Kwalità
Ipprojbiti, aħna nipprojbixxu:
Stħarriġ li jistaqsi mistoqsijiet dwar informazzjoni personali privata
Dan jinkludi, imma mhux limitat għall-informazzjoni bħal, razza jew etniċità, twemmin politiku, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubiji mal-unions, is-saħħa personali jew il-ħajja intima tal-utent.
Mhux Eliġibbli għas-Suġġerimenti:
Il-kontenut kollu għandu jkun prodott b'mod li jkun konsistenti mal-aħjar prattiki raġonevoli tal-industrija. Dawn li ġejjin mhumiex eliġibbli għal rakkomandazzjoni:
Filmati bi Kwalità Ħażina
Bħal stampa mżellġa jew mimlija pixels, b'xaqliba ħażina li teħtieġ li l-utent idawwar it-tagħmir mit-tul għall-wisgħa, filmati li bi żball jittellgħu mingħajr ħoss, eċċ.
Flexxijiet jew dawl iteptep
Mingħajr twissija għall-utenti sensittivi għad-dwal.
Kitba f'Kartolina ta' Imsieħeb li ma tistax tinqara jew tinftiehem
Din tgħodd għal-logos jew titoli ta' artikli li jistgħu jkunu diffiċli biex jinqraw minħabba problemi ta' kapitalizzazzjoni, punteġġjatura, simboli jew emojis.
Ħoloq esterni
(Indirizzi tal-internet, kodiċi QR, eċċ.) li jagħtuk aċċess għal servizzi tal-messaġġi, pjattaformi tal-midja soċjali jew għal servers tal-cloud fejn tinżamm id-dejta oħra. Tista' ttella' l-ħoloq għal pjattaformi tal-midja soċjali oħra fl-istorja jew fil-profil tiegħek imma jekk tagħmel hekk, mhux se nissuġġeruhom. (Żomm f'moħħok: għalkemm fil-każ ta' Sejjieba hemm eċċezzjoni għal xi indirizzi tal-internet fdati li jintużaw fl-iSnaps fi Storja tal-utent, dawk l-iSnaps mhux se nissuġġeruhom bħala Kartolini.)
Riklami tal-kontijiet
Fuq servizzi tal-messaġġi jew pjattaformi tal-midja soċjali oħra. Ngħidu aħna, isem tal-utent marbut ma' isem jew logo ta' app tal-midja soċjali jew tal-messaġġi oħra. (Żomm f'moħħok: nagħmlu xi eċċezzjonijiet meta Snap tkun qed tagħraf lill-ħallieq oriġinali tal-kontenut u qed iżżid kummentarju oriġinali li jibdel il-kontenut innifsu).
Kontenut Mhux Oriġinali
Tippubblika kontenut li ma ħloqtx, u li ma ttrasformatx b'mod kreattiv (permezz ta' kummentarju, reazzjonijiet, eċċ.)
Kontenut ta’ “reazzjoni” b’sforz baxx li huwa biss skuża biex jerġa’ jpoġġi l-kontenut ta’ xi ħadd ieħor
Ittella' ripetutament l-istess kontenut, kemm jekk hu tiegħek jew ta’ xi ħadd ieħor, b’differenzi kreattivi minimi
Sensittiv:
Dawn li ġejjin, huma eliġibbli biex nissuġġeruhom fi mkejjen limitati biss (bħal Sejjieba) imma mhux fi Spotlight jew fil-Mappa:
Ħoloq għal navigazzjoni esterna
(Inidirizzi tal-internet, kodiċi QR, eċċ.) li jwasslu għal siti oħra li mhux: servizzi tal-messaġġi oħra, pjattaformi tal-midja soċjali oħra jew servers tal-cloud fejn tinżamm id-dejta.
Kontenut ta' Interess Pubbliku