Attivitajiet Illegali jew Regolati
Mhux Eliġibbli għas-Suġġerimenti:
L-għemil, il-prodotti jew is-servizzi illegali jew regolati li jmorru kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna huma projbiti fuq Snapchat. Biex kontenut ikun jista jiġi ssuġġerit għall-udjenza ikbar, m'għandux:
Riklami jew tħeġġiġ ta' għemil illegali
Dax-xorta ta' kontenut imur kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna u għalhekk imur ukoll kontra dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut.
Juri l-prodotti tat-tabakk, in-nikotina jew il-kannabis jew il-prodotti biex tużahom.
Għalkemm ir-Regoli tal-Komunità tagħna jħalluk ittella' Snaps ta' adulti jużaw dawn il-prodotti f'postijiet fejn huma legali, il-Linji Gwida tal-Kontenut ma jħallux dax-xorta ta' kontenut jixtered.
Juri użu perikoluż tal-alkoħol
Għalkemm ir-Regoli tal-Komunità tagħna jħalluk ittella' Snaps ta' adulti jixorbu l-alkoħol, dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut ma jħallux dax-xorta ta' kontenut li juri użu eċċessiv u perikoluż ta' alkoħol minn adulti jixtered. Fost dan il-kontenut hemm kontenut li juri lil xi ħadd jixrob kwantitajiet kbar ta' alkoħol jew li qed iħaddem jew isuq vettura taħt l-effett tax-xorb jew bl-alkoħol ħdejh jew xi ħadd qed jixrob sakemm ma jkunx jiflaħ jitkellem jew jitlef sensih.
Juri armi moderni ta' veru li kapaċi joqtlu n-nies
Xkubetti, skieken tal-ġlied, splussivi, eċċ. - barra mill-kuntest tal-aħbarijiet, tat-tagħlim jew tal-isport.
Armi storiċi (bħal katapulti, xkubetti, xwabel, eċċ.) jistgħu jintwerew.
Armi foloz (tiżjin tal-kostumi, armi tal-logħob diġitali, eċċ.) jistgħu jintwerew.
Riklami għal ċerti prodotti jew servizzi li huma regolati
Il-Politika tal-Kontenut Kummerċjali tispjega kif l-iSnapchatters jistgħu jaqsmu l-kontenut kummerċjali ma' sħabhom jew mas-segwaċi tagħhom, inkluż kontenut li jeħtieġ immirar fuq il-bażi tal-età jew tal-post. Iżda biex ikun eliġibbli għal rakkomandazzjoni, il-kontenut ma jistax jippromwovi dawn l-oqsma regolati:
Propjetà residenzjali
Opportunitajiet għax-xogħol
Logħob tal-azzard, logħob/imħatri għall-flus, lotteriji, kompetizzjonijiet
Wegħdiet mhux realistiċi dwar benefiċċji għas-saħħa li xi prodott jew servizz jista' jagħti; kull riklam ta' vitamini, mediċini jew prodotti għat-telf tal-piż
Self, investimenti, kreditu, kriptomuniti, NTFs, jew xi xorta ta' servizz jew prodott finanzjarju ieħor
Alkoħol
Tabakk, kannabis jew il-prodotti ġejjin minnhom (nikotina, prodotti bit-THC/CBD) jew prodotti biex tpejjiphom (sigaretti elettroniċi, eċċ.)
Bombi, logħob tan-nar, suffarelli, tagħmir għat-twaqqigħ tal-bini
Apps, siti jew servizzi għal-laqgħat romantiċi
Sensittiv:
Għalkemm dawn li ġejjin jistgħu jiġu suġġeriti, nistgħu nagħżlu li nillimitaw kemm hu faċli li ċertu Snapchatters isibuhom minħabba l-età, il-post fejn jinsabu, il-preferenzi tagħhom jew kriterji oħra:
Użu moderat tal-alkoħol mill-adulti
Użu moderat tal-alkoħol mill-adulti
Programmi jew tekniki għat-telf tal-piż
Il-kontenut tal-fitness jista' jintwera lil udjenzi kollha meta jiffoka fuq is-saħħa, it-tonalità tal-ġisem jew il-mobbiltà minflok jiffoka fuq it-telf tal-piż.
Referenzi fittizji għal għemil illegali jew regolat
Ngħidu aħna, ċajt, spettakli komiċi qosra, xeni minn films jew logħob diġitali.
Kontenut ta' Mibegħda, Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti