logoSnap Values
l-Unjoni Ewropea

Merħba fil-paġna tat-trasparenza għall-Unjoni Ewropea (UE) tagħna; post fejn intellgħu l-informazzjoni marbuta mal-UE skont ma jitolbuna l-Att għas-Servizzi Diġitali (ASD), id-Direttiva dwar is-Servizz tal-Midja Awdjoviżiva (AVMSD), l-Att Olandiż dwar il-Midja (DMA) u r-Regolament dwar il-Kontenut Terroristiku fuq l-Internet (TCO). Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li tista' ssib l-iġded verżjoni ta' dar-Rapporti tat-Trasparenza fil-verżjoni reġjonali en-US tas-sit tagħna.

Rappreżentant Legali 

Snap Group Limited ħatret lil Snap B.V. bħala r-Rappreżentant Legali tagħha għal dak kollu li hu marbut mal-ASD. Tista' tikkuntattja lir-rappreżentant fuq dsa-enquiries [at] snapchat.com għal kull ħaġa marbuta mal-ASD, fuq vsp-enquiries [at] snapchat.com għal kull ħaġa marbuta mal-AVMSD u d-DMA, fuq tco-enquiries [at] snapchat.com għat-TCO, mis-Sit tal-Għajnuna tagħna [hawn] jew fuq:

Snap B.V.
Keizersgracht 165, 1016 DP
Amsterdam, in-Netherlands

Jekk int parti mill-forzi tal-ordni, jekk jogħġbok imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija hawnhekk.

Jekk jogħġbok iktbilna bl-Ingliż jew bl-Olandiż meta tikkuntattjana.

Awtoritajiet Regolatorji

Għal dak li hu marbut l-ASD, aħna naqgħu taħt l-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Olandiża għall-Konsumaturi u s-Swieq (ACM). Għal dak li hu marbut mal-AVMSD u d-DMA, aħna naqgħu taħt l-Awtorità tax-Xandir Olandiża (CvdM). Għal dak li hu marbut mat-TCO, aħna naqgħu taħt l-Awtorità Olandiża għat-trażżin tal-Kontenut Terroristiku u l-Kontenut tal-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal fuq l-Internet (ATKM).

Rapport tat-Trasparenza tal-ASD

Maħruġ: 28 ta' Frar 2025

L-Iġded Bidla: 28 ta' Frar 2025

Firxa tar-Rapport: Bejn l-1 ta' Lulju 2024 u l-31 ta' Diċembru 2024

Noħorġu dar-rapport skont id-dmirijiet tar-rapporti tat-trasparenza mqiegħda fuqna minn Artikli 15, 24 u 42 tal-Att tas-Servizzi Diġitali tal-Unjoni Ewropea (UE) (Regolament (UE) 2022/2065) (“ASD”). Ħlief fejn inkunu għedna mod ieħor, l-informazzjoni li ssib f'dar-rapport hija għall-firxa taż-żmien ta' bejn l-1 ta' Lulju 2024 u l-31 ta' Diċembru 2024 (it-tieni nofs tas-sena 2024). 

1. Medja tar-Riċevituri Attivi ta' Kull Xahar 
(Artikli 24.2 u 42.3 tal-ASD)

Nhar l-1 ta' Jannar 2025, nistgħu ngħidu għandna medja ta' 93.7 miljun riċevitur attivi fix-xahar (“AMAR”) tal-app Snapchat tagħna fl-UE. Dan ifisser li, bħala medja, matul l-aħħar 6 xhur li jintemmu nhar it-31 ta' Diċembru 2024, 93.7 miljun utent irreġistrati fl-UE fetħu l-app ta' Snapchat mill-inqas darba matul xahar partikolari.

Diċ-ċifra tinqasam skont l-Istati Membri hekk:

Dan-numri nħadmu biex nimxu ma' dak li bħalissa l-ASD qed jitob minna u għandhom jintużaw biss għall-għanijiet tal-ASD. Maż-żmien bdilna l-mod kif naħdmu dan-numru, anki minħabba bidla fil-politiki tal-kumpanija tagħna, flimkien ma' bidliet fil-linji gwida tal-awtoritajiet u fit-teknoloġija u għalhekk dawn in-numri m'għandhomx jintużaw biex jitqabbel żmien ma' ieħor. Dan il-metodu jista' jvarja wkoll mill-metodu li nużaw għal ċifri oħra marbuta mal-utenti attivi li nippubblikaw għal għanijiet oħra.

