Merħba fil-paġna tat-trasparenza għall-Unjoni Ewropea (UE) tagħna; post fejn intellgħu l-informazzjoni marbuta mal-UE skont ma jitolbuna l-Att għas-Servizzi Diġitali (ASD), id-Direttiva dwar is-Servizz tal-Midja Awdjoviżiva (AVMSD), l-Att Olandiż dwar il-Midja (DMA) u r-Regolament dwar il-Kontenut Terroristiku fuq l-Internet (TCO). Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li tista' ssib l-iġded verżjoni ta' dar-Rapporti tat-Trasparenza fil-verżjoni reġjonali en-US tas-sit tagħna.
Snap Group Limited ħatret lil Snap B.V. bħala r-Rappreżentant Legali tagħha għal dak kollu li hu marbut mal-ASD. Tista' tikkuntattja lir-rappreżentant fuq dsa-enquiries [at] snapchat.com għal kull ħaġa marbuta mal-ASD, fuq vsp-enquiries [at] snapchat.com għal kull ħaġa marbuta mal-AVMSD u d-DMA, fuq tco-enquiries [at] snapchat.com għat-TCO, mis-Sit tal-Għajnuna tagħna [hawn] jew fuq:
Snap B.V.
Keizersgracht 165, 1016 DP
Amsterdam, in-Netherlands
Jekk int parti mill-forzi tal-ordni, jekk jogħġbok imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija hawnhekk.
Jekk jogħġbok iktbilna bl-Ingliż jew bl-Olandiż meta tikkuntattjana.
Għal dak li hu marbut l-ASD, aħna naqgħu taħt l-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Olandiża għall-Konsumaturi u s-Swieq (ACM). Għal dak li hu marbut mal-AVMSD u d-DMA, aħna naqgħu taħt l-Awtorità tax-Xandir Olandiża (CvdM). Għal dak li hu marbut mat-TCO, aħna naqgħu taħt l-Awtorità Olandiża għat-trażżin tal-Kontenut Terroristiku u l-Kontenut tal-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal fuq l-Internet (ATKM).
Maħruġ: 25 ta' Ottubru 2024
L-Iġded Bidla: 2 ta' Jannar 2025
Aħna nippubblikaw dar-rapport marbut mal-ħidma tal-għarbiel tal-kontenut fuq Snapchat skont ir-rekwiżiti tar-rapporti tat-trasparenza mitluba minn Artikli 15, 24 u 42 tal-Att għas-Servizzi Diġitali tal-Unjoni Ewropea (UE) (Regolament 2022/2065 (UE)) (“ASD”). Sakemm ma niktbux mod ieħor, l-informazzjoni ta' dar-rapport hija għaż-żmien ta' bejn l-1 ta' Jannar 2024 u t-30 ta' Ġunju 2024 (l-ewwel nofs tas-sena 2024) u ssemmi l-ħidma tal-għarbiel tal-kontenut tal-faċilitajiet ta' Snapchat li taqa' taħt l-ASD.
Aħna dejjem nippruvaw intejbu r-rapporti tagħna. Għaż-żmien ta' dar-rapport (l-ewwel nofs tas-sena 2024), għamilna xi bidliet fil-binja tar-rapport billi żidna tabelli ġodda b'iktar varjetà biex nagħtu ħarsa aħjar lejn il-ħidma tal-għarbiel tagħna.
Illum, l-1 ta' Ottubru 2024, nistgħu ngħidu għandna medja ta' 92.9 miljun riċevitur attivi fix-xahar (“AMAR”) tal-app Snapchat tagħna fl-UE. Dan ifisser li, bħala medja, matul l-aħħar 6 xhur li jintemmu nhar it-30 ta' Settembru 2024, 92.9 miljun utent irreġistrati fl-UE fetħu l-app ta' Snapchat mill-inqas darba matul xahar partikolari.
Diċ-ċifra tinqasam skont l-Istati Membri hekk:
Dawn iċ-ċifri nħadmu biex nimxu ma' dak li bħalissa qed jitlob minna l-ASD u għandhom jitqiesu biss għall-għanijiet tal-ASD. Maż-żmien bdilna kif naħdmu din is-somma, anki minħabba bidliet fil-politiki tal-kumpanija tagħna, fil-pariri tar-regolaturi u fit-teknoloġija. Għalhekk, dan-numri m'għandhomx jintużaw biex wieħed iqabbel bejn firxa taż-żmien u oħra. Il-mod kif ħdimna n-numri jista' jvarja wkoll minn kif ħdimna numri oħra li noħorġu għal għanijiet oħra.
Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport (l-ewwel nofs tas-sena 2024), daħlulna dal-għadd ta' talbiet (mhux inqisu t-talbiet għall-għoti tal-informazzjoni tal-emerġenza) mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE biex nagħtu d-dejta tal-utenti, fosthom it-talbiet mibgħuta skont Artiklu 10 tal-ASD.
Minħabba li dan in-numru huwa żero (0), ma nistgħux nagħtu rendikont skont ix-xorta ta' kontenut li jikser il-liġi jew Stat Membru li ħareġ l-ordni jew tal-ħinijiet medjani biex nikkonfermaw li waslet l-ordni jew biex inwettqu l-ordnijiet.
Matul il-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport (l-ewwel nofs tas-sena 2024), daħlulna dal-għadd ta' talbiet (mhux inqisu t-talbiet għall-għoti tal-informazzjoni tal-emerġenza) mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE biex nagħtu d-dejta tal-utenti, fosthom it-talbiet mibgħuta skont Artiklu 10 tal-ASD:
Il-ħin medjan biex ngħarrfu lill-awtortiajiet responsabbli bil-wasla ta' dawn l-ordnijiet biex nagħtu l-informazzjoni kien ta' żero minuti — aħna nibagħtu tweġiba awtomatika biex nikkonfermaw il-wasla tal-ordni.
Iż-żmien medjan biex nagħtu l-informazzjoni mitluba minn dawn l-ordnijiet kien ta' madwar 7 ijiem. Din il-metrika tirrifletti l-perjodu ta’ żmien minn meta Snap tidħlilha ordni sa meta Snap tqis li l-kwistjoni kienet solvuta għal kollox, li f’każijiet individwali jista’ jiddependi parzjalment fuq il-veloċità li biha l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru twieġeb għal kwalunkwe talba għal kjarifika minn Snap meħtieġa biex tipproċessa l-ordni.
Żomm f'moħħok li ma nagħtux rendikont tal-ordnijiet għall-informazzjoni t'hawn fuq skont ix-xorta ta' kontenut illegali għax ħafna drabi ma jkollniex dil-informazzjoni.
Il-kontenut kollu fuq Snapchat irid jimxi mal-Linji Gwida tal-Komunità u r-Regoli tas-Servizz tagħna. Ċertu kontenut irid jimxi wkoll mal-linji gwida u l-politiki addizzjonali tagħna. Pereżempju, kontenut sottomess għal rakkomandazzjoni mill-algoritmi lil udjenza ikbar fuq il-mezzi tax-xandir għall-pubbliku tagħna jrid jissodisfa standards addizzjonali aktar strinġenti pprovduti fil-Linji Gwida dwar il-Kontenut għall-Eliġibbiltà għal Rakkomandazzjoni, filwaqt li r-reklami jridu jimxu mal-Politiki dwar ir-Reklamar tagħna.
Aħna ninfurzaw dawn il-politiki bl-użu tat-teknoloġija u rieżami umana. Nipprovdu wkoll mekkaniżmi biex is-Snapchatters jirrapportaw ksur tar-regoli, inkluż kontenut u attivitajiet illegali, direttament fl-applikazzjoni jew inkella permezz tas-sit web tagħna. Mekkaniżmi u rapporti ta' detezzjoni proattiva jwasslu għal rieżami, li mbagħad jagħmlu użu minn taħlita ta' għodod awtomatizzati u moderaturi umani biex jieħdu azzjoni xierqa skont il-politiki tagħna.
Aktar 'il quddiem nipprovdu aktar informazzjoni dwar il-moderazzjoni tal-kontenut fl-ewwel nofs tal-2024.
Skont l-Artikolu 16 tad-DSA, Snap implimentat mekkaniżmi li jippermettu lill-utenti u lil dawk li mhumiex utenti biex jinnotifikaw lil Snap bil-preżenza ta' oġġetti speċifiċi ta' informazzjoni fuq Snapchat li jqisu li hu kontenut illegali. Jistgħu jagħmlu dan billi jirrapportaw biċċiet speċifiċi ta' kontenut jew kontijiet, b'mod dirett fl-applikazzjoni Snapchat jew inkella fuq is-sit web tagħna.
Matul il-firxa taż-żmien li jitkellem dwarha r-rapport (l-ewwel nofs tas-sena 2024), irċevejna dawn l-avviżi li tressqu skont l-Artiklu 16 tad-DSA ġewwa l-UE:
Hawn taħt, nipprovdu tqassim li jirrifletti kif dawn l-avviżi ġew ipproċessati – jiġifieri, permezz ta’ proċess li jinkludi reviżjoni umana jew biss permezz ta’ mezzi awtomatizzati:
Huma u jibagħtu xi tagħrif mill-app jew mis-sit tagħna, dawk li qed jirrappurtaw jistgħu jagħżlu raġuni partikolari għar-rapporti tagħhom minn menù ta' għażliet li juri l-kategoriji tal-ksur imsemmija fir-Regoli tal-Komunità tagħna (ngħidu aħna, kliem ta' mibegħda, drogi). Ir-Regoli tal-Komunità tagħna msejsa fuq it-twemmin tagħna u jinbtu minn kontenut u għemil li jmur kontra l-liġi fl-UE. Għalhekk, l-għażliet li nagħtu bħala raġunijiet għar-rapporti, f'xi każijiet huma kategoriji ta' kontenut li jikser il-liġi fl-UE. Jekk min qed jirrapporta fl-UE jemmen li l-kontenut jew il-kont li qed jirrapporta jikser il-liġi imma r-raġuni mhix imsemmija fil-menù tar-rapporti tagħna, jista' jagħżel “kontenut kontra l-liġi ieħor” u mbagħad nagħtuh l-opportunità jfissrilna għaliex jemmen li l-kontenut li qed jirrapporta jikser il-liġi.
Jekk wara r-reviżjoni nsibu li l-kontenut jew il-kont irrappurtat jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna (anki għax ikun jikser il-liġi), nafu (i) inneħħu l-kontenut li jikser ir-regoli tagħna, (ii) inwiddbu lil sid il-kont u nżidu twiddiba mal-kont tiegħu u / jew (iii) insakkru l-kont kif fissirna fit-Tifsira tal-Għarbiel, tat-Twettiq u tal-Appelli ta' Snapchat tagħna.
Fl-ewwel nofs tas-sena 2024, wettaqna dat-tneħħijiet wara li daħlilna t-tagħrif mibgħut mill-utenti ġewwa l-UE skont Artiklu 16 tal-ASD:
Fl-ewwel nofs tas-sena 2024, ir-rapporti kollha rrappurtati bħala “kontenut kontra l-liġi ieħor” li għamilna xi ħaġa dwarhom tneħħew skont ir-Regoli tal-Komunità tagħna għax ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma kinux iħallu lill-utenti jtellgħu dak ix-xorta ta' kontenut jew iwettqu dak ix-xorta ta' għemil. Għalhekk fit-tabella t'hawn fuq qsamna dawn it-tneħħijiet skont il-ksur tar-Regola tal-Komunità ta' dak il-kontenut.
Minbarra t-twettiq tal-politiki tagħna msemmi hawn fuq, nistgħu nieħdu passi kontra xi kontenut li niġu mgħarrfa dwaru skont il-politiki u l-linji gwida l-oħra ta' Snap fis-seħħ:
Fejn jidħol il-kontenut fl-imkejjen pubbliċi tal-pjattaforma tagħna, jekk insibu li l-kontenut irrappurtat mhux skont l-istandards ogħla tal-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut tagħna (jekk ma jkunx skont il-kriterji tal-eliġibbiltà tagħna) jew nafu niċħdu dak il-kontenut u ma nħallux lill-algoritmi tagħna jissuġġeruh jew nafu ma nħalluhx jinxtered mal-udjenzi kollha (jekk il-kontenut għandu l-kriterji tal-eliġibbiltà biex nissuġġeruh imma huwa kontenut sensittiv jew qanqieli).
Fl-ewwel nofs tas-sena 2024 wettaqna dan l-għemil b'rabta mal-kontenut pubbliku fuq il-pjattaforma ta' Snapchat li daħlilna rapport dwaru ġewwa l-UE; skont il-Linji Gwida għall-Eliġibbiltà tas-Suġġerimenti tal-Kontenut tagħna: