqsima Memorji t'hawn.
Dejjem tista' tuża t-Taħditiet bil-Leħen u bil-Vidjo biex tikkomunika ma' Sħabek. Jekk tixtieq tħallilhom biss messaġġ bil-leħen, tista' tagħmel hekk ukoll — kemm tagħfas u żżomm l-ikona tal-mikrofonu biex tirreġistra Messaġġ bil-Leħen. L-iSnapchatters jistgħu wkoll jużaw il-faċilità tat-Traskrizzjoni tal-Messaġġi bil-Leħen biex niktbu dak li jkun qed jingħad waqt it-Taħditiet bil-Leħen ħalli jkunu jistgħu jinqraw.
L-iSnaps u t-Taħditiet bejnek u bejn sħabek huma privata u bħala regola standard jitħassru — anki t-Taħditiet bil-Leħen u bil-Vidjo — u dan ifisser li ma niċċekkjawx xi jkun intqal biex nippersonalizzaw l-esperjenza tagħna, biex nagħtuk xi suġġerimenti jew biex nuruk ir-riklami. Dan ifisser ukoll li ma nafux fuqiex qed titħaddet jew tibgħat bħala Snaps, ħlief b'ċerti eċċezzjonijiet marbuta mas-sigurtà (bħal, ngħidu aħna, meta jidħlilna xi rapport li l-kontenut jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna jew biex inżommu lill-ispammers milli jibagħtulek programmi jew kontenut ieħor li jagħmel il-ħsara) jew sakemm ma titlobniex nifhmu x'qed jingħad (bħal, ngħidu aħna, meta tuża l-faċilità tat-Traskrizzjoni tat-Taħditiet bil-Leħen).
Snapchat għall-Internet
Snapchat għall-Internet iħallik tuża Snapchat mill-kompjuter tiegħek bl-istess esperjenza ta` meta tuża l-app ta` Snapchat. L-ewwel jeħtieġlek tidħol fil-kont ta' Snapchat tiegħek. Wara li tidħol nafu nibagħtu notifikazzjoni lill-app ta' Snapchat tiegħek biex niżguraw li m'hemm ħadd ieħor li qed jipprova jidħol fil-kont tiegħek.
Kif tidħol fil-kont tiegħek għandek issib li Snapchat għall-Internet jixbah ħafna lill-app ta' Snapchat, b'xi differenzi żgħar li għandek tkun taf dwarhom. Jekk, ngħidu aħna, qed iċċempel lil xi ħadd minn Snapchat għall-Iinternet, mhux se tkun tista' tuża l-Lentijiet jew l-għodod kreattivi kollha. Se nkunu qed nagħmlu iktar bidliet fi Snapchat għall-Internet u għalhekk nistednuk taqra r-riżorsi t'hawn taħt biex issir taf iktar!
Gen AI ✨
Generative AI is a type of technology that learns from large amounts of data and is designed to create new content – like text, images or visuals, and videos. Generative AI is part of the Snapchat experience and we are committed to its responsible development. We are constantly working on new ways to enhance our features with the use of generative AI to make Snapchat more interactive and personalized to you. For example, by offering generative AI Lenses that take you back to the 90s or imagine your next summer job. Many features are powered with generative AI, including My Selfies, AI Lenses, My AI (discussed in more detail below), Dreams, AI Snaps, and more
We may indicate that a feature or a piece of content is powered by generative AI by including a sparkle icon ✨, adding specific disclaimers, or tool tips. When you export or save your visual content, we add a Snap Ghost with sparkles ✨ to indicate that the visual was generated by AI.
We are constantly improving our technology. In order to do that, we may use the content and feedback you submit and the generated content to improve the quality and safety of our products and features. This includes improving the underlying machine learning models and algorithms that make our generative AI features work and may include both automated and manual (i.e., human) review or labeling of the content and any feedback you submit.
To make Snapchat’s generative AI features safe and meaningful for all users, please adhere to our Community Guidelines and our dos and don’ts of generative AI on Snapchat.
L-IA Tiegħi 🤖 ✨
L-IA Tiegħi huwa chatbot 🤖 mibni fuq teknoloġija tal-IA ġenerattiva ✨ mfassla abbażi tas-sikurezza. Tista' tiċċettja mal-IA Tiegħi direttament jew issemmi l-IA Tiegħi b'@ fil-konverżazzjonijiet. L-IA ġenerattiva hija teknoloġija li qed tiżviluppa u li tista' tipprovdi tweġibiet b'element ta' preġudizzju, li jkunu żbaljati, dannużi jew qarrieqa. Għalhekk, m'għandekx tibbaża fuq il-pariri tagħha. Lanqas għandek taqsam informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva — jekk tagħmel hekk, dan se jintuża mill-IA Tiegħi.
