Hawn taħt nagħtu tifsira tal-iktar kliem, politiki u proċessi ta' ħidma msemmija fir-rapport tat-trasparenza tagħna.
Kontenut Sesswali: Jirreferi għall-promozzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ nudità sesswali, pornografija jew servizzi sesswali kummerċjali. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi t- tweġibiet tagħna dwar il- Kontenut Sesswali. Żomm f'moħħok, għar-rapporti tat-trasparenza tagħna, aħna niddefinixxu u nsegwu dejta dwar l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal b'mod separat mit-tipi l-oħra ta' Kontenut Sesswali.
Sfruttament u Abbuż Sesswali tat-Tfal: Jirreferi għall-kontenut li fih kwalunkwe forma ta' sfruttament u abbuż sesswali tat-tfal, fosthom kontenut li juri l-isfruttament u l-abbuż sesswali fuq it-tfal (CSEAI) u grooming jew tħajjir ta’ minorenni għal kwalunkwe skop sesswali. Aħna nirrappurtaw il-każijiet kollha identifikati ta' sfruttament u abbuż sesswali tat-tfal lill-awtoritajiet. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi l-ispjegazzjoni tagħna dwar Kontenut Sesswali.
Fastidju u Bullying: Jirreferi għal kwalunkwe mġiba mhux mixtieqa li tista' tikkawża li persuna ordinarja tesperjenza tbatija emozzjonali, bħal abbuż verbali. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi l-ispjegazzjoni tagħna dwar Fastidju u Bullying.
Theddid u Vjolenza Irreferi għal kontenut li jesprimi l-intenzjoni li tikkawża ħsara fiżika jew emozzjonali serja. Il-vjolenza tirreferi għal kwalunkwe kontenut li jipprova jinċita, jiglorifika jew juri vjolenza umana, moħqrija tal-annimali, xeni tad-demm jew immaġini espliċiti. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi l-ispjegazzjoni tagħna dwar Theddid, Vjolenza u Ħsara.
Awto-Leżjoni u Suwiċidju: Tirreferi għall-glorifikazzjoni tal-awto-leżjoni, fosthom il-promozzjoni ta’ awto-leżjoni, suwiċidju jew disturbi fil-komportament alimentari. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi lis-spjegazzjoni tagħna dwar Theddid, Vjolenza u Ħsara.
Informazzjoni Falz: Tinkludi kontenut falz jew qarrieqi li jikkawża ħsara jew li huwa malizzjuż, bħal ċaħda tal-eżistenza ta' avvenimenti traġiċi, stqarrijiet mediċi mhux sostanzjati, jew li jdgħajjef l-integrità ta' proċessi ċiviċi, jew manipulazzjoni ta' kontenut għal skopijiet foloz jew qarrieqa, fosthom permezz ta' IA ħallieqa jew permezz ta' editjar qarrieqi. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi l-ispjegazzjoni tagħna dwar Informazzjoni ta' Ħsara, Falza jew Qarrieqa.
Impersonazzjoni: Iseħħ meta kont jippretendi b’mod falz li huwa assoċjat ma’ persuna jew ditta oħra. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi l-ispjegazzjoni tagħna dwar Informazzjoni ta' Ħsara, Falza jew Qarrieqa
Spam: Spam jirriferi għal messaġġi mhux mitluba jew kontenut kondiviż irrilevanti li x'aktarx jikkawża konfużjoni ta' ħsara jew inkella joħloq riskju jew inkonvenjent għal utenti leġittimi. Jinkludi każijiet ta' frodi. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi l-ispjegazzjoni tagħna dwar Informazzjoni ta' Ħsara, Falza jew Qarrieqa.
Drogi: Jirreferu għad-distribuzzjoni u l-użu ta' drogi illegali (fosthom pilloli foloz), u attività oħra projbita li tinvolvi d-drogi. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi l-ispjegazzjoni tagħna dwar Attivitajiet Irregolari jew Regolati
Armi: Jirreferu għal oġġetti ddisinjati jew użati biex jikkawżaw il-mewt, ħsara lill-ġisem jew ħsara fiżika oħra. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi lis-spjegazzjoni tagħna dwar Attivitajiet Illegali jew Regolati.
Oġġetti Regolati Oħra: Jirreferu għall-promozzjoni ta' oġġetti jew industriji regolati, fosthom logħob tal-azzard illegali, prodotti tat-tabakk, u alkoħol. Din il-kategorija tinkludi wkoll attivitajiet illegali jew perikolużi, li jistgħu jippromovu jew jinkoraġixxu mġiba li tista’ tinkludi imġiba kriminali jew tippreżenta riskju serju għall-ħajja, is-sikurezza jew il-benesseri ta’ persuna. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi l-ispjegazzjoni tagħna dwar Attivitajiet Illegali jew Regolati.
Diskors ta' Mibegħda : Jirriferi għal kontenut li jbaxxi l-livell, jiddefama jew jippromwovi diskriminazzjoni jew vjolenza lejn individwu jew grupp ta' individwi abbażi tar-razza, il-kulur, il-kasta, l-etniċità, l-oriġini nazzjonali, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, id-diżabilità, l-istatus ta' veteran, l-istatus ta' immigrazzjoni, l-istatus soċjoekonomiku, l-età, il-piż, jew l-istatus tat-tqala tagħhom. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi l-ispjegazzjoni tagħna dwar Kontenut ta' Mibgħeda, Terroriżmu, u Estremiżmu Vjolenti.
Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti: Jirreferi għall-kontenut li jippromwovi jew jappoġġja t-terroriżmu jew atti kriminali vjolenti oħra li jitwettqu min-nies u/jew gruppi biex iwettqu għanijiet ideoloġiċi, bħal dawk ta' natura politika, reliġjuża, soċjali jew ambjentali. Dan jinkludi kull kontenut li jippromwovi jew jappoġġja xi organizzazzjoni terroristika barranija jew grupp ta' mibgħeda estremist vjolenti, kif ukoll kontenut li jgħin lil dawn l-organizzazzjonijiet isibu u jdaħħlu membri ġodda jew iwettqu atti estremisti vjolenti. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi t-tifsiriet tagħna dwar Kontenut ta' Mibegħda, Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti.
Rapporti ta' Kontenut u Kontijiet: In-numru totali ta’ biċċiet ta’ kontenut u kontijiet irrappurtati permezz tal-menù tar-rapportar tagħna fl-app li jiġu riveduti mit-tim Trust & Safety ta’ Snap. Żomm f'moħħok li l-kontenut jinkludi ritratti, vidjows, u chats.
Implimentazzjoni (Implimentat): Azzjoni li tittieħed kontra biċċa kontenut jew kont (e.ż. tħassir, twissija, tissekka). Żomm f'moħħok li l-kontenut jinkludi ritratti, vidjows, u chats. Vjolazzjonijiet tal-kontenut irrappurtati jistgħu jiġu mmexxija minn aġenti umani jew awtomatizzati (fejn l-awtomazzjoni preċiża hija possibbli).
Għadd Totali ta' Kontenut Fejn Ittieħdet Azzjoni: In-numru totali ta' biċċiet ta' kontenut (e.ż. Snaps, Stories) li ġew imwissija minn Snapchat.
Għadd ta' Kontijiet Uniċi Infurzati: In-numru totali ta' kontijiet uniċi li ġew imwissija minn Snapchat. Ngħidu aħna, jekk kont wieħed ġie mwissi ħafna drabi għal raġunijiet differenti, (e.ż. utent ġie mwissi għax tefa' informazzjoni falza u wara, il-kont tiegħu ġie maqful għax ta fastidju lil utent ieħor), skont din is-sistema, se jiġi biss ikkalkulat li utent wieħed biss ġie mwissi. Iż-żewġ twissijiet, però, se jkunu inklużi fil-"Ħarsa Ġenerali tal-Vjolazzjonijiet tal-Kontenut u Kontijiet", bi twissija waħda fuq kont għall-"Informazzjoni Falza" u twissija oħra fuq kont għall-"Fastidju u Bullying."
% tar-Rapporti Totali Mwissijja minn Snap: Dan juri l-perċentwal ta' biċċiet ta' kontenut u kontijiet li ġew imwissijja minħabba raġuni ta' politika, maqsuma fil-biċċiet totali ta' kontenut u kontijiet li kienu mwissijja għar-raġunijiet tal-politiki kollha.
Ħin Meħtieġ għal Reazzjoni: Il-ħin bejn xħin it-tim tas-Sigurtà tagħna jirċievi rapport (normalment meta jitressaq rapport), u l-aħħar ħin imniżżel li jkun sar l-infurzar. Jekk isiru diversi reviżjonijiet, il-ħin finali hu kkalkulat meta ssir l-aħħar azzjoni.
Rata ta' Kemm Intwera Kontenut Kontra r-Regoli (VVR): VVR hija l-perċentwal ta' kemm utenti raw Stories u Snaps b'kontenut vjolenti, bħala proporzjon għal kull Story u Snap li raw l-utenti fuq Snapchat. (Snap huwa ritratt jew vidjow meħud bil-kamera ta' Snapchat. Iktar informazzjoni tista' ssibha hawn.) Ngħidu aħna, jekk il-VVR tagħna hija 0.03%, dak ifisser li minn kull 10,000 Snap u Story li dehru fuq Snapchat, 3 kien fihom kontenut li mar kontra r-regoli tagħna. Din il-metrika tħallina nifhmu liema perċentwal ta' Snaps u Stories li ntwerew fuq Snapchat jiġi minn kontenut li jmur kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna (jew għax ġie rrappurtat jew għax ħadna azzjoni b'mod proattiv).
Appell: Appell isir meta utent idaħħal talba biex aħna nerġgħu nirrevedu infurzar li wassal għal deċizjoni li jinqafel kont, u dan huwa possibbli jekk il-kont kien magħluq minħabba vjolazzjonijiet tar-Regoli tal-Komunità. Ngħidu aħna, nistgħu nneħħu kont li mar kontra r-regoli tagħna dwar il-fastidju. Utent jista' ma jaqbilx mal-evalwazzjoni tagħna u jibgħatilna appell biex nerġgħu nikkunsidraw id-deċiżjoni tagħna.
Treġġiegħ lura: Treġġiegħ lura huwa meta nreġġgħu lura d-deċiżjoni moderattiva oriġinali, bħala riżultat tal-appell. Meta nirċievu appell, aħna nirrevedu u nevalwaw jekk l-azzjoni ta' infurzar fil-bidu kinitx korretta. Jekk niddeterminaw li għamilna żball fejn infurzajna kontenut jew kont dwar il-linji gwida tar-regoli tagħna fuq il-pjattaforma, aħna nreġġgħu lura d-deċiżjoni dwar il-kontenut jew kont appellat biex dan jitħalla fuq il-pjattaforma tagħna.