Snap Values
Rapport tat-Trasparenza
1 ta' Jannar 2024 – 30 ta' Ġunju 2024

Maħruġ:

5 ta' Diċembru 2024

Aġġornat::

5 ta' Diċembru 2024

Aħna nippubblikaw dar-rapport tat-trasparenza darbtejn fis-sena biex nagħtu ħarsa lejn il-ħidma ta' Snap għal aktar sigurtà. Aħna impenjati nkompu b'din il-ħidma u kontinwament naħdmu biex nagħmlu dar-rapporti iktar dettaljati u iktar informattivi għal ħafna mill-investuri li huma nteressati fl-għarbiel tal-kontenut, il-ħidma tal-forzi tal-ordni u s-sigurtà u l-benesseri tal-komunità ta' Snapchat. 

Dar-Rapport tat-Trasparenza jitħaddet dwar l-ewwel nofs tas-sena 2024 (1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju). Kif għamilna bir-rapporti ta' qabel, se naqsmu d-dejta dwar l-volum ta' kontenut u kontijiet irrappurtati fl-app minn madwar id-dinja li waslu għand it-timijiet tal-Fiduċjà u s-Sigurtà tagħna u li tneħħew minħabba xi ksur ta' kategoriji speċifiċi tal-Linji Gwida tal-Komunità tagħna; u kif weġibna għat-talbiet mill-forzi taż-żamma tal-ordni u mill-gvernijiet u kif weġibna għat-tagħrif tal-ksur tal-jeddijiet tal-awtur u tal-marki kummerċjali. Nipprovdu wkoll ħarsa maqsuma f'kategoriji pajjiż b'pajjiż fil-fajls bil-ħolqa f'qiegħ dil-paġna.

Bħala parti mill-impenn kontinwu tagħna biex dejjem nkomplu ntejbu r-rapporti tat-trasparenza tagħna, qed inħabbru wkoll dejta ġdida li tiffoka fuq il-ħidma proattiva li wettaqna biex nidentifikaw u nieħdu azzjonijiet kontra firxa ikbar ta' ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Tajna did-dejta kemm bħala dejta ġenerali kif ukoll dejta maqsuma pajjiż b'pajjiż f'dar-rapport u se nkomplu nagħmlu hekk għar-rapporti tal-ġejjieni. Sewwejna wkoll żball fit-tikketti li konna qed nużaw għar-rapporti ta' qabel fejn konna nużaw “Għadd Totali ta' Kontenut Imneħħi” minflok “Għadd Totali ta' Kontenut u Kontijiet Imneħħija”. Issa qed nagħmluha ċara li d-dejta mogħtija f'dawk il-kolonni tirreferi kemm għall-kontenut kif ukoll għall-kontijiet imneħħija.

Għal iktar informazzjoni dwar il-politiki tagħna biex niġġieldu ħsarat potenzjali fuq l-internet u pjanijiet tagħna biex inkomplu ntejbu l-proċessi tar-rapporti tagħna, jekk jogħġbok aqra l-blogg tas-Sigurtà u l-Impatt riċenti tagħna dwar dar-Rapport tat-Trasparenza. Għal iktar riżorsi dwar is-sigurtà u l-privatezza fuq Snapchat, aqra t-tab Dwar ir-Rapporti tat-Trasparenza tagħna f'qiegħ dil-paġna.

Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li tista' ssib l-verżjoni l-iktar aġġornata ta' dar-Rapport tat-Trasparenza fil-verżjoni reġjonali EN-US tas-sit tagħna.

Ħarsa ġenerali lejn l-Azzjonjiet Meħuda mit-Timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà Tagħna biex Jinfurzaw il-Linji Gwida tal-Komunità Tagħna

It-timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna jinfurzaw il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna kemm b'mod proattiv (permezz tal-użu ta' għoddod awtomatiċi) u b'mod reattiv (azzjonijiet meħuda wara li jidħlu r-rapporti), kif spjegat f'iktar dettal fit-taqsimijiet li ġejjin ta' dan ir-rapport,. F'dan ir-rapport (l-ewwel nofs tas-sena 2024), it-timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna ħadu dawn l-azzjonjiet ta' infurzar li ġejjin: 

Hawn taħt qed nagħtu rendikont ta' kull tip ta' ksur konċernati tal-Linji Gwida tal-Komunità, fosthom iż-żmien medjan li għadda bejn il-ħin li identifikajna l-ksur tar-regoli (jew b'mod proattiv jew malli nirċievu rapport) u l-ħin li ħadna l-azzjoni finali kontra l-kontenut jew il-kont relevanti:

Matul il-perjodu ta' dar-rapport, sibna Rata ta' Kontenut Muri li Jikser ir-Regoli (VVR) ta' 0.01 fil-mija, li jfisser li minn kull 10,000 Snap u Storja miftuħa fuq Snapchat, waħda minnhom kellha xi kontenut li nstab li kien qed jikser il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna.

Ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità Rrappurtati lit-Timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà Tagħna

Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2024, grazzi għar-rapporti dwar ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità tagħna li tressqu mill-app, it-timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà ta' Snap wettqu 6,223,618 azzjoni ta' tneħħija ta' kontenut u kontijiet minn madwar id-dinja kollha, fosthom azzjonijiet kontra 3,842,507 kont uniku. Il-ħin medjan tat-timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna biex jieħdu azzjoni u jwettqu dan il-proċess wara li jirċievu rapport kienet ta' madwar 24 minuta. Hawn taħt qed nagħtu rendikont kategorija b'kategorija. 

Analiżi

L-volum ġenerali tar-rapporti li daħlulna fl-ewwel nofs tas-sena 2024 baqa', bejn wieħed u ieħor, l-istess bħal dak tas-sitt xhur ta' qabel. Did-darba rajna żieda ta' kontijiet u kontenut imneħħija u l-għadd ta' kontijiet uniċi milquta b'madwar 16%.

Matul l-aħħar 12-il xahar, Snap nediet proċess ġdid għar-rapporti għall-utenti li wassal għall-bidla fl-għadd ta' kontenut u kontijiet li daħlilna rapport dwarhom u li tneħħew u għaż-żieda fil-ħin meħtieġ biex inwettqu l-proċess meħtieġ għall-firxa taż-żmien ta' dar-rapport (l-ewwel nofs tas-sena 2024). Speċifikament:

  • Rapporti għat-Taħditiet tal-Gruppi: Nhar it-13 ta' Ottubru 2023, nedejna r-Rapporti għat-Taħditiet tal-Gruppi biex nagħtu lill-utenti s-setgħa li jirrappurtaw il-ksur tar-regoli li jseħħ f'taħditiet bejn numru ta' nies. Dil-bidla wasslet għal riżultati differenti fil-kategoriji li nirrappurtaw dwarhom (għax xi mġibiet li jistgħu jagħmlu l-ħsara għandhom ċans ikbar li jseħħu waqt taħdita) u għal żieda fil-kontenut u l-kontijiet li neħħejna. 

  • Titjib fil-Proċess tar-Rapporti tal-Kontijiet: Tejjibna wkoll il-faċilità tar-Rapporti tal-Kontijiet biex l-utenti li jirrappurtaw ikollhom l-għażla li jibagħtu evidenza ta' xi jkun intqal f'taħdita meta jirrappurtaw kont li jissuspettaw li jkun immexxi minn xi ħadd bi ħsibijiet ħżiena. Dil-bidla, li tagħtina iktar evidenza u kuntest biex inqisu rapporti dwar xi kont, daħlet fis-seħħ nhar id-29 ta' Frar 2024. 


Ir-Rapporti tat-Taħditiet, l-iktar ir-Rapporti tat-Taħditiet tal-Gruppi, huma fost l-iktar kumplessi u joħdulna ħafna ħin biex nirreveduhom u għalhekk domna iktar biex nipproċessaw ir-rapporti kollha. 

Ir-rapportar ta' xi suspett li jinkludu l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA), Fastidju u Bullying u Kliem ta' Mibegħda ntlaqtu b'mod partikolari b'dawn iż-żewġ bidliet imsemmija hawn fuq u bil-bidliet ġenerali fis-sistema. Speċifikament:

  • CSEA: Osservajna li kien hemm żieda fir-rapporti u t-tneħħija tal-kontijiet u l-kontenut marbuta mal-Kontenut tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA) fl-ewwel nofs tas-sena 2024. Speċifikament, rajna żieda ta' 64% fl-għadd ta' rapporti totali mressqa mill-utenti mill-app, żieda ta' 82% fl-għadd ta' kontenut u kontijiet totali imneħħija u żieda ta' 108% fl-għadd ta' kontijiet totali uniċi milquta. Dawn iż-żidiet ġejjin l-iktar mill-faċilitajiet tar-rapporti tad-Taħditiet tal-Gruppi u tar-Rapporti tal-Kontijiet li nedejna. Minħabba n-natura sensittva ta' dal-kontenut, għandna tim magħżul ta' aġenti mħarrġa apposta li jirrevedu rapporti fejn potenzjalment hemm xi ksur ta' regoli marbut mal-Kontenut tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA). L-għadd kbir ta' rapporti ġodda flimkien mal-ħtieġa li t-timijiet tagħna jaddattaw għat-taħriġ il-ġdid wasslu biex il-proċess jieħu iktar ħin. Għall-ġejjieni, kabbarna t-tim tal-kuntratturi tagħna minn madwar id-dinja b'mod sinifikanti biex innaqqsu l-ħin meħtieġ biex jitwettaq dal-proċess u nieħdu azzjoni kif suppost meta nirċievu rapporti ta' ksur potenzjali tar-regoli fejn jidħol il-Kontenut tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA). Nistennew li r-Rapport tat-Trasparenza tat-tieni nofs tas-sena 2024 tagħna se jirrifletti l-kisbiet ta' dil-ħidma billi nuru li tejjibna il-ħinijiet ta' dan l-proċess. 

  • Fastidju u Bullying: Skont ir-rapporti li daħlulna, osservajna li l-Fastidju u l-Bullying iseħħ iktar fit-taħditiet, b'mod partikolari fit-Taħditiet tal-Gruppi. It-titjib li nedejna għar-Rapporti tat-Taħditiet tal-Gruppi u r-Rapporti tal-Kontijiet jgħinna nieħdu azzjoniijiet iktar preċiżi aħna u nqisu r-rapporti ta' dil-kategorija. Barra minn hekk, minn żmien dar-rapport 'il quddiem, se nibdew nitolbu lill-utenti jiktbulna kumment meta jissottomettu rapport dwar il-fastidju u l-bullying. Se nqisu dal-kumment aħna u nifhmu l-kuntest ta' kull rapport. Flimkien, dal-bidliet wasslu għal iktar tneħħija ta' kontijiet u kontenut (+91%), għadd totali ta' kontijiet uniċi milquta (+82%) u żieda fil-ħin meħtieġ biex inwettqu dan l-proċess (+245 minuti) għal dawn ir-rapporti. 

  • Kliem ta' Mibegħda: Fl-ewwel nofs tal-2024, osservajna żidiet fl-għadd ta' kontenut irrappurtat, fl-għadd totali ta' kontenut u kontijiet imneħħija u fil-ħin meħtieġ biex inqisu r-rapporti tal-Kliem ta' Mibegħda. Speċifikament, rajna żieda ta' 61% fir-rapporti mressqa mill-app, żieda ta' 127% fl-għadd totali ta' kontijiet u kontenut imneħħija u żieda ta' 125% fl-għadd totali ta' kontijiet uniċi milquta. Fost ir-raġunijiet għal diż-żieda, kien hemm it-titjib fil-proċessi tar-rapporti fit-taħditiet tagħna (kif semmejna qabel) u kompliet tiggrava minħabba l-ambjent ġeopolitiku, b'mod partikolari b'rabta mal-kontinwazzjoni tal-kunflitt u gwerra bejn Iżrael u Hamas. 

Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha dar-rapport, rajna nuqqas ta' madwar 65% fl-għadd ta' kontenut u kontijiet imneħħija u nuqqas ta' madwar 60% fl-għadd ta' kontijiet totali uniċi milquta minħabba r-rapporti li ssuspettajna li huma Kontenut Mhux Mixtieq u Ksur tar-Regoli, li jirrifletti t-titjib fl-identifikazzjoni proattiva tagħna ta' dan il-kontenut u fl-għodod li nużaw biex inneħħu t-tali kontenut li jikser ir-regoli. Osservajna tnaqqis simili fl-għadd totali ta' kontenut u kontijiet imneħħija b'rabta mal-Ħsara fuqek Innifsek u Suwiċidju (tnaqqis ta' madwar 80%), li jirrifletti l-metodu aġġornat tagħna li jpoġġi l-vittma fiċ-ċentru tas-sitwazzjoni, fejn it-timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna, fil-każijiet xierqa, jibagħtu riżorsi lit-tali utenti biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom, minflok ineħħulhom l-kontenut jew il-kontijiet tagħhom. Dawn il-proċessi ħarġu mill-pariri tal-membri tal-Bord Konsultattiv dwar is-Sigurtà tagħna, inkluż professur pedjatriku u tabib li jispeċjalizza fi problemi mentali marbuta mal-midja interattiva u mal-internet.

Il-Ħidma Tagħna biex Nidentifikaw u Nieħdu Azzjoni B'Mod Proattiv Kontra Ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità Tagħna

Identifikazzjoni u Infurzar Proattiv tal-Linji Gwida tal-Komunità Tagħna


Aħna nużaw għoddod awtomatiċi biex nidentifikaw b'mod proattiv u, f'xi każijiet, inneħħu l-kontenut u l-kontijiet li jmorru kontra l-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Dawn l-għoddod jinkludu t-tqabbil tal-hashijiet (bħal PhotoDNA u Child Sexual Abuse Imagery (CSAI) Match ta' Google), għoddod għall-identifikazzjoni ta' kliem abbużiv (li jidentifikaw u jieħdu azzjonijiet bbażati fuq lista aġġornata ta' sikwit ta' kliem ewlieni u emojis abbużivi magħrufin) u teknoloġija li tuża għadd ta' tekniki ta' intelliġenza artifiċjali. 

Fl-ewwel nofs tas-sena 2024, ħadna dawn l-azzjonjiet wara li jdentifikajna b'mod proattiv, permezz tal-użu ta' għodod awtomatiċi, kontra ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità tagħna:

Niġġieldu l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal 

L-isfruttament sesswali ta' kwalunkwe membru tal-komunità tagħna, speċjalment minuri, huwa llegali, mistmerr u hu pprojbit mill-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Il-prevenzjoni, l-idenktifikazzjoni u l-qerda tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA) minn fuq il-pjattaforma tagħna hija ta' prijorità għolja għal Snap u kontinwament ntejbu l-ħiliet tagħna biex niġġieldu dawn ir-reati u reati oħra.

Aħna nużaw għoddod għall-identifikazzjoni b'teknoloġija attiva, bħall-PhotoDNA, tqabbil tal-hashijiet stretti u preċiżi u Child Sexual Abuse Imagery (CSAI) Match ta' Google biex nidentifikaw filmati u ritratti illegali magħrufa li juru l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA), rispettivament. Barra dan, f'xi każijiet, nużaw ħjiel tal-imġiba biex nieħdu azzjoni kontra għemil ieħor li jista jkun illegali marbut mal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA). Aħna nirrappurtaw il-kontenut marbut mal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA) lin-National Center for Missing and Exploited Children (NCMEC) tal-Istati Uniti tal-Amerka, kif titlob minna l-liġi. Il-NCMEC imbagħad, taħdem mal-forzi taż-żamma tal-ordni domestiċi u internazzjonali, skont il-ħtieġa.

Fl-ewwel nofs tas-sena 2024, ħadna dawn l-azzjonjiet malli identifikajna Kontenut tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal fuq Snapchat (jew b'mod proattiv jew wara li daħlilna rapport dwaru):

*Żomm f'moħħok li kull sottomissjoni lin-NCMEC jista' jkun fiha għadd ta' biċċiet ta' kontenut. L-għadd totali tal-biċċiet tal-midja individwi mibgħuta lin-NCMEC huma ekwivalenti għall-għadd totali ta' kontenut tagħna infurzat.

Il-Ħidma Tagħna biex Nipprovdu Riżorsi u Għajnuna lill-iSnapchatters li Jeħtiġuhom

Aħna jimpurtana ħafna mis-saħħa mentali u l-benesseri tal-iSnapchatters u nsejsu d-deċiżjonijiet tagħna li nibnu Snapchat bħala pjattaforma differenti mill-oħrajn fuq il-ħarsien tagħhom. Bħala pjattaforma mfassla għall-komunikazzjoni bejn il-ħbieb ta' veru, nemmnu li Snapchat hija pjattaforma unika li tista' tagħti s-setgħa lill-ħbieb jgħinu lil xulxin fi żmienijiet diffiċli. Huwa għalhekk li ħloqna riżorsi u għajnuna għall-iSnapchatters li jeħtiġuhom. 

L-għodda tat-tiftix Hawn Għalik tagħna turi riżorsi mill-imsieħba esperti lokali tagħna meta utenti jfittxu ċertu suġġetti marbuta mas-saħħa mentali, ansjetà, depressjoni, ma' ħsibijiet ta' suwiċidju, niket u bullying. Biex ngħinu lil dawk fit-tiġrib, ħloqna wkoll paġna apposta maħsuba għall-vittmi ta' rikatti sesswali għall-flus u għal riskji u ħsarat oħra marbuta mas-sess. Il-lista ġenerali tar-riżorsi tas-sigurtà tagħna hija miftuħa għall-iSnapchatters kollha u tista' tinstab miċ-Ċentru tal-Privatezza, tas-Sigurtà u tal-Politiki tagħna. 