Il-konverżazzjonijiet tiegħek ma' l-IA Tiegħi jaħdmu b'mod differenti minn Chats u Snaps ma' Sħabek — aħna nżommu l-kontenut li tibgħat lil-IA Tiegħi u li tirċievi mingħandu (bħal Snaps u Chats) sakemm tħassar il-kontenut fl-Applikazzjoni jew tħassar il-kont tiegħek. Meta tinteraġixxi ma' l-IA Tiegħi, aħna nużaw il-kontenut li taqsam u l-post fejn tinsab int (jekk tkun attivajt il-kondiviżjoni tal-post ma' Snapchat) biex intejbu l-prodotti ta' Snap, inkluż biex insaħħu s-sikurezza u s-sigurtà ta' l-IA Tiegħi, u biex nippersonalizzaw l-esperjenza tiegħek, inklużi r-reklami.
L-IA Tiegħi tista' ssemmi wkoll il-post ġenerali fejn tinsab int, bħal x'belt tinsab fiha, jew il-bijografija li int tissettja għall-IA Tiegħi fit-tweġibiet tagħha (inkluż f'konverżazzjonijiet fejn issemmi lill-IA Tiegħi b'@).
Jekk għandek inqas minn 18-il sena, adult ta’ fiduċja — bħall-ġenitur jew il-kustodju tiegħek — tista' tuża ċ-Ċentru tal-Familja biex tara jekk int iċċettjajtx mal-IA Tiegħi u tixgħel jew titfi l-aċċess tiegħek għal IA Tiegħi. L-adulti ta' fiduċja ma jistgħux jaraw il-kontenut taċ-chats tiegħek mal-IA Tiegħi
Biex nipprovdu s-servizz tal-IA Tiegħi, nistgħu naqsmu l-informazzjoni tiegħek mal-fornituri ta' servizzi u mas-sħab tar-reklamar tagħna.
Aħna l-ħin kollu qed naħdmu biex intejbu l-IA Tiegħi. Jekk tixtieq tirraporta problema bl-IA Tiegħi, tista' tagħmel dan fl-applikazzjoni billi tagħfas u żżomm it-tweġiba taċ-Chat u ttaptap "Irraporta".
Biex issir taf iktar, aqra r-riżorsi t'hawn taħt!
Stejjer
Hemm iktar minn xorta ta' Story waħda fuq Snapchat u għalhekk tista' taqsam ħajtek mal-udjenza li tagħżel int. Bħalissa għandna dawn ix-xorta ta' Stejjer:
Story Privata. Jekk tixtieq taqsam Story ma' xi wħud minn Sħabek biss, tista' tagħżel Story Privata.
Story għall-Ħbieb tal-Qalb. Jekk tixtieq taqsam l-iStory tiegħek mal-Ħbieb tal-Qalb biss, agħżel Story għall-Ħbieb tal-Qalb.
L-Istorja Tiegħi - Sħabek. L-Istorja Tiegħi Sħabek tgħinek taqsam Storja ma' Sħabek kollha. Żomm f'moħħok li jekk mill-Għażliet tagħżel li l-Istorja Tiegħek Sħabek tista' tinfetaħ minn ‘Kulħadd’, l-Istorja Tiegħek titqies pubblika u kulħadd ikun jista' jiftaħha.
Stejjer Maqsuma. L-Istejjer Maqsuma huma stejjer bejnek u grupp ta' Snapchatters oħra.
Stejjer tal-Komunità. Jekk tagħmel parti minn xi Komunità ta' Snapchat, tista' tibgħat il-kontenut lill-Istorja tal-Komunità. Il-kontenut jitqies pubbliku u jista' jinfetaħ mill-membri tal-komunità.
L-Istorja Tiegħi - Pubblika. Jekk tixtieq l-istorja tiegħek tkun pubblika u tilħaq udjenza ikbar, ibgħat l-Istorja tiegħek lill-Istorja Tiegħi Pubblika u tista' tintwera fi mkejjen oħra tal-app, bħal Sejjieba.
Mappa ta' Snap. L-Istejjer mibgħuta lill-Mappa ta' Snap huma pubbliċi u jistgħu jintwerew fuq il-Mappa ta' Snap u barra l-pjattaforma ta' Snapchat.
Sakemm ma tibdilx l-għażliet, ma terfax l-Istorja fil-Profil Pubbliku tiegħek jew xi ħadd minn Sħabek ma jerfagħhiex f'Taħdita, il-biċċa l-kbira tal-Istejjer jitħassru wara 24 siegħa. Wara li tkun tellajt Storja, Sħabek u Snapchatters oħra se jkunu jistgħu jiftħuhom u jużawhom. Ngħidu aħna, jistgħu jużaw l-istess Lenti li tkun użajt, jużaw l-iSnap għal Snap oħra jew jaqsmuha ma' sħabek u ma' nies oħra.
Żomm f'moħħok: kulħadd jista' jieħu ritratt tal-iskrin jew jirreġistra l-iskrin waqt li tkun qed tintwera Storja!
Profili
Il-Profili jagħmluha eħfef li ssib l-informazzjoni u l-faċilitajiet ta' Snapchat li tixtieq. Hemm ħafna xorta ta' Profili fuq Snapchat fosthom Il-Profil Tiegħi, il-Profili tal-Ħbiberija, il-Profili tal-Gruppi u l-Profili Pubbliċi.
Il-Profil Tiegħi juri d-dettalji ta' Snapchat tiegħek bħal, ngħidu aħna, il-Bitmoji tiegħek, il-post fejn tinsab fuq il-Mappa, id-dettalji ta' sħabek u iktar. Il-Profil tal-Ħbiberija huwa profil speċjali għal kull ħbiberija u huwa fejn tista' ssib l-iSnaps u t-Taħditiet li rfajt, id-dettalji ta' Snapchat tal-ħabib tiegħek bħal, ngħidu aħna, il-Bitmoji tiegħu u l-post fejn jinsab fuq il-Mappa (jekk qed jaqsam dak il-post miegħek) u fejn tista' tieħu ħsieb il-ħbiberija kif ukoll tirrapporta, timblokka jew tneħħi dak il-ħabib. Il-Profili tal-Gruppi juru l-iSnaps u t-Taħditiet li rfajt mit-Taħdita tal-Grupp u d-dettalji ta' Snapchat ta' sħabek.
Il-Profili Pubbliċi jgħinu lill-iSnapchatters jinstabu fi Snapchat. Fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni, jekk għalaqt it-18-il sena, int eliġibbli għal Profil Pubbliku. Fil-Profil Pubbliku tiegħek tista' turi l-iktar Stejjer, Spotlights, Lentijiet jew informazzjoni oħra li laqtuk. Snapchatters oħra se jkunu jistgħu jsegwu l-Profil Pubbliku tiegħek. Għalkemm bħala regola standard l-għadd ta' segwaċi tiegħek mhux se jintwera, jekk tixtieq tista' tixegħlu mill-Għażliet.
Spotlight
Spotlight tgħinek tiskopri Snapchat minn post wieħed u taqsam miegħek l-iktar Snaps interessanti, ħalaqhom min ħalaqhom!
L-iSnaps u l-Kummenti mibgħuta lil Spotlight huma pubbliċi u għalhekk Snapchatters oħra se jkunu jistgħu jaqsmuhom kemm fuq Snapchat kif ukoll fi mkejjen oħra kif ukoll jerġgħu jużaw l-iSnaps ta' Spotlight. Ngħidu aħna, jistgħu jieħdu l-iSnap tiegħek int u tiżfen ħażin biex iddaħħak u jqiegħdu reazzjoni fuqha. Il-Profil Tiegħek huwa fejn tista' tieħu ħsieb u tikseb ħarsa ġenerali tal-iSnaps li bgħatt fuq Spotlight. Tista' wkoll timmarka liema kontenut ta' Spotlight jogħġbok u meta tagħmel hekk, aħna nżidu dak il-kontenut mal-lista tal-favoriti biex nagħtuk esperjenza ta' Spotlight iktar addattata għalik.
Int u tiskopri u tuża Spotlight, aħna se naddattaw il-kontenut ta' Spotlight għalik billi nuruk iktar kontenut li naħsbu li se jogħġbok. Jekk, ngħidu aħna, ftaħt ħafna Snaps dwar iż-żfin, aħna se nuruk iktar kontenut marbut maż-żfin. Nistgħu wkoll ngħarrfu lil sħabek meta taqsam, tissuġġerixxi jew tikkummenta fuq Snap ta' Spotlight.
