Dawn il-Politiki Dwar ir-Reklamar jgħoddu għal kull aspett tar-riklami li huma murija fuq Snap––fosthom kwalunkwe ħaġa kreattiva, il-paġna ewlenija tat-tiswiq jew elementi relevanti oħrajn tar-riklami nfushom––u int għandek ir-responsabbiltà li tiżgura li kull riklam jimxi ma' dawn il-Politiki.
Ir-riklamaturi meħtieġa wkoll jimxu mar-Regoli tas-Servizz u r-Linji Gwida tal-Komunità ta' Snap u ma' kull politika oħra li titkellem dwar kif għandek tuża s-Servizzi tagħna. Nistgħu naġġornaw ir-regoli, il-politiki u l-linji gwida tagħna minn żmien għal żmien, u għalhekk importanti li tiċċekkja u terġa' taqrahom ta' sikwit.
Kull reklam hu suġġett għal reviżjoni u għall-approvazzjoni tagħna. Għandna l-jedd li, minn jeddna niċħdu jew inneħħu kwalunkwe riklam għal kwalunkwe raġuni li jidhrilna aħna, fosthom b'risposta għall-kummenti u ħsibijiet li nirċievu mingħand l-utenti, li jittieħdu b'serjetà kbira. Għandna wkoll il-jedd li nitolbu li jsiru xi bidliet fi kwalunkwe riklam, li nitolbu prova ta' kull xilja li tagħmel f'riklam jew li nitolbuk provi li għandek il-liċenzja jew il-permess li jafu jkunu meħtieġa b'rabta mar-riklam tiegħek.
Snap tista' tissospendi jew tagħlaq il-kontijiet marbuta ma' negozji jew persuni privati li jiksru l-Politiki dwar ir-Reklamar tagħna.
L-iSnapchatters jistgħu jaqsmu r-riklami ma' ħaddieħor jew jissejvjaw ir-riklami fuq it-tagħmir tagħhom. Jistgħu jużaw kull għodda u faċilita li hemm disponibbli fuq Snapchat biex iżidu s-sottotitli, it-tpinġijiet, il-filtri jew ħwejjeġ kreattivi oħra mar-riklam. Jekk tagħżel li turi r-riklami fin-Netwerk tal-Udjenza tagħna, l-utenti jistgħu jużaw l-għodod u l-faċilitajiet kollha disponibbli fejn se jintwera r-riklam. Ir-riklami li huma addattati għal ċertu etajiet partikolari biss jistgħu jintwerew madwar Snapchat ma' Snapchatters ta' kull età. Biex issir taf jekk tistgħax tikkontrolla l-qsim tar-riklami jew l-irfigħ tar-riklami tiegħek fuq Snapchat, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant tal-kont tiegħek jew żur iċ-Ċentru tal-Għajnuna għan-Negozji tagħna.
Nistgħu nippubblikaw l-informazzjoni marbuta mar-riklami (fosthom il-kontenut tar-riklam, lil min għandu jintwera, min ħallas għalih, id-dettalji tal-kuntatt u l-prezz imħallas għar-riklam), jew naqsmu dik l-informazzjoni ma' persuni naturali jew legali oħra barra l-kumpanija tagħna, fosthom: (a) l-imsieħba tagħna fil-qasam tax-xandir meta r-riklami tiegħek jintwerew f'kontenut marbut ma' dak l-imsieħeb fil-qasam tax-xandir; u (b) persuni naturali jew legali li għażilt li tuża l-prodotti jew is-servizzi tagħhom b'rabta mar-riklami.
Kif infissru fir-Regoli tas-Servizz tagħna, jekk tuża servizz, faċilità jew funzjonalità li titħaddem minn operatur barra l-kumpanija tagħna u li tista' tużaha mis-Servizzi tagħna (fosthom is-servizzi li nagħtu flimkien mal-operatur barra l-kumpanija tagħna), ir-relazzjoni tiegħek ma' kull naħa se taqa' taħt ir-regoli ta' dik in-naħa. Snap u l-imsieħba tagħha mhux responsabbli għad-danni ċivili li jinbtu mill-għemil jew ir-regoli ta' xi ħadd barra l-kumpanija tagħna.