Informazzjoni Qarrieqa jew Falza
Mhux Eliġibbli għas-Suġġerimenti:
Kwalunkwe informazzjoni falza ta' ħsara li hija projbita fir-Regoli tal-Komunità tagħna hija projbita kullimkien fuq Snapchat. Il-Ħallieqa u l-Imsieħba huma responsabbli għall-verifika tal-fatti tal-kontenut tagħhom. Il-Ħallieqa u l-Imsieħba huma pprojbiti milli jippubblikaw kontenut mhux preċiż jew qarrieqi, kemm jekk is-suġġett ikun serju (politika, saħħa, avvenimenti traġiċi) jew aktar frivoli (gossip tad-divertiment, ingann, eċċ.). Biex kontenut ikun eliġibbli għal rakkomandazzjoni għal udjenza usa', ma jridx jinkludi:
Informazzjoni politika falza jew mingħajr bażi
Ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jħallukx ittella' tagħrif politiku falz bħal tagħrif ħażin dwar il-votazzjonijiet, tagħwiġ tat-tagħrif dwar it-twemmin ta' xi kandidat jew kontenut ieħor li jxekkel il-proċessi ċiviċi. Jaf ikun hemm drabi fejn it-timijiet tagħna ma jkunux jistgħu jivverifikaw jekk stqarrija politika tkunx vera, falza jew taf tkun qed tgħawweġ il-verità. Il-kontenut ambigwu jaf ikun jista' jinqasam bejn il-ħbieb jew mas-segwaċi imma mhux se nissuġġeruh.
Informazzjoni falza jew mhix imsejsa fuq il-provi marbuta mas-saħħa
Dax-xorta ta' kontenut imur kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna u għalhekk imur ukoll kontra dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut.
Ċaħda ta' avvenimenti traġiċi
Dax-xorta ta' kontenut imur kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna u għalhekk imur ukoll kontra dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut.
Midja manipulata li tkun falza jew qarrieqa.
Ir-Regoli tal-Komunità tagħna jitħaddtu l-iktar fuq il-potenzjal li l-midja manipulata tagħmel il-ħsara (ngħidu aħna, kontenut li juri xebh ta' politiku maħluq bl-IA li qed jagħmel xi ħaġa li twaqqgħu għaċ-ċajt). Il-Linji Gwida tal-Kontenut tagħna jestendu biex ma jippermettux it-tixrid ta' tagħrif falz jew qarrieqi, anki meta ma jkun hemm l-ebda riskju ċar għas-soċjetà. Ngħidu aħna, stampi li jużaw l-għodda tal-bidliet fir-ritratti jew l-IA biex juru serp id-daqs ta' karozza tal-linja jew li diġitalment jimmodifikaw xi atturi f'kostumi partikolari biex jagħtu x'wieħed jifhem li qed japplikaw għal xi rwol ġdid f'xi film; dawn jafu ma jkunux ta' ħsara għas-soċjetà ċivili jew għas-saħħa pubblika imma xorta jkunu qed jgħawġu l-verità.
Rappreżentazzjonijiet frodulenti tal-identità ta' individwi, ditti jew għaqdiet
Dax-xorta ta' kontenut imur kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna u dal-Linji Gwida tal-Kontenut jestendu ukoll biex jipprojbixxu rappreżentazzjonijiet ta' ħaddieħor li huma ambigwi jew li jwaħħdu lil dak li jkun. Is-satira, il-parodiji u l-kummentarji huma permissi, imma min ħareġ il-kontenut għandu jkun evidenti b'mod ċar għall-utenti żgħar daqs dawk ta 13-il sena.
Kull xorta ta' strateġija tat-tiswiq qarrieqa
Aħna nipprojbixxu ħoloq b'għadd kbir ta' navigazzjonijiet esterni jew ħoloq li jwasslu għal popups jew popunders jew għadd kbir ta' riklami. Ma tistax tibdel id-destinazzjoni aħħarija jew il-paġna li l-ħolqa twassal għaliha wara li tkun urejtha fil-kontenut tiegħek. Kwalunkwe ħolqa fil-kontenut tiegħek għandha timxi wkoll mal-Linji Gwida tal-Kontenut tagħna.
Strateġiji manipolattivi li jżidu l-interazzjonijiet b'mod artifiċjali
Dan ifisser kontenut fejn l-għan mhux li jferraħ jew jgħarraf lil min qed jaraħ, imma li jimmanipula l-utenti biex iżid l-għadd ta' reazzjonijiet jew id-drabi li tinfetaħ Snap. Strateġiji manipolattivi li jżidu l-interazzjonijiet b'mod artifiċjali ħafna drabi joħolqu sitwazzjonijiet fejn persuna temmen f'xi ħaġa li qatt ma ssir realtà. Din hija lista ta' xi wħud mill-istrateġiji manipolattivi li jintużaw biex iżidu l-interazzjonijiet b'mod artifiċjali li huma pprojbiti:
Caption li tgħidlek “dalwaqt miegħek” imma ma twassallek xejn.
Sfidi msejsa fuq faċilitajiet ta' Snapchat li ma jeżistux bħal, ngħidu aħna, “Snapchat mhux se tħallik timmarka għal għaxar darbiet li dil-ħaġa togħġbok”.
Kontenut li jipprova jinfluwenza r-reazzjonijiet jew il-qsim tal-kontenut mal-oħrajn bħal, ngħidu aħna, “Se nqaxxar xagħri jekk dal-kontenut jikseb 20,000 reazzjoni li jintgħoġob”.
Kontenut li jipprova jqarraq bin-nies biex jerġgħu jaraw jew iwaqqfu Snap billi juża blokok kbar ta' kitba, ħarsa ta' malajr lejn xi ħaġa jew logħbiet ta' “agħraf id-differenza”.
Fatti li jkunu foloz jew aħbarijiet bombastiċi jew Tili, bħal għidut bla bażi dwar min se jieħu sehem f'xi film, li jħabbru arrest li seħħ snin ilu ta' xi ħadd magħruf bħala aħbar ġdida, li jeditjaw il-ġisem jew wiċċ xi ħadd f'ritratt biex jimplikaw xi bidla radikali, eċċ.
Attivitajiet Illegali jew Regolati