Fastidju u Bullying
Mhux Eliġibbli għas-Suġġerimenti:
L-ebda xorta ta' fastidju jew bullying li huwa pprojbit fir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jista' jittella' fuq Snapchat, inkluż f'kontenut privat jew fuq l-Istorja ta' Snapchatter. Biex kontenut ikun eliġibbli għas-suġġerimenti għall-udjenza ikbar, m'għandux ikun fih:
Attentati ambigwi li jwaqqgħu għaċ-ċajt jew jumiljaw lil xi ħadd
Ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jħallu l-ebda xorta ta' fastidju u bullying imma dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut tagħna għandhom standard iktar iebes f'każijiet ambigwi fejn il-ħsieb li wieħed iwaqqa' għaċ-ċajt mhux ċert (bħal, ngħidu aħna, Snap ta' mogħdija biż-żufjett fejn mhux ċar jekk is-suġġett jaqbilx li jgħadduh biż-żufjett fuq il-kamera jew le). Dil-ħaġa tgħodd ukoll għal kliem li jbaxxi jew ineżża' lill-bniedem mid-dinjità tiegħu. Tgħodd ukoll għal meta xi ħadd jitqies bħala oġġett minħabba d-dehra tiegħu, anki jekk ikun persuna magħrufa.
Żomm f'moħħok: il-kritika jew is-satira bil-kliem jew bl-għemil fuq adulti jew għaqdiet magħrufa ma jitqisux bħala fastidju jew bullying.
Ma naċċettaw l-ebda xorta ta' fastidju sesswali (aqra t-taqsima “Kontenut Sesswali” hawn fuq) fuq Snapchat.
Teħid tal-privatezza
Ir-Regoli tal-Komunità jagħtu d-dettalji dwar ix-xorta ta' informazzjoni privata li m'għandhiex tinqasam. Barra minn hekk, dawn ir-Regoli tal-Komunità ma jħallukx taqsam ritratti tat-tfal, fosthom it-tfal ta' persuni magħrufa, sakemm:
m'għandhomx sehem ewlieni fi stejjer ta' interess pubbliku
ma jkunux mal-ġenitur jew mal-gwardjan legali tagħhom f'avveniment pubbliku
il-kontenut ma jkunx inħoloq bil-kunsens tal-ġenitur jew tal-gwardjan legali.
Li tixtieq il-mewt jew korriment serju ta' xi ħadd
Ngħidu aħna, “Nirra l-eks tiegħi jaħbat bil-karozza l-ġdida tiegħu”.
Kliem baxx immirat lejn ħaddieħor
Ir-Regoli tal-Komunità tagħna jħalluk tesprimi ruħek bi kliem baxx, imma dawn il-Linji Gwida għall-Kontenut ma jħallukx tuża kliem baxx meta tkun qed tirreferi għal xi persuna jew grupp, anki jekk mhux daqshekk gravi daqs kliem ta' mibegħda u daqs kliem sesswalment espliċitu u anki jekk il-kliem ikun mgħotti b'xi ħoss jew b'xi ħaġa oħra.
Ċajt goff jew perikoluż
Li jista' jwassal il-vittma biex temmen li tinsab f'periklu imminenti li tweġġa', tmut jew titlef lil xi ħadd.
Nuqqas ta' empatija b'rabta ma' ġrajjiet jew suġġetti traġiċi
Ngħidu aħna, tgħaddi biż-żufjett lil vittmi tal-vjolenza minn sieħeb jew siebħa intimi.
Kontenut Vjolenti jew Inkwetanti