Istruzzjonijiet għar-Riċerkaturi għall-Aċċess ta' Dejta
Talbiet għall-Aċċess tad-Dejta mir-Riċerkaturi skont Artiklu 40(4) tal-ASD
Jekk int riċerkatur b'għanijiet li mhux kummerċjali u tixtieq titlob aċċess għad-dejta ta' Snapchat skont Artiklu 40(4) tal-Att tas-Servizzi Diġitali (ASD) tal-UE, tista' tressaq it-talba għar-riċerka tiegħek billi tuża l-Portal għall-Aċċess tad-Dejta tal-ASD li hija mħarsa mill-Kummissjoni Ewropea.
Hekk kif Talba għall-Aċċess tad-Dejta tkun ġiet mibgħuta permezz tal-Portal għall-Aċċess tad-Dejta tal-ASD, it-Talba se tiġi riveduta u vverifikata mill-Koordinatur Olandiż tas-Servizzi Diġitali. Ladarba tkun approvata, t-Talba se tintbagħat lil Snap.
Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li Talbiet għall-Aċċess tad-Dejta li jintbagħtu permezz tal-Portal imsemmi hawn fuq u li ġew riveduti u approvati mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali biss se jiġu pproċessati.
Talbiet għall-Aċċess tad-Dejta mir-Riċerkaturi skont Artiklu 40(12) tal-ASD
Jekk int riċerkatur b'għanijiet mhux kummerċjali u tixtieq titlob aċċess għad-dejta ta' Snapchat skont Artiklu 40(12) tal-Att tas-Servizzi Diġitali (ASD) tal-UE, tista' tressaq it-talba għall-aċċess tad-dejta tiegħek fuq dan l-indirizz tal-email: DSA-Researcher-Access[at]snapchat.com
Imbagħad se nikkuntattjawk biex nivverifikaw li għandek il-kriterji kollha meħtieġa biex nipproċessawl it-talba tiegħek.
Il-Katalgu tad-Dejta ta' Snap għat-Talbiet skont Artiklu 40(4) u Artiklu 40(12) tal-ASD
Hawn taħt se ssib lista tal-Assi Diġitali li jistgħu jiġu aċċessati flimkien mal-mudell tad-dejta u l-metadejta tagħhom:
Kontenut ta' Spotlight
Identifikatur tal-Utent
Data tas-Sottomissjoni
Pajjiż
Dejta ta' Interazzjonijiet
Kodiċi tal-Kontenut
Ħolqa Pubblika
Kontenut tal-Istejjer Pubbliċi
Pajjiż
Identifikatur tal-Utent
Data tas-Sottomissjoni
Kodiċi tal-Kontenut
Ħolqa Pubblika
Kontenut tal-Istejjer tal-Mapep
Kodiċi tal-Kontenut
Identifikatur tal-Utent
Data tas-Sottomissjoni
Pajjiż
Dejta ta' Interazzjonijiet
Ħolqa Pubblika
Kummenti ta' Spotlight
Kodiċi tal-Kontenut
Data tas-Sottomissjoni
Kitba tal-Kummenti
Identifikatur tal-Utent
Pajjiż
Dejta tal-Profil Pubbliku
Identifikatur tal-Utent
Dejta ta' Interazzjonijiet
Ħolqa Pubblika
Modalità tal-Aċċess tad-Dejta għat-Talbiet skont Artiklu 40(4) u Artiklu 40(12) tal-ASD
Snap se tipprovdi ħolqa sigura biex tikseb aċċess għall-cloud li fih jinżamm ir-rekordju tad-dejta.
Il-Kuntatt ta' Snap
Għal kwalunkwe mistoqsija marbuta ma' dan il-proċess, ir-riċerkatur jistgħa jikkuntattjana permezz ta' dan l-indirizz tal-email: DSA-Researcher-Access[at]snapchat.com