Kontenut ta' Interess Pubbliku
Stennija
Il-Kuntest importanti. Xi kontenut li jkun jistħoqq li jintwera, edukattiv, satiriku jew is-suġġett ta' taħdit pubbliku jista' jkun permess, anki jekk juri jew jagħmel riferiment għal affarijiet li f'każijiet oħra jkunu jiksru elementi mill-Linji Gwida tagħna dwar il-Kontenut. Aħna napplikaw ġudizzju editorjali f'każijiet bħal dawn, u nitolbuk tagħmel l-istess. Dan ifisser:
Iż-żamma ta' standards għall-preċiżjoni
Permezz ta' verifika xierqa tal-fatti.
Protezzjoni skont l-età u/jew il-post
B'rispett ta' dawn il-Linji Gwida dwar il-Kontenut, meta xieraq u disponibbli.
Evita li toħloq sens ta' xokk fost is-Snapchatters
B'kontenut grafiku jew li jiddisturba. Meta kontenut li potenzjalment jiddisturba jkun jistħoqq li jintwera, trid tuża twissija ta' kontenut grafiku.
Kontenut Politiku
Il-Kontenut Politiku jista' jiġi suġġerit biss minn Imsieħba jew Ħallieqa fdati li nkunu approvajniehom minn qabel. Fosthom hemm:
Kontenut relatat ma' elezzjonijiet
Dwar kandidati jew partiti għal mandat pubbliku, proposti jew referenda, kumitati għal azzjoni politika u kontenut li jħeġġeġ lin-nies biex jivvutaw jew jirreġistraw biex jivvutaw.
Kontenut ta' promozzjoni jew ta' kwistjoni
Dwar kwistjonijiet jew organizzazzjonijiet li huma s-suġġett ta' dibattitu fuq livell lokali, nazzjonali jew globali, jew ta' importanza pubblika.
Kwalunkwe Snapchatter jista' jsib aħbarijiet u kummentarju fuq Sejjieba jew esplora avvenimenti kurrenti fuq il-Mappa.
Politika tal-Kontenut Kummerċjali