Meta t-timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna jsiru jafu b'xi Snapchatter fit-tiġrib, jistgħu jressqu riżorsi ta' għajnuna u ta' prevenzjoni biex wieħed ma jagħmilx ħsara lilu nnifsu u meta jkun il-każ, jgħarrfu lill-ħaddiema tal-emerġenza. Ir-riżorsi li naqsmu jinsabu fil-lista ġenerali tar-riżorsi tas-sigurtà u huma disponibbli għall-iSnapchatters kollha.

Appelli

Hawn taħt qsamna d-dettalji dwar appelli li rċevejna mingħand utenti jitolbuna għal reviżjoni tad-deċiżjoni tagħna li nsakkrulhom il-kont:

* Kif semmejna fit-taqsima “Analiżi” t'hawn fuq, li nrażżnu t-tixrid ta' kontenut u għemil marbut mal-isfruttament sesswali fuq it-tfal hi ta' prijorità għolja. Snap tinvesti riżorsi sinifikanti biex tilħaq dal-għan u ma tittollera l-ebda mġiba ta' dix-xorta. Kabbarna l-għadd tat-timijiet tal-kuntratturi minn madwar id-dinja biex naddattaw għall-politiki u l-faċilitajiet tar-rapporti l-ġodda fuq Snapchat. Grazzi għal dan, bejn it-tieni nofs tas-sena 2023 u l-ewwel nofs tas-sena 2024 naqqasna l-ħin meħtieġ biex naqtgħu l-appelli marbuta mal-Kontenut tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal minn 152 jum għal 15-il jum. Il-ħidma tagħna biex inkomplu ntejbu l-proċessi ma taqta' xejn, anki fejn jidħol iż-żmien biex naqtgħu l-appelli.

Ħarsa Ġenerali Reġjun b'Reġjun u Pajjiż b'Pajjiż

Dit-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijet meħudin mit-timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna huma u jinfurzaw l-Linji Gwida tal-Komunità tagħna, kemm dak imwettaq b'mod proattiv, kif ukoll dak imwettaq bħala risposta għar-rapporti ta' ksur ta' regoli fl-app, bħala kampjun tar-reġjuni ġeografiċi. Il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna jgħoddu għall-kontenut kollu ta' Snapchat u għall-iSnapchatters kollha madwar id-dinja, jinsabu fejn jinsabu.

Tista' tniżżel il-fajl CSV mehmuż għal iktar tagħrif dwar pajjiżi individwali, fosthom il-Pajjiżi Membri kollha tal-UE.

Ħarsa ġenerali lejn l-Azzjonijiet tat-Timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna biex Jinforzaw il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna 

Ksur tal-Linji Gwida tal-Komunità Rrappurtati lit-Timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà Tagħna

Identifikazzjoni u Infurzar Proattiv tal-Linji Gwida tal-Komunità Tagħna

Għarbiel tar-Riklami

Snap impenjata li tiżgura li r-riklam kollha jimxu mal-politiki dwar ir-reklamar tagħna. Aħna nemmnu f'riklami responsabbli li jqisu lil kulħadd u li joħolqu esperjenza sigura u sabiħa għall-utenti kollha tagħna. Ir-reklami kollha huma suġġett għal reviżjoni u approvazzjoni minn naħa tagħna. Barra minn hekk, għandna l-jedd li nneħħu riklami, inkluż li nieħdu azzjoni meta utenti jaqsmu magħna kummenti u ħsibijiet, li jittieħdu b'serjetà kbira. 


Hawn taħt inkludejna ħarsa lejn il-proċess tal-għarbiel tagħna għar-riklami mħallsa li jiġu rrappurtati lilna wara li jintwerew fuq Snapchat. Żomm f'moħħok li r-riklami fuq Snapchat jistgħu jitneħħew għall-varjetà ta' raġunijiet imsemmija fil-Politiki dwar ir-Reklamar fuq Snap, fosthom kontenut qarrieqi, kontenut pornografiku, kontenut vjolenti jew keddej, kliem ta' mibegħda u ksur tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, issa tista' ssib il-Biblijoteka tar-Riklami ta' Snapchat fil-linja tan-navigazzjoni ta' dar-rapport tat-trasparenza.