2. Talbiet tal-Awtoritajiet tal-Istati Membri
(Artiklu 15.1(a) tal-ASD)

a) Ordnijiet għal għemil kontra l-kontenut li jikser il-liġi


Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport (it-tieni nofs tas-sena 2024), ma daħlitilna l-ebda ordni biex inneħħu xi biċċa kontenut li jikser il-liġi mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE, fosthom l-ordnijiet skont Artiklu 9 tal-ASD. 

Minħabba li dan in-numru huwa żero (0), ma nistgħux nagħtu rendikont skont ix-xorta ta' kontenut li jikser il-liġi jew Stat Membru li ħareġ l-ordni jew tal-ħinijiet medjani biex nikkonfermaw li waslet l-ordni jew biex inwettqu l-ordnijiet

b) Ordnijiet għall-għoti tal-informazzjoni 

Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport (it-tieni nofs tas-sena 2024), daħlulna dal-għadd ta' talbiet (mhux inqisu t-talbiet għall-għoti tal-informazzjoni tal-emerġenza) mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE biex nagħtu d-dejta tal-utenti, fosthom it-talbiet mibgħuta skont Artiklu 10 tal-ASD:

Il-ħin medjan biex ngħarrfu lill-awtortiajiet responsabbli bil-wasla ta' dawn l-ordnijiet biex nagħtu l-informazzjoni kien ta' żero minuti — aħna nibagħtu tweġiba awtomatika biex nikkonfermaw il-wasla tal-ordni.

Il-ħin medjan biex inwettqu dal-ordnijiet biex nagħtu l-informazzjoni huwa madwar 12-il jum. Dal-kejl jibda jitkejjel minn meta l-ordni tasal għand Snap sakemm Snap tqis li l-kwistjoni ngħalqet, li f'ċerti każijiet jaf jiddependi mill-ħeffa li biha l-awtorità tal-Istat Membru twieġeb għat-talbiet għal iktar dettalji meħtieġa minn Snap biex tipproċessa l-ordni.

Żomm f'moħħok li ma nagħtux rendikont tal-ordnijiet għall-informazzjoni t'hawn fuq skont ix-xorta ta' kontenut illegali għax ħafna drabi ma jkollniex dil-informazzjoni.

3. Għarbiel tal-Kontenut 


Kull kontenut ta' Snapchat għandu jimxi mar-Regoli tal-Komunità u mar-Regoli tas-Servizz tagħna. Ċertu kontenut għandu jimxi wkoll mal-linji gwida u l-politiki miżjuda. Ngħidu aħna, il-kontenut mibgħut biex l-algoritmu tagħna jissuġġerih lil pubbliku usa' fl-imkejjen pubbliċi tal-pjattaforma tagħna għandu standards ogħla u standards miżjuda kif hemm miktub fil-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut filwaqt li r-riklami għandhom jimxu mal-Politiki tar-Riklami tagħna.

Aħna nwettqu dal-politiki bir-reviżjoni mill-bnedmin u mit-teknoloġija. Għandna faċilitajiet biex l-utenti rreġistrati kif ukoll dawk li mhumiex jirrappurtaw il-ksur tar-regoli, fosthom kontenut u għemil illegali, direttament fl-app jew mis-sit tagħna. Nużaw ukoll teknoloġija li tfittex il-kontenut li jagħmel il-ħsara. Dawn il-proċessi tat-tiftix minn rajna flimkien mar-rapporti jwasslu għar-reviżjonijiet li mbagħad, b'taħlita ta' għodda awtomatiċi u għarbiel min-nies, iwasslu għall-għemil xieraq skont il-politiki tagħna. 

Hawn taħt tista' ssib iktar informazzjoni dwar l-għarbiel tal-kontenut tagħna matul it-tieni nofs tas-sena 2024.

a) Tagħrif mibgħut skont Artiklu 16 tal-ASD 
(Artiklu 15.1(b) tal-ASD)

Skont ma jitlob minn Artiklu 16 tal-ASD, Snap nediet proċessi biex kemm l-utenti reġistrati kif ukoll dawk li mhumiex jistgħu jgħarrfu lil Snap b'informazzjoni fuq Snapchat li jemmnu li taf tkun kontenut illegali. Jistgħu jagħmlu hekk billi jirrappuraw kontenut partikolari jew kontijiet sħaħ, kemm direttament fl-app ta' Snapchat kif ukoll mis-sit tagħna. 

