Merħba fil-paġna tat-trasparenza għall-Unjoni Ewropea (UE) tagħna; post fejn intellgħu l-informazzjoni marbuta mal-UE skont ma jitolbuna l-Att għas-Servizzi Diġitali (ASD), id-Direttiva dwar is-Servizz tal-Midja Awdjoviżiva (AVMSD), l-Att Olandiż dwar il-Midja (DMA) u r-Regolament dwar il-Kontenut Terroristiku fuq l-Internet (TCO). Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li tista' ssib l-iġded verżjoni ta' dawn ir-Rapporti tat-Trasparenza fil-verżjoni reġjonali en-US tas-sit tagħna.
Snap Group Limited ħatret lil Snap B.V. bħala r-Rappreżentant Legali tagħha għal dak kollu li hu marbut mal-ASD. Tista' tikkuntattja lir-rappreżentant fuq dsa-enquiries [at] snapchat.com għal kull ħaġa marbuta mal-ASD, fuq vsp-enquiries [at] snapchat.com għal kull ħaġa marbuta mal-AVMSD u d-DMA, fuq tco-enquiries [at] snapchat.com għat-TCO, mis-Sit tal-Għajnuna tagħna [hawn] jew fuq:
Snap B.V.
Keizersgracht 165, 1016 DP
Amsterdam, in-Netherlands
Jekk int parti mill-forzi tal-ordni, jekk jogħġbok imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija hawnhekk.
Jekk jogħġbok iktbilna bl-Ingliż jew bl-Olandiż meta tikkuntattjana.
Għal dak li hu marbut l-ASD, aħna naqgħu taħt l-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Olandiża għall-Konsumaturi u s-Swieq (ACM). Għal dak li hu marbut mal-AVMSD u d-DMA, aħna naqgħu taħt l-Awtorità tax-Xandir Olandiża (CvdM). Għal dak li hu marbut mat-TCO, aħna naqgħu taħt l-Awtorità Olandiża għat-trażżin tal-Kontenut Terroristiku u l-Kontenut tal-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal fuq l-Internet (ATKM).
Maħruġ: 28 ta' Frar 2025
L-Iġded Bidla: 23 ta' April 2025 (verżjoni 2.0)
Firxa tar-Rapport: Bejn l-1 ta' Lulju 2024 u l-31 ta' Diċembru 2024
Noħorġu dar-rapport skont id-dmirijiet tar-rapporti tat-trasparenza mqiegħda fuqna minn Artikli 15, 24 u 42 tal-Att tas-Servizzi Diġitali tal-Unjoni Ewropea (UE) (Regolament (UE) 2022/2065) (“ASD”). Ħlief fejn inkunu għedna mod ieħor, l-informazzjoni li ssib f'dar-rapport hija għall-firxa taż-żmien ta' bejn l-1 ta' Lulju 2024 u l-31 ta' Diċembru 2024 (it-tieni nofs tas-sena 2024).
Mill-1 ta' Jannar 2025, nistgħu ngħidu għandna medja ta' 93.7 miljun riċevitur attivi fix-xahar (“AMAR”) tal-app Snapchat tagħna fl-UE. Dan ifisser li, bħala medja, matul l-aħħar 6 xhur li jintemmu nhar it-31 ta' Diċembru 2024, 93.7 miljun utent irreġistrati fl-UE fetħu l-app ta' Snapchat mill-inqas darba matul xahar partikolari.
Diċ-ċifra tinqasam skont l-Istati Membri hekk:
Dan-numri nħadmu biex nimxu ma' dak li bħalissa l-ASD qed jitob minna u għandhom jintużaw biss għall-għanijiet tal-ASD. Maż-żmien bdilna l-mod kif naħdmu dan-numru, anki minħabba bidla fil-politiki tal-kumpanija tagħna, flimkien ma' bidliet fil-linji gwida tal-awtoritajiet u fit-teknoloġija u għalhekk dawn in-numri m'għandhomx jintużaw biex jitqabbel żmien ma' ieħor. Dan il-metodu jista' jvarja wkoll mill-metodu li nużaw għal ċifri oħra marbuta mal-utenti attivi li nippubblikaw għal għanijiet oħra.
Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport (it-tieni nofs tas-sena 2024), ma daħlitilna l-ebda ordni biex inneħħu xi biċċa kontenut li jikser il-liġi mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE, fosthom l-ordnijiet skont Artiklu 9 tal-ASD.
Minħabba li dan in-numru huwa żero (0), ma nistgħux nagħtu rendikont skont ix-xorta ta' kontenut li jikser il-liġi jew Stat Membru li ħareġ l-ordni jew tal-ħinijiet medjani biex nikkonfermaw li waslet l-ordni jew biex inwettqu l-ordnijiet
Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport (it-tieni nofs tas-sena 2024), daħlulna dal-għadd ta' talbiet (mhux inqisu t-talbiet għall-għoti tal-informazzjoni tal-emerġenza) mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE biex nagħtu d-dejta tal-utenti, fosthom it-talbiet mibgħuta skont Artiklu 10 tal-ASD:
Il-ħin medjan biex ngħarrfu lill-awtortiajiet responsabbli bil-wasla ta' dawn l-ordnijiet biex nagħtu l-informazzjoni kien ta' żero minuti — aħna nibagħtu tweġiba awtomatika biex nikkonfermaw il-wasla tal-ordni.
Il-ħin medjan biex inwettqu dal-ordnijiet biex nagħtu l-informazzjoni huwa madwar 12-il jum. Dal-kejl jibda jitkejjel minn meta l-ordni tasal għand Snap sakemm Snap tqis li l-kwistjoni ngħalqet, li f'ċerti każijiet jaf jiddependi mill-ħeffa li biha l-awtorità tal-Istat Membru twieġeb għat-talbiet għal iktar dettalji meħtieġa minn Snap biex tipproċessa l-ordni.
Żomm f'moħħok li ma nagħtux rendikont tal-ordnijiet għall-informazzjoni t'hawn fuq skont ix-xorta ta' kontenut illegali għax ħafna drabi ma jkollniex dil-informazzjoni.
Kull kontenut ta' Snapchat għandu jimxi mar-Regoli tal-Komunità u mar-Regoli tas-Servizz tagħna. Ċertu kontenut għandu jimxi wkoll mal-linji gwida u l-politiki miżjuda. Per eżempju, il-kontenut mibgħut biex l-algoritmu tagħna jissuġġerih lil pubbliku usa' fl-imkejjen pubbliċi tal-pjattaforma tagħna għandu standards ogħla u standards miżjuda kif hemm miktub fil-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut filwaqt li r-riklami għandhom jimxu mal-Politiki tar-Riklami tagħna.
Aħna nwettqu dal-politiki bir-reviżjoni mill-bnedmin u mit-teknoloġija. Għandna faċilitajiet biex l-utenti rreġistrati kif ukoll dawk li mhumiex jirrappurtaw il-ksur tar-regoli, fosthom kontenut u għemil illegali, direttament fl-app jew mis-sit tagħna. Nużaw ukoll teknoloġija li tfittex il-kontenut li jagħmel il-ħsara. Dawn il-proċessi tat-tiftix minn rajna flimkien mar-rapporti jwasslu għar-reviżjonijiet li mbagħad, b'taħlita ta' għodda awtomatiċi u għarbiel min-nies, iwasslu għall-għemil xieraq skont il-politiki tagħna.
Hawn taħt tista' ssib iktar informazzjoni dwar l-għarbiel tal-kontenut tagħna matul it-tieni nofs tas-sena 2024.
Skont ma jitlob minn Artiklu 16 tal-ASD, Snap nediet proċessi biex kemm l-utenti reġistrati kif ukoll dawk li mhumiex jistgħu jgħarrfu lil Snap b'informazzjoni fuq Snapchat li jemmnu li taf tkun kontenut illegali. Jistgħu jagħmlu hekk billi jirrappuraw kontenut partikolari jew kontijiet sħaħ, kemm direttament fl-app ta' Snapchat kif ukoll mis-sit tagħna.
Huma u jibagħtu xi tagħrif mill-app jew mis-sit tagħna, dawk li qed jirrappurtaw jistgħu jagħżlu raġuni partikolari għar-rapporti tagħhom minn menù ta' għażliet li juri l-kategoriji tal-ksur imsemmija fir-Regoli tal-Komunità tagħna (ngħidu aħna, kliem ta' mibegħda, drogi). Ir-Regoli tal-Komunità tagħna msejsa fuq it-twemmin tagħna u jinbtu minn kontenut u għemil li jmur kontra l-liġi fl-UE. Għalhekk, l-għażliet li nagħtu bħala raġunijiet għar-rapporti, f'xi każijiet huma kategoriji ta' kontenut li jikser il-liġi fl-UE. Jekk min qed jirrapporta fl-UE jemmen li l-kontenut jew il-kont li qed jirrapporta jikser il-liġi imma r-raġuni mhix imsemmija fil-menù tar-rapporti tagħna, jista' jagħżel “kontenut ieħor li jikser l-liġi” u mbagħad nagħtuh l-opportunità jfissrilna għaliex jemmen li l-kontenut li qed jirrapporta jikser il-liġi.
Matul iż-żmien tar-rapport (it-tieni nofs tas-sena 2024), daħlilna dat-tagħrif mibgħut skont Artiklu 16 tal-ASD ġewwa l-UE:
Hawn taħt, nipprovdu tqassim li jirrifletti kif dawn l-avviżi ġew ipproċessati – jiġifieri, permezz ta’ proċess li jinkludi reviżjoni umana jew biss permezz ta’ mezzi awtomatizzati:
Jekk wara r-reviżjoni nsibu li l-kontenut jew il-kont irrappurtat jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna (anki għax ikun jikser il-liġi), nafu (i) inneħħu l-kontenut li jikser ir-regoli tagħna, (ii) inwiddbu lil sid il-kont u nżidu twiddiba mal-kont tiegħu u / jew (iii) insakkru l-kont kif fissirna fit-Tifsira tal-Għarbiel, tat-Twettiq u tal-Appelli ta' Snapchat tagħna.
Fit-tieni nofs tas-sena 2024, wettaqna dat-tneħħijiet wara li daħlilna t-tagħrif mibgħut mill-utenti ġewwa l-UE skont Artiklu 16 tal-ASD:
Fit-tieni nofs tas-sena 2024, ir-rapporti kollha rrappurtati bħala “kontenut ieħor kontra l-liġi” li għamilna xi ħaġa dwarhom tneħħew skont ir-Regoli tal-Komunità tagħna għax ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma kinux iħallu lill-utenti jtellgħu dak ix-xorta ta' kontenut jew iwettqu dak ix-xorta ta' għemil. Għalhekk fit-tabella t'hawn fuq qsamna dawn it-tneħħijiet skont il-ksur tar-Regola tal-Komunità ta' dak il-kontenut.
Minbarra t-twettiq tal-politiki tagħna msemmi hawn fuq, nistgħu nieħdu passi kontra xi kontenut li niġu mgħarrfa dwaru skont il-politiki u l-linji gwida l-oħra ta' Snap fis-seħħ:
Fejn jidħol il-kontenut fl-imkejjen pubbliċi tal-pjattaforma tagħna, jekk insibu li l-kontenut irrappurtat mhux skont il-kriterji tal-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut tagħna, nafu niċħdu dak il-kontenut u ma nħallux lill-algoritmi tagħna jissuġġeruh jew nafu ma nħalluhx jinxtered mal-udjenzi kollha (jekk il-kontenut għandu l-kriterji tal-eliġibbiltà biex nissuġġeruh imma huwa kontenut sensittiv jew qanqieli).
Fit-tieni nofs tas-sena 2024, skont il-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut, għamilna dal-għemil li ġej b'rabta mal-kontenut fl-imkejjen pubbliċi ta' Snapchat li daħlilna rapport dwaru fl-UE:
Jekk aħna u nirrevedu riklam irrappurtat insibu li jikser il-Politiki tar-Riklami tagħna, nafu nneħħu dak ir-riklam.
Fit-tieni nofs tas-sena 2024, wettaqna dal-għemil li ġej marbut mar-riklami li rrappurtawlna fl-UE:
Minbarra li tirrevedi t-tagħrif mibgħut skont Artiklu 16 tal-ASD, Snap tgħarbel il-kontenut minn rajha wkoll. Hawn taħt nagħtu d-dettalji dwar l-għarbiel tal-kontenut li Snap twettaq minn rajha, fosthom billi tuża l-għodda awtomatiċi, it-taħriġ u l-għajnuna mogħtija lil dawk responsabbli mill-għarbiel tal-kontenut u l-għadd u x-xorta ta' restrizzjonijiet imqiegħda b'rabta mal-ħidma tal-għarbiel tal-kontenut li Snap issib minn rajha.
L-użu tal-għodda awtomatiċi fl-għarbiel li Snap twettaq minn rajha
Aħna nużaw l-għodda awtomatiċi tagħna biex insibu minn rajna, u f'xi każijiet, inneħħu l-kontenut li jikser ir-regoli u l-politiki tagħna. Fost dawn l-għodda hemm l-għodda għal hash-matching (fosthom PhotoDNA u CSAI Match ta' Google), l-API Content Safety ta' Google, mudelli tal-għarfien ta' kliem abbużiv (li jistgħu jagħrfu u jiċħdu l-kontenut skont lista magħrufa u mġedda ta' sikwit ta' kliem u wiċċini abbużivi), teknoloġija personalizzata oħra mfassla biex tagħraf il-kliem u l-wiċċini abbużivi u teknoloġiji li jużaw l-intelliġenza artifiċjali fosthom it-tagħlim tal-magni u l-mudelli kbar tal-ilsna. L-għodda awtomatiċi tagħna tfasslu biex isibu l-ksur tar-Regoli tal-Komunità tagħna (li, fost l-oħrajn, ma jħallukx ittella' kontenut li jikser il-liġi) u, fejn ikun il-każ, il-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut u l-Politiki tar-Riklami tagħna.
Fit-tieni nofs tas-sena 2024, is-sejbien kollu li għamilna minn rajna sar bl-għodda awtomatiċi. Meta l-għodda awtomatiċi tagħna jagħrfu kontenut li jaf ikun qed jikser il-politiki tagħna, jew ineħħu l-kontenut awtomatikament skont il-politiki tagħna jew joħolqu biċċa xogħol biex in-nies jirreveduha. Hawn taħt nagħtu l-għadd u x-xorta tar-restrizzjonijiet li ħarġu minn dan il-proċess.
L-għadd u x-xorta tar-restrizzjonijiet imqiegħda minn Snap minn rajha
Fit-tieni nofs tas-sena 2024, Snap għamlet wettqet il-politiki tagħha hekk wara li minn rajha kixfet il-ksur tar-Regoli tal-Komunità tagħna (fosthom ksur li jitqies kontenut u għemil kontra l-liġi skont il-liġijiet tal-UE u tal-Istati Membri):
Minbarra dan, fit-tieni nofs tas-sena 2024, fejn jidħol il-kontenut pubbliku fuq il-pjattaforma tagħna, wettaqna dal-għemil li ġej wara li minn rajna, bl-għodda awtomatiċi, sibna ksur tal-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut fuq Snapchat:
* Kif semmejna fil-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut, nistgħu nneħħu għal ftit taż-żmien jew għalkollox is-setgħa li l-kontijiet li jkomplu jtennu jew jiksru bil-kbir il-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut jiġu suġġeriti għall-imkejjen pubbliċi tal-pjattaforma tagħna. Se nagħmlu hekk biex nilqgħu minn qabel għall-kontenut li jista' jkun ta' ħsara.
Barra minn hekk, fit-tieni nofs tas-sena 2024, wettaqna l-għemejjel li ġejjin wara li minn rajna fuq Snapchat, bl-għodda awtomatiċi, sibna l-ksur tal-Politiki tar-Riklami tagħna:
Kif nagħtu taħriġ u għajnuna lill-għarbiela tal-kontenut
It-timijiet tal-għarbiel tal-kontenut tagħna jużaw il-politiki tal-għarbiel tal-kontenut tagħna biex jgħinu jħarsu lill-komunità ta' Snapchat. Huma jiġu mħarrġa għal perjodu ta' bosta ġimgħat, fejn il-membri l-ġodda tat-tim jitħarrġu dwar il-politiki, l-għodda u l-proċeduri tar-rapporti ta' Snap. It-timijiet tal-għarbiel tagħna regolarment jieħdu sehem f'taħriġ apposta biex jerġa' jfakkarhom dwar il-proċessi tagħna, partikolarment meta jħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjonijiet fejn il-kuntest jew il-politiki tagħna ma jkunux ċari dwar x'għandhom jagħmlu. Immexxu wkoll programmi ta' titjib fil-ħiliet, sessjonijiet ta' ċertifikazzjoni, u kwiżżijiet biex niżguraw li l-għarbiela kollha huma aġġornata u jimxu mal-politiki l-iktar riċenti kollha tagħna. Fl-aħħar nett, meta jfeġġu' xejriet tal-kontenut urġenti marbuta mal-ġrajjiet fis-seħħ, malajr niċċaraw il-politiki tagħna biex it-timijiet ikunu jistgħu jimxu mal-politiki ta’ Snap.
Lit-timijiet tal-għarbiel tal-kontenut tagħna nagħtuhom ħafna għajnuna u riżorsi, fosthom għajnuna għall-benesseri fuq il-post tax-xogħol u aċċess ħafif għas-servizzi tas-saħħa tal-moħħ.
L-utenti li l-kontijiet tagħhom jisfaw imsakkra mit-timijiet tas-sigurtà tagħna minħabba ksur tar-Regoli tal-Komunità (anki minħabba kontenut jew għemil li jikser il-liġi) jistgħu jressqu appell dwar il-kont imsakkar. L-utenti jistgħu jressqu appell ukoll dwar xi deċiżjonijiet marbuta mal-għarbiel tal-kontenut.
Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport (it-tieni nofs tas-sena 2024), ġewwa l-UE Snap ipproċessat dawn l-appelli (fosthom l-appelli kontra l-kontijiet imsakkra u l-għarbiel tal-kontenut) mibgħuta mis-sistemi tal-ilmenti ta' ġewwa l-kumpanija:
Deskrizzjoni kwalitattiva u għanijiet
Kif fissirna hawn fuq f'Taqsima 3(b), aħna nużaw għodod awtomatiċi biex minn rajna nsibu u f'xi każijiet, inneħħu l-kontenut u l-kontijiet li jiksru r-regoli u l-politiki tagħna. Fost dal-għodda hemm l-għodda għat-tqabbil tal-hashes (fosthom PhotoDNA u CSAI Match ta' Google), l-API Content Safety ta' Google, il-mudelli tal-għarfien kliem abbużiv (li jistgħu jagħrfu u jiċħdu l-kontenut skont lista magħrufa u mġedda ta' sikwit ta' kliem u wiċċini abbużivi) u teknoloġiji li jużaw l-intelliġenza artifiċjali fosthom it-tagħlim tal-magni u l-mudelli kbar tal-ilsna. L-għodda awtomatiċi tagħna tfasslu biex isibu l-ksur tar-Regoli tal-Komunità tagħna (li, fost l-oħrajn, ma jħallukx ittella' kontenut li jikser il-liġi) u, fejn ikun il-każ, il-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut u l-Politiki tar-Riklami tagħna.
Meta l-għodda awtomatiċi tagħna jsibu kontenut li jaf jikser il-politiki tagħna, jew iwettqu dak li meħtieġ skont il-politiki tagħna jew joħolqu biċċa tax-xogħol għal bniedem biex ikun jista' jirrevedi dak il-kontenut. .
Werrejja tal-preċiżjoni u rati tal-iżbalji li jaf ikun hemm, maqsuma skont l-Istati Membri
Aħna nżommu għajnejna fuq il-werrejja tal-preċiżjoni u r-rati tal-iżbalji li jafu ġejjin mill-għodda tal-għarbiel awtomatiċi tagħna billi nagħżlu kampjuni każwali tal-biċċiet tax-xogħol imwettqa mill-għodda awtomatiċi tagħna u nibagħtuhom lit-timijiet tal-għarbiel tal-bnedmin tagħna għar-reviżjoni mill-ġdid. Ir-rata tal-preċiżjoni hija l-perċentwali ta' biċċiet tax-xogħol minn dal-kampjuni każwali fejn nikkonfermaw mat-tim tal-għarbiela magħmul mill-bnedmin li ttieħdet id-deċiżjoni tal-għarbiel it-tajba. Ir-rata tal-iżbalji hija d-differenza bejn 100% u r-rata tal-preċiżjoni maħduma kif semmejna hawn fuq.
Aħna nżommu għajnejna fuq il-preċiżjoni u r-rati tal-iżbalji li jaf ikun hemm għal żewġ kategoriji wiesgħin ta' għodda tal-għarbiel awtomatiċi li huma:
Għodda awtomatiċi li jagħrfu u/jew ineħħu l-kontenut li jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna u li jistgħu jaffettwaw il-kontijiet tal-utenti (ngħidu aħna: jagħtu twiddiba lilll-kont jew isakkru l-kont). Skont il-kampjuni li ksibna fit-tieni nofs tas-sena 2024, ir-rata tal-preċiżjoni ta' dawn l-għodda awtomatiċi kienet ta' madwar 95% u r-rata tal-iżbalji kienet ta' madwar 5%.
Għodda awtomatiċi li jsibu u/jew ineħħu l-kontenut pubbliku tal-pjattaforma tagħna skont il-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut tagħna. Skont il-kampjun li ksibna fit-tieni nofs tas-sena 2024, ir-rata tal-preċiżjoni ta' dawn l-għodda awtomatiċi kienet ta' madwar 85% u r-rata tal-iżbalji kienet ta' madwar 15%.
Skont il-kampjuni li ksibna, fit-tieni nofs tas-sena 2024, ir-rata tal-preċiżjoni taż-żewġ kategoriji tal-għodda msemmija hawn kienet ta' madwar 89% u r-rata tal-iżbalji kienet ta' madwar 11%.
Bħala regola ma nżommux kont tal-ilsien tal-kontenut li ngħarblu fuq Snapchat u għalhekk ma nistgħux nagħtu rendikont tal-preċiżjoni u tar-rati tal-iżbalji tal-għodda tal-għarbiel awtomatiċi għal kull ilsien tal-Istati Membri. Minflok, nagħtu rendikont ġenerali tar-rati tal-preċiżjoni u tal-iżbalji għall-kontenut mgħarbul awtomatikament (kemm skont ir-Regoli tal-Komunità kif ukoll skont il-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut tagħna) maqsum skont l-Istat Membru li jkun ġej minnu.
Ħarsien
Aħna nifhmu l-impatt li l-għodda tal-għarbiel awtomatiċi jista' jkollhom fuq il-jeddijiet fundamentali u għalhekk nedejna għadd ta' ħarsien biex jgħinuna nċekknu l-impatt tagħhom.
Qabel inniedu l-għodda tal-għarbiel awtomatiċi tagħna, nippruvawhom biex nifhmu kif jaħdmu. Nippruvaw l-algoritmi fuq kopja tal-kontenut biex niċċekkjaw il-ħidma tagħhom. Meta nnieduhom, nagħmlu l-provi A/B biex niżguraw li qed jaħdmu sew qabel nifirxuhom fuq il-kontenut kollu. Qabel inniedu dal-għodda, nagħmlu reviżjonijiet tal-kwalità (QA), reviżjonijiet tat-tnedija u spezzjonijiet tal-kwalità (QA) għall-preċiżjoni waqt it-tnedija pass pass.
Wara li nniedu l-għodda awtomatiċi tagħna, ma nieqfux niċċekkjaw il-ħidma u l-preċiżjoni tagħhom u naddattawhom skont il-ħtieġa. Dal-proċess magħmul minn reviżjoni mill-ġdid mill-għarbiela bnedmin ta' xi kampjuni ta' biċċiet tax-xogħol li jkunu twettqu awtomatikament biex nifhmu liema algoritmi jeħtieġu xi bidliet biex jaħdmu bi preċiżjoni ikbar. Inżommu għajnejna wkoll fuq il-perikli li jkunu qed jinstabu fuq Snapchat b'kampjuni kawżali tal-kontenut pubbliku li jinġabru kuljum u nużaw dil-informazzjoni biex nifhmu kif nistgħu nkomplu ntejbuhom.
Il-politiki u s-sistemi tagħna, fosthom l-għodda awtomatiċi, iwasslu biex il-politiki u r-regoli tagħna jitwettqu b'mod ġust u konsistenti u biex l-iSnapchatters ikollhom opportunità ġenwina biex jilmentaw dwar kif inkunu wettaqna l-politiki u r-regoli tagħna grazzi għal proċessi ta' tagħrif u appelli li għandhom l-għan li jħarsu kemm l-interessi tal-komunità tagħna kif ukoll il-jeddijiet ta' kull Snapchatter.
L-għan tagħna huwa li nkomplu ntejbu l-għodda tal-għarbiel tal-kontenut awtomatiċi tagħna biex ikunu iktar preċiżi u biex iwasslu għal twettiq konsistenti u ġust tal-politiki tagħna.
Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport (it-tieni nofs tas-sena 2024), nagħtu dil-informazzjoni li ġejja dwar l-ilmenti mressqa kontra Snap quddiem l-entitajiet tal-ilħiq tal-ftehim barra l-qorti msemmija f'Artiklu 21 tal-ASD:
It-tabella t'hawn fuq turi kif minn nhar il-31 ta' Diċembru 2024 l-istatus tat-tilwimiet imressqa quddiem entità għall-ilħiq tal-ftehim barra mill-qrati skont Artiklu 21 tal-ASD għaż-żmien tar-rapport (it-tieni nofs tas-sena 2024). Mill-31 ta' Diċembru 2024, minn 20 ilment mibgħut lil dal-entitajiet fit-tieni nofs tas-sena 2024, 15 għadhom pendenti u f'5 każijiet intlaħaq ftehim qabel ingħatat deċiżjoni.
Żomm f'moħħok li fit-tabella t'hawn fuq ma għaddejniex l-ilmenti li ntbagħtu lil entità ċertifikata skont Artiklu 21 imma dil-entità sabet li l-ilment ma jistax jitqies qabel jintbagħat lil Snap. Ma nistgħux nikkonfermaw l-għadd ta' lmenti li jaqgħu taħt dil-kategorija għax mhux l-entitajiet kollha (għalkemm xi wħud jagħmlu hekk) jgħarrfu lil Snap b'dawn ix-xorta ta' lmenti. Biss nafu li fit-tieni nofs tas-sena 2024 kien hemm mill-inqas 6 ilment ta' dix-xorta.
Sospensjonijiet skont Artiklu 21.1: sospensjoni tal-kontijiet li ta' sikwit itellgħu kontenut bi ksur serju tal-liġi
Kif fissirna fit-Tifsira dwar l-Għarbiel, it-Twettiq tal-Politiki u l-Appelli tagħna, nitfu minnufih il-kontijiet li nqisu li l-għan ewlieni tagħhom hu li jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna (fosthom billi jtellgħu kontenut bi ksur serju tal-liġi) u kontijiet li jwettqu ħsarat serji ħafna. Għal kull xorta oħra ta' ksur tar-Regoli tal-Komunità tagħna, Snap ħafna drabi tuża proċess tad-dixxiplina magħmul minn tliet partijiet:
L-ewwel pass: il-kontenut li jikser ir-regoli jitneħħa.
It-tieni pass: nibagħtu notifikazzjoni lill-utent u ngħarrfuh li kiser ir-Regoli tal-Komunità tagħna, li neħħejnielu l-kontenut tiegħu u li jekk ikompli jikser ir-regoli, se jkun hemm konsegwenzi ikbar, fosthom li nneħħulu l-kont.
It-tielet pass: it-tim tagħna jimmarka li widdeb il-kont tal-utent.
F'Taqsimiet 3(a) u 3(b) iktar 'il fuq tista' ssib l-informazzjoni dwar l-għadd ta' twiddibiet u restrizzjonijiet imqiegħda fuq il-kontijiet fit-tieni nofs tas-sena 2024 fl-UE.
Sospensjonijiet skont Artiklu 23.2: sospensjoni tal-qejsien tat-tagħrif u l-ilmenti mressqa min-nies, l-entitajiet u oħrajn li jressqu l-ilmenti li ta' sikwit jagħtu tagħrif jew iressqu lmenti li kienu ċari li kienu bla bażi
Meta nqisu t-tifsira tal-kumpanija tagħna ta' x'jiġifieri “ċara li kienu bla bażi” għat-tagħrif u l-ilmenti u l-limiti li għażilna aħna għal dak li nqisu tressiq ta' sikwit ta' dax-xorta ta' tagħrif u lmenti, l-għadd ta' sospensjonijiet tal-qejsien tat-tagħir u l-ilmenti mressqa skont Artiklu 23.2 fit-tieni nofs tas-sena 2024 kien dan li ġej
It-timijiet tal-għarbiel tal-kontenut tagħna jaħdmu 24 siegħa kuljum madwar id-dinja kollha biex inkunu nistgħu nħarsu lill-komunità tagħna. Hawn taħt hawn rendikont tal-ħaddiema li minn nhar il-31 ta' Diċembru 2024 kellna jaħdmu fl-għarbiel tal-kontenut skont l-ilsien ewlieni tal-ħaddiem (żomm f'moħħok li xi ħaddiema jaħdmu b'iktar minn ilsien wieħed imma lil dawk il-ħaddiema ngħodduhom darba biss):
It-tabella t'hawn fuq tiġbor fiha l-għadd ta' ħaddiema li minn nhar il-31 ta' Diċembru 2024 kellna jaħdmu fuq l-għarbiel tal-kontenut għall-ilsna uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE. F'sitwazzjonijiet fejn neħtieġu iktar għajnuna bl-ilsna, nużaw is-servizzi tat-traduzzjoni.
Insibu l-għarbiela b'deskrizzjoni tax-xogħol standard li fiha l-ħtiġijiet tal-għarfien tal-ilsna (skont il-ħtieġa). Il-ħtieġa tal-għarfien tal-ilsien tgħid li min japplika għandu jkun jaf jikteb u jitħaddet sew b'dak l-ilsien u, għax-xogħlijiet tal-bidu, min japplika għandu jkollu mill-inqas sena esperjenza fil-qasam tax-xogħol. Kull min japplika għandu jkollu dak li nistennew minnu fejn jidħol edukazzjoni u esperjenza biex inqisuh għax-xogħol u għandu jurina li jifhem x'inhu għaddej fil-pajjiż jew fir-reġjun li se jkun qed jgħarbel il-kontenut li ġej minnu.
Aqra hawn fuq għad-dettalji dwar it-taħriġ u l-għajnuna li Snap tagħti lill-għarbiela tal-kontenut tagħha. Skont Artiklu 15(1)(ċ) tal-ASD, l-informazzjoni għandha tingħata f'taqsima għaliha u għalhekk tinsab f'Taqsima 3(b) fl-aħħar taqsima sekondarja bl-isem “Kif nagħtu taħriġ u għajnuna lill-għarbiela tal-kontenut”
Maħruġ: 31 ta' Jannar 2025
L-Iġded Bidla: 31 ta' Jannar 2025
Dar-rapport jitħaddet dwar iż-żmien li jibda mill-1 ta' Jannar 2024 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2024.
Sfond
L-isfruttament sesswali ta' membru tal-komunità tagħna, l-iktar ta' xi ħadd taħt l-età, huwa kontra l-liġi, mistmerr u kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna. Ir-rażna, is-sejbien u l-qerda tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA) fuq il-pjattaforma tagħna hija prijorità ewlenija għal Snap u għalhekk il-ħin kollu qed intejbu l-ħiliet tagħna biex niġġieldu kontra dawn ir-reati u reati oħra.
Fost it-teknoloġiji li nużaw hemm (a) it-tqabbil dettaljat tal-hash ta' PhotoDNA biex insibu r-ritratti kontra l-liġi magħrufa u Child Sexual Abuse Imagery (CSAI) Match ta' Google biex insibu l-filmati kontra l-liġi magħrufa; u (b) l-API tas-Sigurtà tal-Kontenut ta' Google biex insibu stampi tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-tfal ġodda, "li qatt ħadd ma rrappurtahom qabel". Aħna nirrappurtaw l-istampi tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal lin-National Center for Missing and Exploited Children (NCMEC) tal-Istati Uniti tal-Amerka skont kif titlob minna l-liġi. In-NCMEC imbagħad jaħdem mal-forzi tal-ordni tal-Istati Uniti tal-Amerka u pajjiżi oħra skont il-ħtieġa.
Rapport
Il-grafika t'hawn taħt turi d-dejta dwar is-sejbien minn rajna u l-għemil li wettaqna kontra l-utenti ġewwa l-UE għall-istampi li juru l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal fl-2024. (Żomm f'moħħok li xi għemejjel li jinbtu mit-tiftix minn rajna li wettaqna fl-2024 jafu kienu għadhom qed jiġu appelleti fil-ħin tal-kitba tar-rapport u għalhekk mhux jintwerew fid-dejta tal-appelli u l-kontenut imtella' mill-ġdid t'hawn taħt.)
*Dil-kategorija tiġbor fiha t-tneħħijiet kollha għall-ksur tar-Regoli tal-Komunità ta' Snap li ma jħallux lil min jisfrutta lit-tfal sesswalment. Hawn ma żidniex il-kontenut li sibna minn rajna u li neħħejna għal raġunijiet oħra.
**It-tneħħija tista' titreġġa' lura jekk insibu li saret bi żball skont il-politiki li kienu fis-seħħ fil-ħin tat-tneħħija jew jekk insibu li l-politiki tagħna twettqu kif suppost f'dal-ħin imma l-politika li torbot tagħna kienet laqħet inbidlet aħna u nqisu l-appell.
Ħarsien marbut mal-Għarbiel tal-Kontenut
Il-ħarsien marbuta mat-Tiftix tal-Midja tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal huwa dak li semmejna hawn fuq fir-Rapport tat-Trasparenza tal-Att tas-Servizzi Diġitali tal-UE.
Maħruġ: 28 ta' Frar 2025
L-Aħħar Bidla: 28 ta' Frar 2025
Firxa tar-Rapport: Bejn l-1 ta' Jannar 2024 u l-31 ta' Diċembru 2024
Dar-Rapport tat-Trasparenza nħareġ skont Artikli 7(2) u 7(3) tar-Regolament 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-UE, dwar it-tixrid tal-kontenut tat-terroriżmu fuq l-internet (ir-Regolament). Dar-rapport imsejjes fuq l-informazzjoni miġbura bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru tal-2024.
Artiklu 7(3)(a): informazzjoni dwar il-miżuri tal-operatur tas-servizz ta' hosting fejn jidħol is-sejbien u t-tħassir jew it-tneħħija għall-aċċess għall-kontenut terroristiku
Artiklu 7(3)(b): informazzjoni dwar il-miżuri meħudin mill-operatur tas-servizz ta' hosting fejn jidħol id-dħul mill-ġdid ta' materjal fuq l-internet li jkun diġà tneħħa jew li l-aċċess għalih ġie diżattivat għax tqies bħala kontenut marbut mat-terroriżmu, l-iktar fejn ikunu ntużaw għodda awtomatiċi
Fuq Snapchat ftit li xejn jittella' kontenut terroristiku u fl-2024 ma daħlitilha l-ebda ordni tat-tħassir skont ir-Regolament.
It-terroristi, l-għaqdiet terroristiċi u l-estremisti vjolenti ma jistgħux jużaw Snapchat. Skont ir-Regoli tal-Komunità tagħna, il-kontenut li jsejjaħ għal, iħeġġeġ, ifaħħar jew jimbotta 'l quddiem l-għemil marbut mat-terroriżmu jew għemil vjolenti ieħor jew għemil kriminali ma jistax jittella'. L-utenti jistgħu jirrappurtaw il-kontenut li jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna mill-menù tar-rapporti fl-app jew mis-Sit tal-Għajnuna tagħna direttament. Għandna wkoll sistemi li jfittxu l-kontenut biex nippruvaw nagħrfu l-kontenut li jikser ir-Regoli tal-Komunità fi mkejjen pubbliċi bħal Spotlight u Sejjieba.
Ikun kif ikun li nsibu l-kontenut li qed jikser ir-regoli, it-timijiet tas-sigurtà tagħna b'għarbiel awtomatiku u għarbiel mill-bniedem, jiċċekkjaw minnufih il-kontenut misjub u jieħdu deċiżjoni dwaru. Fost l-għażliet hemm li jneħħu l-kontenut, li jwiddbu jew jagħlqu l-kont li jkun qed jikser ir-regoli u, jekk ikun il-każ, jirrappurtaw il-kont lill-forzi tal-ordni. Biex ma nħallux kontenut terroristiku jew xorta oħra ta' kontenut estremist vjolenti fuq Snapchat, minbarra li naħdmu mal-forzi tal-ordni, naraw li nimblukkaw it-tagħmir marbut mal-kont li kiser ir-regoli u ma nħallux lill-utent joħloq kont ta' Snapchat ieħor.
Tista' ssib iktar dettalji tal-proċessi tagħna biex insibu u nneħħu l-kontenut terroristiku fit-Tifsira ta' Kontenut ta' Mibegħda, Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti u fit-Tifsira dwar l-Għarbiel, it-Tneħħija tal-Kontenut u l-Kontijiet u l-Appelli tagħna.
