Eliġibbiltà għas-Suġġerimenti

Fastidju u Bullying

Mhux Eliġibbli għas-Suġġerimenti:

L-ebda xorta ta' fastidju jew bullying li huwa pprojbit fir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jista' jittella' fuq Snapchat, inkluż f'kontenut privat jew fuq l-Istorja ta' Snapchatter. Biex kontenut ikun eliġibbli għas-suġġerimenti għall-udjenza ikbar, m'għandux ikun fih:

Attentati ambigwi li jwaqqgħu għaċ-ċajt jew jumiljaw lil xi ħadd

Ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jħallu l-ebda xorta ta' fastidju u bullying imma dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut tagħna għandhom standard iktar iebes f'każijiet ambigwi fejn il-ħsieb li wieħed iwaqqa' għaċ-ċajt mhux ċert (bħal, ngħidu aħna, Snap ta' mogħdija biż-żufjett fejn mhux ċar jekk is-suġġett jaqbilx li jgħadduh biż-żufjett fuq il-kamera jew le). Dil-ħaġa tgħodd ukoll għal kliem li jbaxxi jew ineżża' lill-bniedem mid-dinjità tiegħu. Tgħodd ukoll għal meta xi ħadd jitqies bħala oġġett minħabba d-dehra tiegħu, anki jekk ikun persuna magħrufa.

  • Żomm f'moħħok: il-kritika jew is-satira bil-kliem jew bl-għemil fuq adulti jew għaqdiet magħrufa ma jitqisux bħala fastidju jew bullying.
    Ma naċċettaw l-ebda xorta ta' fastidju sesswali (aqra t-taqsima “Kontenut Sesswali” hawn fuq) fuq Snapchat.

Teħid tal-privatezza

Ir-Regoli tal-Komunità jagħtu d-dettalji dwar ix-xorta ta' informazzjoni privata li m'għandhiex tinqasam. Barra minn hekk, dawn ir-Regoli tal-Komunità ma jħallukx taqsam ritratti tat-tfal, fosthom it-tfal ta' persuni magħrufa, sakemm:

  • m'għandhomx sehem ewlieni fi stejjer ta' interess pubbliku

  • ma jkunux mal-ġenitur jew mal-gwardjan legali tagħhom f'avveniment pubbliku

  • il-kontenut ma jkunx inħoloq bil-kunsens tal-ġenitur jew tal-gwardjan legali.

Li tixtieq il-mewt jew korriment serju ta' xi ħadd

Ngħidu aħna, “Nirra l-eks tiegħi jaħbat bil-karozza l-ġdida tiegħu”.

Kliem baxx immirat lejn ħaddieħor

Ir-Regoli tal-Komunità tagħna jħalluk tesprimi ruħek bi kliem baxx, imma dawn il-Linji Gwida għall-Kontenut ma jħallukx tuża kliem baxx meta tkun qed tirreferi għal xi persuna jew grupp, anki jekk mhux daqshekk gravi daqs kliem ta' mibegħda u daqs kliem sesswalment espliċitu u anki jekk il-kliem ikun mgħotti b'xi ħoss jew b'xi ħaġa oħra.

Ċajt goff jew perikoluż

Li jista' jwassal il-vittma biex temmen li tinsab f'periklu imminenti li tweġġa', tmut jew titlef lil xi ħadd.

Nuqqas ta' empatija b'rabta ma' ġrajjiet jew suġġetti traġiċi

Ngħidu aħna, tgħaddi biż-żufjett lil vittmi tal-vjolenza minn sieħeb jew siebħa intimi.

Li Jmiss:

Kontenut Vjolenti jew Inkwetanti

Read Next