Privacy, Safety, and Policy Hub

Privatezza Permezz tas-Sigurtà

Diffiċli li jkollok sens ta' privatezza jekk ma tħossokx sigur ukoll. Din hi r-raġuni għaliex nagħmlu sforzi konsiderevoli biex inżommu l-infrastruttura tagħna stess sigura. Snapchat tipprovdilek ukoll funzjonijiet bħall-awtentikazzjoni b'żewġ fatturi u li jkollok kontroll fuq is-sessjoni biex tgħin iżżomm il-kont tiegħek sigur. Iżda hemm ukoll ftit passi addizzjonali li int tista' tieħu biex iżżomm il-kont ta’ Snapchat tiegħek aktar sigur:

Uża Password 💪 Sigura

Agħżel password twila, kumplessa u unika biex dawk li jixtiequ jagħmlu l-ħsara ma jkunux jistgħu jaqtgħu l-password tiegħek jew jużaw listi ta' passwords esposti biex jidħlu fil-kont tiegħek. 

  • Għandek tuża password twila għax il-ħila li wieħed jaqta password tiżdied kull sena, li jfisser li passwords qosra huma speċjalment vulnerabbli;   

  • Għandek tuża password unika għax l-użu ta' l-istess password minn apps u servizzi oħrajn jfisser li jekk kwalunkwe password minnhom tiġi esposta, il-kont ta' Snapchat tiegħek jitqiegħed f'riskju; u

  • Għandek tuża password kumplessa għax meta tinkludi numri, ittri kbar u ittri żgħar u simboli fil-password tiegħek, tkun qed ittawwal il-ħin meħtieġ biex wieħed jaqta l-password tiegħek b'mod sinifikanti. 

Allura prova uża l-kreattività tiegħek biex toħloq password miktuba bħala sentenza bħal “Jien inħ0bb ħ@fna L-f1g0lli tan-N@nna!" -- u le, “Password123” mhix password diffiċli biex wieħed jaqtagħha. Jekk issibha bi tqila tiftakar il-passwords, nissuġġerulek tuża software li joħodlok ħsieb il-passwords biex toħloq passwords siguri mingħajr ma jkollok għalfejn tiftakarhom kollha int! Tagħżel x'tagħżel, żomm f'moħħok: qatt taqsam il-password tiegħek ma' ħadd.

Jekk issir taf li l-kont tiegħek fuq xi sit, app jew servizz ieħor ġie espost u kont użajt l-istess password fuq il-kont ta' Snapchat tiegħek, ara li tibdel il-password tiegħek!

Ivverifika ✅ n-Numru tal-Mowbajl u l-Indirizz tal-Email Tiegħek

Ara li żżid in-numru tal-mowbajl tiegħek u l-indirizz tal-email mal-kont tiegħek u li tivverifika t-tnejn li huma. B'hekk ikollna iktar minn mod wieħed kif nikkuntattjawk u iktar minn mod wieħed kif nivverifikaw li int min qed tgħid li int (u mhux xi ħadd ieħor!). Din il-ħaġa hija importanti ħafna jekk qatt tiġi biex tibdel in-numru tal-mowbajl, ma tkunx tista' tidħol fil-kont tal-email tiegħek jew tkun tixtieq tibdel il-password. Iftaħ din il-ħolqa għall-istruzzjonijiet ta' kif tivverifika n-numru tal-mowbajl u l-indirizz tal-email tiegħek.

Min-naħa l-oħra, iżżidx numru tal-mowbajl jew l-indirizz tal-email tiegħek ma' kont ta' Snapchat li mhux tiegħek. Jekk tagħmel hekk, taf tkun qed tagħti aċċess lil ħaddieħor għall-kont tiegħek. Jekk xi ħadd jistaqsik biex iżżid in-numru tat-telefon jew l-indirizz elettroniku tiegħu fil-kont tiegħek, għarrafna.

Uża l-Awtentikazzjoni b'2️⃣ Fatturi

Ixgħel l-awtentikazzjoni b'żewġ fatturi. L-awtentikazzjoni b'żewġ fatturi (jew, fil-qosor, "2FA")  iżżid saff ieħor ta' sigurtà billi jirrikjedu li int tipprovdi kodiċi minbarra l-login/password tiegħek. Nirrakkomandaw li tuża applikazzjoni tal-awtentikazzjoni fdata, bħal Google Authenticator jew Duo għat-2FA, iżda tista' tissettja t-2FA bl-SMS ukoll.  Meta tissettja t-2FA tista' tgħin biex tevita li xi ħadd li jkun sab (jew qata') il-password tiegħek milli jaċċessa l-kont tiegħek. 

  • Int qatt m'għandek tipprovdi l-kodiċi li tirċievi mingħand Snap jew mingħand applikazzjoni tal-awtentikazzjoni fdata lil xi ħadd ieħor—jaf ikunu jistgħu jużawh biex jidħlu fil-kont tiegħek!

  • Jekk titlef l-apparat tiegħek jew jinsteraq, jew jekk tissuspetta li xi ħadd uża apparat li mhuwiex taħt il-kontroll tiegħek biex jidħol fil-kont tiegħek, tinsiex tneħħi dak l-apparat minn fost l-apparati verifikati

Immaniġġja s-Sessjonijiet Tiegħek 🔑

Tista' tuża ċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Sessjonijiet ta' Snap biex issib is-sessjonijiet kollha mdaħħla fil-kont tiegħek. Jekk ma tafx kif jaħdmu, “sessjoni” tfisser tagħmir jew brawżer imdaħħal fil-kont tiegħek. Importanti żżomm għajnejk fuq iċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Sessjonijiet biex tħares is-sigurtà tal-kont tiegħek, l-iktar jekk taħseb li xi ħadd seta' daħal fil-kont tiegħek mingħajr permess. Jekk issib xi tagħmir jew brawżer li ma tagħrfux, għandek ittemm is-sessjoni minnufih u tibdel il-password. Jekk jogħġbok għarrafna jekk ma tkunx tista' tidħol fil-kont tiegħek.


❌ Tużax Apps Mhux Awtorizzati ta’ Partijiet Terzi

Tużax apps mhux awtorizzati ta’ partijiet terzi. Applikazzjonijiet u plugins (jew irfinar) ta’ partijiet terzi mhux awtorizzati huma maħluqa minn żviluppaturi ta’ softwer mhux affiljati ma’ Snapchat u ħafna drabi jippretendu li jżidu karatteristiċi jew funzjonalità addizzjonali ma’ Snapchat. Iżda, dawn l-apps u l-plugins ta’ partijiet terzi mhux awtorizzati mhumiex appoġġjati jew permessi minn Snapchat għaliex xi drabi jistgħu jikkompromettu s-sigurtà tal-kontijiet tiegħek u ta’ Snapchatters oħrajn.

🔒 Iktar Pariri Biex Iżżomm il-Kont Tiegħek Sigur 🔒

M'hemm ħadd aħjar minnek biex jilqa' kontra min jixtieq jagħmel il-ħsara! Dawn huma ftit pariri oħra biex ngħinuk iżżomm il-kont tiegħek sigur:

  • Tirrispondi għal l-ebda mill-messaġġi mhux mixtieqa li jallegaw li huma mingħand Snap jew it-Tim tal-Għajnuna tagħna, speċjalment jekk qed isaqsuk biex tipprovdi l-password tiegħek, xi kodiċi jew pin jew kwalunkwe informazzjoni oħra li jippermettu l-aċċess għall-kont tiegħek. Aħna qatt mhu se nsaqsuk għall-password tiegħek, kodiċi jew pins jew kwalunkwe informazzjoni privata oħra li tista' tintuża biex taċċessa l-kont tiegħek.

  • Tidħolx fil-kont ta' Snapchat tiegħek minn fuq l-apparat ta' xi ħadd ieħor. Jekk tagħmel hekk, taf tkun qed tagħti lil sid l-apparat aċċess għall-kont tiegħek. Jekk tidħol fuq Snapchat b'apparat li mhux tiegħek, dejjem ftakar biex kompletament toħroġ mill-kont u li tagħfas fuq “Neħħi l-kont” wara!

  • Żid passcode jew passphrase b'saħħithom fuq l-apparat tiegħek jew, saħansitra aħjar, uża awtentikazzjoni bijometrika li tuża l-marka tas-swaba' tiegħek jew wiċċek biex tiftaħ l-apparat tiegħek. Jekk ma jkollokx dawn il-metodi ta' ħarsien addizzjonali fis-seħħ biex tipproteġi l-apparat tiegħek u jew jintilef, jinsteraqlek jew tinsieh xi mkien, xi ħadd jaf ikun jista jaċċessa l-kont ta' Snapchat tiegħek.

  • Oqgħod attent/a għall-messaġġi suspettużi (permezz ta' email, SMS jew mod ieħor), speċjalment dawk li jippruvaw jġegħluk tagħfas fuq xi ħolqa dubjuża—dawn il-ħoloq jistgħu joħduk f'siti malizzjużi jew iqarrqu bik billi jitolbuk iddaħħal il-password tiegħek fuq sit falz. Għandek taċċessa Snapchat biss permezz tal-App tagħna jew fuq l-internet fid-domains uffiċjali tagħna ta' Snapchat. Aħsibha sew qabel tagħfas xi ħaġa!

Għal iktar pariri fuq kif tibqa sigur fuq Snapchat, iftaħ hawn u abbona għal Safety Snapshot.