Meta tibgħat l-iSnaps fuq Spotlight nitolbuk timxi mar-Regoli tal-Komunità, mar-Regoli ta' Spotlight u mal-Linji Gwida ta' Spotlight tagħna. Kull ħaġa li tibgħat fuq Spotlight tinħażen fuq is-servers tagħna sakemm tħassarha u tista' tibqa' tinstab fuq Snapchat għal tul ta' żmien. Jekk tixtieq tneħħi Snap li bgħatt fuq Spotlight, tista' tagħmel hekk mill-Profil tiegħek.
Memorji
Memorji tagħmilhielek eħfef li tagħti ħarsa lura lejn Snaps li kont erfajt u anki tibdilhom u terġa' tibgħathom! Aħna nżidu xi ftit żidiet ta' Snapchat mal-kontenut merfugħ f'Memorji (kif ujkoll għall-kontenut fl-album tal-kamera tat-tagħmir tiegħek jekk tajtna aċċess għalih) biex nagħtuk esperjenza iktar addattata għalik. Nagħmlu hekk billi nżidu t-tikketti skont il-kontenut biex tkun tista' ssibu iktar malajr u biex nifhmu x'kontenut jogħġbok l-iktar biex inkunu nistgħu nuruk kontenut bħalu f'Memorji jew fi mkejjen oħra tas-Servizzi tagħna, bħal Spotlight. Ngħidu aħna, jekk f'Memorji terfa' ħafna Snaps tal-kelb tiegħek, aħna nifhmu li hemm kelb u naddattawlek l-esperjenza billi nuruk Snaps ta' Spotlight jew riklami dwar l-isbaħ ġugarelli għall-kelb tiegħek!
Nafu nissuġġerulek ukoll kif taqsam il-Memorji u l-kontenut tal-album tal-kamera tiegħek ma' sħabek b'xi mod ġdid — bħal xi Lenti ferrieħa! — imma dejjem se tkun int li tagħżel meta u kif taqsamhom. Se ngħinuk ukoll tqalleb il-Memorji kollha tiegħek billi, ngħidu aħna, niġbruhom skont xi medda ta' żmien jew post, biex tkunlek eħfef biex toħloq l-iStejjer jew l-iSnaps ta' Spotlight bil-Memorji favoriti għalik.
Għalkemm il-fatt li żżomm kopja tal-Memorji fuq l-internet jgħin biex ma jintilfux, dan ma jfissirx li għandek iċċedi s-sigurtà u l-privatezza tiegħek. Dan kien il-ħsieb li wassalna biex infasslu “Għal Għajnejja Biss”, li hi faċilità li żżomm l-iSnaps tiegħek siguri, kodifikati u mħarsa b'password tal-għażla tiegħek. B'hekk, anki jekk xi ħadd jisraqlek il-mowbajl u b'xi mod jirnexxielu jiftaħ Snapchat, dawn l-iSnaps privati tiegħek jinżammu siguri. Mingħajr il-password, ħadd ma jista' jara dak li rfajt f'“Għal Għajnejja Biss” — lanqas aħna! Però, importanti li ma tinsiex il-password għax m'hemmx mod ieħor ta' kif tirkupra dawk l-iSnaps kodifikati.
Barra minn hekk, f'Memorji tista' ssib ir-ritratti maħluqa bl-IA fejn tintwerew int u sħabek. Ir-ritratti li tkun ħadt tiegħek innifsek li ttella' biex toħloq dawn ir-ritratti, jintużaw biex, bl-għajnuna tal-IA ġenerattiv, noħolqu stampi ġodda bik u bi sħabek fihom.
Lentijiet
Qatt ħsibt ftit kif Lentijiet jistgħu jagħtuk dawk il-widnejn ta' ġeru jew jibdlu lewn xagħrek?
Il-Lentijiet jaħdmu bit-teknoloġija tal-“għarfien tal-oġġetti”. It-teknoloġija tal-għarfien tal-oġġetti hija algoritmu mfassal biex jgħin lill-kompjuters jifhmu x'oġġetti qed jintwerew fi stampa. F'dan il-każ, tgħinna nifhmu li mnieħer huwa mnieħer jew li għajn hija għajn.
It-teknoloġija tal-għarfien tal-oġġetti ma tagħrafx wiċċek. Għalkemm il-Lentijiet jistgħu jifhmu x'inhu jew x'mhuwiex wiċċ, ma jagħrfux wiċċek minn wiċċ ħaddieħor!
Ħafna mil-Lentijiet tagħna jużaw l-IA ġenerattiva biex joħolqu esperjenzi ferrieħa u jibdlu d-dehra u l-esperjenza tiegħek f'xi ħaġa mhux tas-soltu.