Artiklu 7(3)(ċ): l-għadd ta' oġġetti b'kontenut terroristiku mneħħija jew li l-aċċess għalih tneħħa wara ordnijiet ta' tneħħija jew miżuri partikolari u l-għadd ta' ordnijiet tat-tneħħija fejn il-kontenut ma tneħħiex jew l-aċċess għalih ma jkunx tneħħa skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artiklu 3(7) u l-ewwel sottoparagrafu tal-Artiklu 3(8), flimkien mar-raġunijiet għal dan
Matul iż-żmien tar-rapport, lil Snap ma waslitilha l-ebda ordni tat-tneħħija u lanqas ma kienet fid-dmir li twettaq xi għemil partikolari mitlub minn Artiklu 5 tar-Regolament. Għalhekk ma kellna nneħħu l-ebda kontenut jew kont skont ir-Regolament.
It-tabella li ġejja tagħti t-tneħħijiet tal-kontenut u tal-kontijiet wara r-rapporti li daħlu mill-utenti u wara li sibna l-kontenut aħna minn rajna, kemm ġewwa l-UE kif ukoll madwar il-bqija tad-dinja. Dan il-kontenut kien jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna fejn jidħol il-kontenut terroristiku u dak li juri estremiżmu vjolenti.
Artiklu 7(3)(d): l-għadd u r-riżultat tal-ilmenti pproċessati mill-operatur tas-servizz tal-hosting skont l-Artiklu 10
Artiklu 7(3)(g): in-numru ta' każijiet li fihom il-fornitur tas-servizz ta' hosting reġa' daħħal kontenut jew aċċess għalih wara ilment mill-fornitur tal-kontenut
Minħabba li ma kellna l-ebda azzjonijiet ta' infurzar meħtieġa taħt ir-Regolament matul il-perjodu ta' rappurtar kif innutat hawn fuq, ma ħadna l-ebda ilment skont l-Artiklu 10 tar-Regolament u ma kellna l-ebda dħul mill-ġdid assoċjat.
It-tabella li ġejja fiha informazzjoni relatata ma' appelli u reintegrazzjonijiet, kemm fl-UE kif ukoll f'postijiet oħra madwar id-dinja, li jinvolvu kontenut terroristiku u estremista vjolenti infurzat taħt il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna.
Artiklu 7(3)(e): l-għadd u r-riżultati tal-istħarriġ amministrattiv jew ġudizzjarju mressaq mill-operatur tas-servizz tal-hosting
Artiklu 7(3)(f): l-għadd ta' każijiet fejn l-operatur tas-servizz tal-hosting kellu jerġa' jtella' jew jerġa' jagħti aċċess għall-kontenut minħabba sentenza ta' stħarriġ amministrattiv jew stħarriġ ġudizzjarju
Billi ma wettaqna l-ebda għemil mitlub minna mir-Regolament matul il-firxa taż-żmien li r-rapport jitħaddet dwarha, ma kellna l-ebda proċess ta' stħarriġ amministrattiv jew ġudizzjarju u għalhekk ma kellna l-ebda dmir li nerġgħu ntellgħu jew nagħtu aċċess għal xi kontenut wara proċess ta' din ix-xorta.
Dan ir-rapport tħejja biex jikkonforma mal-obbligi ta’ Snap skont l-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (UE) 2022/2065 u jipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni tagħna tar-riskji tas-sistema li jirriżultaw mid-disinn, il-funzjoni u l-użu tal-pjattaformi online ta’ Snapchat, flimkien mal-metodoloġija użata biex jiġu vvalutati dawk ir-riskji u l-miżuri ta’ mitigazzjoni stabbiliti biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji.
Rapport ta' Valutazzjoni tar-Riskju u l-Mitigazzjoni tad-DSA | Snapchat | Awwissu tal-2023 (PDF)
Dawn ir-rapporti tħejjew biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ Snap skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2022/2065 u jipprovdu: (i) ir-riżultati tal-awditjar indipendenti tal-konformità ta’ Snap mal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022 /2065 u (ii) il-miżuri meħuda biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet operazzjonali minn dik il-verifika indipendenti.
Rapport tal-Awditjar Indipendenti tad-DSA | Snapchat | Awwissu tal-2024 (PDF)
Rapport tal-Implimentazzjoni tal-Awditjar tad-DSA | Snapchat | Settembru tal-2024 (PDF)
Kodiċi ta' Prattika tal-VSP tal-UE
Snap hija fornitur ta’ “servizz ta’ pjattaforma għall-kondiviżjoni tal-vidjows” (“VSP”) skont l-Artikolu 1(1)(aa) tal-AVMSD. Dan il-Kodiċi ta' Kondotta (“Kodiċi”) tħejja biex ifisser kif Snap timxi mad-dmirijiet tagħha bħala VSP skont l-Att tal-Midja Olandiż (“DMA”) u d-Direttiva (UE) 2010/13 (kif emendat mid-Direttiva (UE) 2018 /1808 (id-“Direttiva tas-Servizz tal-Midja tal-Ħoss u tal-Istampi” jew “AVMSD”). Il-Kodiċi jgħodd għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għaż-Żona Ekonomika Ewropea kollha.
Kodiċi tal-Kondotta tal-VSP tal-UE | Snapchat | Marzu tal-2025 (PDF)
Bulgaru | Kroat | Ċek | Daniż | Olandiż | Estonjan | Finlandiż | Franċiż | Ġermaniż | Grieg | Ungeriż | Irlandiż | Taljan | Latvjan | Litwan | Malti | Pollakk | Portugiż | Rumen | Slovakk | Sloven | Spanjol | Żvediż