
Regoli tal-Komunità
Fil-kumpanija ta' Snap, aħna nikkontribwixxu għall-progress uman billi nagħtu s-setgħa lin-nies biex jesprimu lilhom infushom, jgħixu fil-mument, jitgħallmu dwar id-dinja, u jieħdu pjaċir flimkien! Ħloqna dawn ir-Regoli tal-Komunità tagħna biex inħeġġu lin-nies jagħtu l-opinjoni tagħhom bl-ikbar mod, waqt li ngħinu biex niżguraw li l-iSnapchatters ikunu jistgħu jużaw is-servizzi tagħna b'mod sigur kuljum.

Regoli tas-Servizz
Aħna fassalna Regoli tas-Servizz biex int tkun taf ir-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni tagħna miegħek. Ir-Regoli jiffurmaw kuntratt li jorbot legalment, bejnek u Snap. Jekk jogħġbok aqrahom bir-reqqa.

Politika tal-Privatezza
Snap Inc. hija kumpanija li tagħmel użu mill-kamera bħala l-mezz ewlieni ta' komunikazzjoni tagħha Is-servizzi tagħna — inkluż Snapchat, Bitmoji, u oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' din il-Politika tal-Privatezza — jipprovdu mezzi faċli u divertenti biex tesprimi lilek innifsek, tgħix fil-mument, titgħallem dwar id-dinja, u tieħdu pjaċir flimkien! Għamilna l-almu tagħna biex niktbu dan b’mod ċar u sempliċi, mingħajr il-lingwaġġ legali tqil li spiss jagħmel dawn id-dokumenti diffiċli. Naturalment, jekk għad għandek xi mistoqsijiet dwar xi ħaġa fil-Politika tal-Privatezza tagħna, żur iċ-Ċentru tal-Privatezza ddedikat tagħna jew ikkuntattjana direttament.