Eliġibbiltà għal Rakkomandazzjonijiet

Kontenut Sesswali

Mhux Eliġibbli għal Rakkomandazzjoni

Kwalunkwe kontenut sesswali li huwa pprojbit fil-Linji Gwida Komunitarji tagħna huwa pprojbit kullimkien fuq Snapchat. Biex kontenut ikun eliġibbli għal rakkomandazzjoni għal udjenza usa', ma jridx jinkludi:

Nudità, atti sesswali u servizzi sesswali

Il-Linji Gwida Komunitarji tagħna jippermettu nudità mhux pornografika limitata (per eżempju, fil-kuntest ta' treddigħ jew proċeduri mediċi) l-Istorja Privata ta' persuna. Iżda l-Linji Gwida tal-Kontenut jipprojbixxu kull nudità, fi kwalunkwe kuntest, anke jekk mhux fotografika jew realistika (per eżempju, pitturi jew stampi ġġenerati bl-AI). Il-Linji Gwida Komunitarji jipprojbixxu illustrazzjonijiet espliċiti ta' atti sesswali, il-Linji Gwida tal-Kontenut tagħna jipprojbixxu kwalunkwe tpinġija jew imitazzjoni ta' att sesswali, anke meta kull min huwa involut ikun kompletament imlibbes u l-ġest huwa meqjus bħala ċajta jew insinwazzjoni viżiva. Il-Linji Gwida Komunitarji tagħna jipprojbixxu s-solleċitazzjoni sesswali ta' kwalunkwe tip; dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut għandhom tendenza li jiffavorixxu nfurzar żejjed (per eżempju, Snap moderatament suġġestiva li tidderieġi lill-iSnapchatters lejn kont, pjattaforma jew sit separat, tiġi miċħuda milli tamplifika, anke jekk ma nistgħux nikkonfermaw li l-intenzjoni hija s-solleċitazzjoni sesswali).

Fastidju sesswali u materjal sesswali mhux kunsenswali

Dawn huma pprojbiti mal-pjattaforma kollha fil-Linji Gwida Komunitarji tagħna. Il-Linji Gwida tal-Kontenut imorru lil hinn biex jipprojbixxu kontenut sesswali insensittiv jew li huwa potenzjalment ta’ degradazzjoni, bħall-oġġettifikazzjoni sesswali u l-midja manipulata li tissessualizza lil xi ħadd mingħajr il-kunsens tiegħu (per eżempju, l-editjar tad-dehra ta’ ċelebrità biex jesaġeraw ċerti partijiet tal-ġisem sesswali). Nipprojbixxu wkoll spekulazzjoni dwar il-ġeneru jew is-sesswalità ta' xi ħadd (per eżempju, “___ għadu ma ħarigtx?”) u kopertura ta' kriminalità sesswali jew tabus sesswali f'format luridu u sensazzjonali (per eżempju, "10 Għalliema li Żżewġu lill-Istudenti Tagħhom").

Lingwaġġ sesswalment espliċitu

Filwaqt li l-Linji Gwida Komunitarji tagħna ma jimpedux lill-iSnapchatters milli jiddiskutu suġġetti adulti privatament jew fuq l-Istejjer tagħhom, dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut jipprojbixxu lingwaġġ espliċitu li jiddeskrivi atti sesswali, il-ġenitali, ġugarelli tas-sess, xogħol tas-sess, jew tabus sesswali (bħal inċest jew bestjalità). Dan jinkludi emojis f'kuntesti espliċitament sesswali. Jinkludi wkoll insinwazzjonijiet li huma speċifiċi biżżejjed biex jirreferu għal atti sesswali jew partijiet tal-ġisem partikolari.

Immaġini li huma apertament suġġestivi

Filwaqt li l-Linji Gwida Komunitarji ma jwaqqfux lill-iSnapchatters milli jixxerjaw stampi senswali, mhux espliċiti, dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut jipprojbixxu stampli li jenfasizzaw partijiet tal-ġisem li spiss huma sesswalizzati (per eżmpju, is-sider, il-warrani, il-ġenitali) permezz tal-kamera, l-ilsbies, il-poża jew elementi oħra f'mod li huwa sesswalment provokanti. Dan japplika anke hekk l-individwu mhuwiex għarwien, jew anke jekk l-individwu mhux persuna reali (bħal animazzjonijiet jew tpinġijiet). Dan jinkludi closeups astratti ta' partijiet tal-ġisem sesswalizzati. Dan jinkludi wkoll attività sesswali simulata, bħal ippożar f'pożizzjonijiet tas-sess, l-imitazzjoni ta' atti tas-sess, il-wiri ta' ġugarelli tas-sess jew l-interazzjoni ma' oġġetti b'mod li huwa sesswalment provokanti.

Minorenni f'sitwazzjonijiet sesswali

Il-Linji Gwida Komunitarji tagħna jipprojbixxu strettament il-forom kolla tal-isfruttament sesswali tat-tfal. Dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut barra minn dan jipprojbixxu kontenut inkonklużiv li għandu mnejn ma jaqax taħt definizzjoni legali ta' sfruttament sesswali tat-tfal jew materjal ta' abbuż. Dan ifisser li niċħdu l-amplifikazzjoni ta' kwalunkwe kontenut, reali jew fittizju, dwar relazzjonijiet romantiċi jew sesswali bejn adulti u minorenni, sakemm l-inċident speċifiku mhux aħbar minħabba r-rilevanza tiegħu għal kwistjonijiet, individwi jew istituzzjonijiet prominenti. Anke f'istanzi meqjusa bħala aħbar importanti, il-kopertura ta' minorenni f'sitwazzjonijiet sesswali m'għandhiex tkun sensazzjonalizzata, suġġestiva jew ta' sfruttament. Dan jinkludi wkoll kontenut, reali jew fittizju, dwar attività sesswali bejn minorenni. Nippermettu:

  • Kontenut dwar l-identitajiet tal-ġeneru u sesswali tal-adoloxxenti, jew relazzjonijiet romantiċi addattati għal dik l-età, basta ma jkunx kontenut suġġestiv jew espliċitu.

  • Artikli dwar ir-reati sesswali jew fastidju sesswali, sakemm il-kopertura tkun ta' aħbarijiet — jiġifieri, li hija rilevanti għal kwistjoni, individwu jew istituzzjoni diġà prominenti.

Sensittiv:

Għalkemm dawn li ġejjin jistgħu jkunu rakkomandati, nistgħu nagħżlu li ma nħallux xi Snapchatters isibuhom minħabba l-età tagħhom, il-post fejn jinsabu, preferenzi jew kriterji oħra.

Immagini kompromettenti tal-ġisem iżda mhux għarwenin

Dan ifisser immagini li jistgħu inċidentalment jiġbdu l-attenzjoni lejn partijiet tal-ġisem li spiss ikunu sesswalizzati, iżda fejn is-suġġestività sesswali żejda mhijiex l-intenzjoni (per eżempju lbies skullat jew issikkat f'kuntest adattat għal attività, bħal malji tal-għawm, lbies għal attività fiżika, avvenimenti ta' importanza, moda).

Lingwaġġ moderatament suġġestiv

Dan jinkludi insinwazzjonijiet sottili li jindikaw interess sesswali vag mingħajr ma jalludu għal atti sesswali speċifiċi jew partijiet tal-ġisem speċifiċi.

Kontenut dwar is-saħħa sesswali

Jiġifieri kontenut li huwa edukattiv, jiffoka fuq is-sigurtà, li ma jħeġġiġx imġiba perikoluża u li huwa addattat għal Snapchatters minn l-età żgħira ta' 13-il sena.

Kontenut sesswal mhux suġġestiv

Fil-kuntest ta' aħbarijiet, kummentarju ta' interess pubbliku, jew edukazzjoni (per eżempju, l-istorja tal-arti).

Divertiment għall-adulti

Kontenut li juri nies li huma magħrufa l-iktar għall-ħidma tagħhom fl-industrija tad-divertiment għall-adulti.