Huma u jibagħtu xi tagħrif mill-app jew mis-sit tagħna, dawk li qed jirrappurtaw jistgħu jagħżlu raġuni partikolari għar-rapporti tagħhom minn menù ta' għażliet li juri l-kategoriji tal-ksur imsemmija fir-Regoli tal-Komunità tagħna (ngħidu aħna, kliem ta' mibegħda, drogi). Ir-Regoli tal-Komunità tagħna msejsa fuq it-twemmin tagħna u jinbtu minn kontenut u għemil li jmur kontra l-liġi fl-UE. Għalhekk, l-għażliet li nagħtu bħala raġunijiet għar-rapporti, f'xi każijiet huma kategoriji ta' kontenut li jikser il-liġi fl-UE. Jekk min qed jirrapporta fl-UE jemmen li l-kontenut jew il-kont li qed jirrapporta jikser il-liġi imma r-raġuni mhix imsemmija fil-menù tar-rapporti tagħna, jista' jagħżel “kontenut kontra l-liġi ieħor” u mbagħad nagħtuh l-opportunità jfissrilna għaliex jemmen li l-kontenut li qed jirrapporta jikser il-liġi. 

Matul iż-żmien tar-rapport (it-tieni nofs tas-sena 2024), daħlilna dat-tagħrif mibgħut skont Artiklu 16 tal-ASD ġewwa l-UE:

Hawn taħt, nipprovdu tqassim li jirrifletti kif dawn l-avviżi ġew ipproċessati – jiġifieri, permezz ta’ proċess li jinkludi reviżjoni umana jew biss permezz ta’ mezzi awtomatizzati:

Jekk wara r-reviżjoni nsibu li l-kontenut jew il-kont irrappurtat jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna (anki għax ikun jikser il-liġi), nafu (i) inneħħu l-kontenut li jikser ir-regoli tagħna, (ii) inwiddbu lil sid il-kont u nżidu twiddiba mal-kont tiegħu u / jew (iii) insakkru l-kont kif fissirna fit-Tifsira tal-Għarbiel, tat-Twettiq u tal-Appelli ta' Snapchat tagħna. 

Fit-tieni nofs tas-sena 2024, wettaqna dat-tneħħijiet wara li daħlilna t-tagħrif mibgħut mill-utenti ġewwa l-UE skont Artiklu 16 tal-ASD:

Fit-tieni nofs tas-sena 2024, ir-rapporti kollha rrappurtati bħala “kontenut kontra l-liġi ieħor” li għamilna xi ħaġa dwarhom tneħħew skont ir-Regoli tal-Komunità tagħna għax ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma kinux iħallu lill-utenti jtellgħu dak ix-xorta ta' kontenut jew iwettqu dak ix-xorta ta' għemil. Għalhekk fit-tabella t'hawn fuq qsamna dawn it-tneħħijiet skont il-ksur tar-Regola tal-Komunità ta' dak il-kontenut.

Minbarra t-twettiq tal-politiki tagħna msemmi hawn fuq, nistgħu nieħdu passi kontra xi kontenut li niġu mgħarrfa dwaru skont il-politiki u l-linji gwida l-oħra ta' Snap fis-seħħ: 

  • Fejn jidħol il-kontenut fl-imkejjen pubbliċi tal-pjattaforma tagħna, jekk insibu li l-kontenut irrappurtat mhux skont il-kriterji tal-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut tagħna, nafu niċħdu dak il-kontenut u ma nħallux lill-algoritmi tagħna jissuġġeruh jew nafu ma nħalluhx jinxtered mal-udjenzi kollha (jekk il-kontenut għandu l-kriterji tal-eliġibbiltà biex nissuġġeruh imma huwa kontenut sensittiv jew qanqieli).  

Fit-tieni nofs tas-sena 2024, skont il-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut, għamilna dal-għemil li ġej b'rabta mal-kontenut fl-imkejjen pubbliċi ta' Snapchat li daħlilna rapport dwaru fl-UE: