Kontenut ta' Mibegħda, Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti
Mhux Eliġibbli għas-Suġġerimenti:
Fuq il-pjattaforma ta' Snapchat ma tista' ttella' l-ebda kontenut ta' mibegħda, terroriżmu jew vjolenza estrema li huma pprojbiti fir-Regoli tal-Komunità tagħna. Biex kontenut ikun jista' jiġi ssuġġerit lill-udjenza ikbar, m'għandux ikollu dawn li ġejjin:
Kontenut minn, jew li jfaħħar, għaqdiet terroristiċi, estermisti vjoleti jew gruppi ta' mibegħda
Dax-xorta ta' kontenut imur kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna u għalhekk imur ukoll kontra dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut.
Kliem ta' mibegħda
Ir-Regoli tal-Komunità tagħna huma kontra kull xorta ta' kontenut li jneżża' mid-dinjità, itellef mill-isem, iħeġġeġ il-vjolenza jew iħeġġeġ id-diskriminazzjoni minħabba r-razza, il-lewn tal-ġilda, il-kasta, l-etniċità, il-pajjiż tat-twelid, ir-reliġjon, ix-xaqlib sesswali, l-identità tal-ġens, id-diżabbiltà, l-istat ta' persuna li ħadem fil-forzi armati, l-istat tal-immigrazzjoni, l-istat soċjo-ekonomiku, l-età, il-piż u l-istat tat-tqala. Dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut imorru lil hinn minn hekk u ma jaċċettawx li jittella' ebda kontenut li jista' b'xi mod jitqies li qed ineżża' mid-dinjità lil xi ħadd minħabba xi waħda mill-kategoriji mħarsa msemmija hawn fuq. Jekk ma jkunx ċar jekk kontenut hux jirreferi għal xi twemmin diskriminatorju, aħna se nagħżlu li noqogħdu attenti u li ma nxandrux dak il-kontenut xorta waħda.
Sensittiv:
Għalkemm dawn li ġejjin jistgħu jiġu suġġeriti, nistgħu nagħżlu li nillimitaw kemm hu faċli li ċertu Snapchatters isibuhom minħabba l-età, il-post fejn jinsabu, il-preferenzi tagħhom jew kriterji oħra:
It-tgħajjir “imsaffi” li jintuża minn membri tal-grupp mgħajjar
It-tgħajjir “imsaffi” li jintuża minn membri ta' grupp li fl-imgħoddi kienu jiġu mgħajra bihom.
Bilanċ għall-kliem negattiv, għall-aħbarijiet, għat-tagħlim, għall-istorja u għall-istejjer fittizji
Kliem jew simboli ta' mibegħda meta jintużaw bħala bilanċ għall-kliem negattiv, għall-aħbarijiet, għat-tagħlim, għall-istorja u għall-istejjer fittizji.
Kontenut Kummerċjali