F'Snap, aħna nikkontribwixxu għall-progress tal-bniedem billi nagħtu s-setgħa lin-nies biex jesprimu lilhom infushom, jgħixu fil-mument, jitgħallmu dwar id-dinja, u jieħdu pjaċir flimkien. Ħloqna dawn il-Linji Gwida tal-Komunitarji biex nappoġġjaw il-missjoni tagħna billi ninkoraġġixxu l-aktar firxa wiesgħa ta’ espressjoni personali, filwaqt li nistinkaw biex niżguraw li Snapchatters ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tagħna b’mod sikur kuljum. Irridu li dawn il-Linji Gwida jkunu ċari u jinftiehmu mill-membri kollha tal-komunità tagħna. Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li biex tingħaqad mal-komunità tagħna jeħtieġ li tkun għalaqt it-13-il sena.
Linji Gwida Komunitarji
Nota Dwar Ħsara Severa
Aħna partikolarment sensittivi għall-kontenut jew imġieba li joħolqu riskju ta’ ħsara serja lil Snapchatters, u nirriżervaw id-dritt li nieħdu azzjoni immedjata u permanenti kontra utenti li jimpenjaw ruħhom f’imġieba bħal din. Gwida addizzjonali dwar dak li nikkunsidraw li hija ħsara severa u kif nieħdu azzjoni kontriha hija disponibbli hawn.
Il-Linji Gwida Komunitarji japplikaw għall-utenti kollha u l-kontenut kollu
Dawn il-Linji Gwida japplikaw għall-kontenut kollu (li jinkludi l-isem l-utent u l-isem tal-wiri tiegħek, il-forom kollha ta' komunikazzjoni, bħal test, stampi, generative IA, links jew hemżiet, emojis, Lenses u għodod kreattivi oħrajn) jew imġiba fuq Snapchat — u għas-Snapchatters kollha. Aħna partikolarment sensittivi għall-kontenut jew l-imġieba li joħolqu riskju ta’ ħsara serja lil Snapchatters, u nirriżervaw id-dritt li nieħdu azzjoni immedjata u permanenti kontra utenti li jimpenjaw ruħhom f’imġieba bħal din. Gwida addizzjonali dwar dak li nqisu bħala ħsara severa u kif nieħdu azzjoni kontriha hija disponibbli hawn.
Snap toffri karatteristiċi tal-generative AI permezz tas-servizzi tagħna. Aħna nimplimentaw salvagwardji mfassla biex jgħinu biex il-kontenut tal-generative AI jinżamm konformi mal-Linji Gwida Komunitarji tagħna, u nistennew li Snapchatters jużaw l-AI b'mod responsabbli. Aħna nirriżervaw id-dritt li nieħdu azzjoni ta' infurzar xierqa kontra kontijiet li jużaw l-AI biex jiksru l-Linji Gwida Komunitarji tagħna, sa u inkluż it-terminazzjoni ta' kont.
Min jirreklama u sħab tal-midja f'Discover jaqblu ma' linji gwida addizzjonali, inkluż ir-rekwiżit li l-kontenut tagħhom ikun preċiż u, fejn xieraq, iċċekkjat bil-fatti. L-iżviluppaturi wkoll huma soġġetti għal regoli addizzjonali.
Spjegajna hawn u fit-Termini tas-Servizz tagħna, regoli speċifiċi għal kontenut li huwa pprojbit fuq Snapchat, u naħdmu biex niżguraw li dawn ir-regoli huma applikati b'mod konsistenti. Meta napplikaw dawn ir-regoli, aħna nqisu n-natura tal-kontenut, inkluż jekk huwiex denju ta’ aħbarijiet, fattwali, u jirrelata ma’ kwistjoni ta’ tħassib politiku, soċjali jew ieħor ġenerali għall-komunità tagħna. Kuntest addizzjonali dwar kif nimmoderaw il-kontenut u ninfurzaw il-politiki tagħna huwa disponibbli hawn. Nipprovdu wkoll links għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-Linji Gwida Komunitarji tagħna f'kull waħda mit-taqsimiet ta' hawn taħt.
Irridu li Snapchat tkun esperjenza sigura u pożittiva għal kulħadd. Aħna nirriżervaw id-dritt li niddeċiedu, fid-diskrezzjoni unika tagħna, liema kontenut jew imġieba jiksru l-ispirtu tar-regoli tagħna.
Linji Gwida Komunitarji
japplikaw għall-kontenut u l-imġiba kollha fuq il-pjattaforma u l-prodotti ta' Snapchat u jkopru t-temi li ġejjin:
Kontenut Sesswali
Nipprojbixxu kwalunkwe attività li tinvolvi l-isfruttar jew l-abbuż sesswali ta' minorenni, inkluż l-ixxerjar ta' ritratti ta' sfruttar jew abbuż sesswali tat-tfal, grooming, jew estorsjoni sesswali (sesstorsjoni), jew is-sesswalizzazzjoni tat-tfal. Nirrapportaw l-istanzi kollha identifikati ta’ sfruttament sesswali tat-tfal lill-awtoritajiet, inklużi tentattivi biex wieħed jidħol f’imġiba bħal din. Qatt tippubblika, tissejvja, tibgħat, tgħaddi, tqassam, jew titlob kontenut ta' persuni għarwenin jew sesswalment espliċiti li jinvolvu lil xi ħadd li għandu inqas minn 18-il sena (dan jinkludi li tibgħat jew tissejvja tali ritratti tiegħek stess)
La naċċettaw riklami, tixrid jew qsim ta' kontenut pornografiku u lanqas għemil kummerċjali marbut mal-pornografija jew mal-imġiba sesswali (kemm onlajn kif ukoll offlajn).
Bħala regola ġenerali, il-kontenut marbut mat-treddigħ jew nudità f'kuntesti mhux sesswali jista' jittella' fuq il-pjattaforma tagħna.
Fastidju u Bullying
Nipprojbixxu bullying jew fastidju ta' kwalunkwe tip. Dan jestendi għall-forom kollha ta' fastidju sesswali, inkluż li jintbagħtu immaġini mhux mixtieqa sesswalment espliċiti, suġġestivi jew nudi lil utenti oħra. Jekk xi ħadd jimblokkak, ma tistax tikkuntattjahom minn kont Snapchat ieħor.
Il-qsim ta' immaġini ta' persuna fi spazju privat — bħal kamra tal-banju, kamra tas-sodda, locker room, jew faċilità medika — mingħajr l-għarfien u l-kunsens tagħha huwa pprojbit, kif ukoll il-qsim ta' informazzjoni privata ta' persuna oħra mingħajr l-għarfien u l-kunsens tagħha jew għall-iskop ta' fastidju (jiġifieri, "doxxing").
Jekk xi ħadd jidher fuq is-Snap tiegħek u jitolbok tneħħih, jekk jogħġbok agħmel dan! Irrispetta d-drittijiet tal-privatezza tal-oħrajn.
Jekk jogħġbok tiffastidjax lil Snapchatter ieħor billi tabbuża bil-mekkaniżmi tar-rappurtar tagħna, bħal li tirrapporta kontenut li huwa permess b'mod intenzjonali.
Theddid, Vjolenza u Ħsara
L-inkoraġġiment jew l-involviment f'imġieba vjolenti jew perikoluża huwa pprojbit. Qatt m'għandek tintimida jew thedded li tagħmel ħsara lil persuna, grupp ta' nies jew il-proprjetà ta' xi ħadd.
Snaps ta' vjolenza gratwita jew grafika, inkluż abbuż fuq l-annimali, m'humiex permessi.
Aħna ma nippermettux il-glorifikazzjoni ta' awto-ħsara, inkluża l-promozzjoni ta' awto-korriment, suwiċidju, jew disturbi fl-ikel.
Informazzjoni Qarrieqa jew Falza li Tagħmel il-Ħsara
Aħna nipprojbixxu t-tixrid ta' informazzjoni falza li tikkawża ħsara jew li hija malizzjuża, bħaċ-ċaħda tal-eżistenza ta' avvenimenti traġiċi, talbiet mediċi mhux sostanzjati, iddgħajjef l-integrità tal-proċessi ċiviċi, jew il-manipulazzjoni ta' kontenut għal skopijiet foloz jew qarrieqa (sew jekk permezz ta' generative AI jew permezz ta' editjar qarrieq).
Nipprojbixxu li tippretendi li tkun xi ħadd (jew xi ħaġa) li m'intix, jew li tipprova tqarraq lin-nies dwar min int. Dan jinkludi l-impersonifikazzjoni ta' ħbieb, ċelebritajiet, figuri pubbliċi, ditti, jew nies jew organizzazzjonijiet oħra għal skopijiet ta' ħsara mhux satiriċi.
Ma naċċettawx li l-pjattaforma tagħna tintuża għall-ispam, fosthom kontenut sponsorjat jew li ġie mħallas b'ammont ta' flus mhux magħruf, li tħallas biex tixtri s-segwaċi, li tmexxi xi skema biex tikseb iktar segwaċi, li tirreklama apps mhux mixtieqa jew li tirriklama skemi ta' marketing f'diversi livelli jew skemi piramidali.
Nipprojbixxu l-frodi u prattiki qarrieqa oħra, inkluża l-promozzjoni ta’ oġġetti jew servizzi frawdolenti jew skemi ta' get-rich-quick, jew li jimitaw lil-Snapchat jew Snap Inc.
Attivitajiet Illegali jew Regolati
Tużax Snapchat biex tibgħat jew tippubblika kontenut li huwa illegali fil-ġurisdizzjoni tiegħek jew għal kwalunkwe attività illegali. Dan jinkludi l-promozzjoni, il-faċilitazzjoni, jew il-parteċipazzjoni f'attività kriminali, bħax-xiri, il-bejgħ, l-iskambju, jew il-faċilitazzjoni tal-bejgħ ta' drogi illegali jew regolati, kuntrabandu (bħal immaġini ta' sfruttament jew abbuż sesswali tat-tfal), armi, jew oġġetti jew dokumenti foloz. Jinkludi wkoll il-promozzjoni jew l-iffaċilitar ta' kwalunkwe forma ta' sfruttar, inkluż traffikar tal-persuni għas-sess, traffikar ta' persuni għax-xogħol, jew traffikar ieħor tal-bnedmin.
Ma tistax tuża l-pjattaforma tagħna għal reklamar illegali ta' oġġetti jew industriji li Jeħtieġu liċenzja, inkluż reklamar li mhux awtorizzat għal-logħob tal-azzard, prodotti tat-tabakk jew tas-sigaretti elettroniċi u alkoħol.
Kontenut ta' Mibegħda, Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti
Organizzazzjonijiet terroristiċi, estermisti vjolenti, u gruppi ta' mibegħda huma pprojbiti milli jużaw il-pjattaforma tagħna. Ma nittollerawx kontenut li jappoġġa jew jippromwovi t-terroriżmu jew l-estremiżmu vjolenti.
Diskors ta’ mibegħda jew kontenut li jbaxxi, jimmalafama, jew jippromwovi diskriminazzjoni jew vjolenza fuq il-bażi ta’ razza, kulur, kasta, etniċità, oriġini nazzjonali, reliġjon, orjentazzjoni sesswali, sess, identità tal-ġeneru, diżabilità, jew status ta’ veteran, status ta’ immigrazzjoni, status soċjoekonomiku, l-età, il-piż, jew l-istatus tat-tqala huma pprojbiti.
Informazzjoni u Mistoqsijiet u Tweġibiet
Kif nista' nirrapporta xi ħaġa?
Tista' dejjem tissottometti rapport lit-tim tagħna ta' Trust & Safety billi tuża l-funzjonijiet tar-rappurtar fl-app tagħna jew billi timla din il-formola (li tħallik tirrapporta tħassib sew jekk għandek kont ta' Snapchat jew le). Aħna nirrevedu dawn ir-rapporti biex niddeterminaw ksur ta' dawn il-Linji Gwida.
X'jiġri jekk nikser il-Linji Gwida Komunitarji?
Jekk tikser dawn il-Linji Gwida Komunitaji, nistgħu nneħħu l-kontenut ta' offiża, nitterminaw jew nillimitaw il-viżibbiltà tal-kont tiegħek, u/jew navżaw lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. Nirreferu wkoll informazzjoni lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi meta l-attività tkun ta' theddida imminenti għall-ħajja tal-bniedem. Jekk il-kont tiegħek jiġi tterminat talli ksirt dawn il-Linji Gwida, m'intix permess li terġa' tuża Snapchat jew tevita din it-terminazzjoni bl-ebda mod.
Tqisu mġiba mhux fuq il-pjattaforma?
Snap tirriżerva d-dritt li tneħħi jew tirrestrinġi aċċess għall-kont għal utenti li għandna raġuni biex nemmnu, fid-diskrezzjoni unika tagħna, li huma ta' periklu għal oħrajn, fuq Snapchat jew le. Dawn jinkludu mexxejja ta' gruppi ta' mibegħda u organizzazzjonijiet terroristiċi, individwi b'reputazzjoni li jinċitaw il-vjolenza jew li jwettqu ħsarat serji kontra oħrajn, jew imġieba li nemmnu li toħloq theddida għall-ħajja tal-bniedem. Meta nevalwaw imġieba bħal din, nistgħu nikkunsidraw gwida minn sorsi oħra, bħal esperti tas-suġġett jew infurzar tal-liġi, biex niddeterminaw jekk ineħħux jew nirrestrinġux l-aċċess għall-kont.
Fejn nista' nsib aktar informazzjoni?
Jekk jogħġbok żur iċ-Ċentru tas-Sigurtà tagħna għal aktar informazzjoni dwar is-sigurtà fuq Snapchat. Hemm se ssib istruzzjonijiet dettaljati dwar kif timmaniġġja l-esperjenza tiegħek ta' Snapchat, inkluż kif tieħu azzjonijiet bħall-aġġornament tas-settings tal-privatezza tiegħek, kif tagħżel min jista' jara l-kontenut tiegħek, u timblokka utenti oħrajn.
Kontenut Sesswali