Kontenut Vjolenti jew Keddej
Any disturbing or violent content that is prohibited in our Community Guidelines is prohibited anywhere on Snapchat.
Kontenut Vjolenti jew Keddej
Prohibited Content
Any disturbing or violent content that is prohibited in our Community Guidelines is prohibited anywhere on Snapchat.
Mhux Eliġibbli għas-Suġġerimenti:
Fuq il-pjattaforma ta' Snapchat ma tista' ttella' l-ebda kontenut vjolenti jew inkwetanti li hu pprojbit fil-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Biex kontenut ikun eliġibbli għas-suġġerimenti għal udjenza ikbar, m'għandux ikollu dawn li ġejjin:
Ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jħallukx ittella' stampi grafiċi jew mhux ġustifikati tal-vjolenza fuq in-nies jew fuq l-annimali. Dawn ir-Regoli tal-Komunità ma jħallukx ittella' xbihat grafiċi jew mhux ġustifikati mhux biss tal-vjolenza imma anki ta' mard serju, korrimenti jew mewt. Ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jżommukx milli tella' kontenut li juri operazzjonijiet tas-saħħa jew tas-sbuħija (ngħidu aħna, li tifqa' xi musmar, tindif tal-widnejn, liposuzzjoni, eċċ.) imma jekk ikollu stampi grafiċi, il-kontenut mhux se jiġi suġġerit lill-utenti. “Grafiċi” f'dan is-sens tfisser ritratti mill-ħajja ta' vera ta' likwidi jew ħmieġ tal-ġisem bħal, pereżempju, materja, demm, bewl, ħmieġ, bili, infezzjonijiet u tmermir. M'aħniex se nissuġġerixxu ritratti li jippruvaw iwasslu għal ħlewwa ta' qalb bħal, ngħidu aħna, oġġetti bil-ponta qrib il-ġilda jew l-għajnejn jew dud qrib tal-ħalq. Għalkemm ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jħallukx ittella' kontenut li juri l-abbuż fuq il-annimali, il-Linji Gwida tal-Kontenut ma jħallukx ittella' ritratti li juru tbatija kbira fuq l-annimali (bħal, pereżempju, feriti jnixxu, għelubija kbira, partijiet tal-ġisem miksura jew imkissra) jew mewt.
Ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jħallukx tfaħħar il-vjolenza jew tħeġġeġ għemil vjolenti kontra ħadd. Dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut imorru lil hinn minn hekk u lanqas ma jaċċettaw ħjiel ta' tħeġġiġ jew qbil sieket mal-vjolenza.
Ir-Regoli tal-Komunità tagħna ma jħallukx ittella' kontenut li jħeġġeġ awtokorriment, suwiċidju jew disturbi fil-komportament alimentari. Dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut imorru lil hinn minn hekk u ma jissuġġerux kontenut li bi żbrixx ma jaqax taħt dat-tifsiriet (bħal, ngħidu aħna, frażijiet bħal “Ħassar il-kont tiegħek u kys” (neħħi ħajtek b'idek), jew xi xorta oħra ta' kontenut “thinspo” jew “pro-ana”).
Encouraging dangerous behavior is prohibited in our Community Guidelines. These Recommendation Eligibility Guidelines deny amplification to content that depicts dangerous activities performed by non-professionals, such as stunts or “challenges” that could result in injury, illness, death, harm, or property damage.
Ta' inċidenti keddejja. Ir-Regoli tal-Komunità tagħna jħalluk ittella' kontenut dwar inċidenti nkwetanti imma dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut ma jħallux dax-xorta ta' kontenut li jiffoka fuq reati vjolenti jew sesswali jew reati marbuta mat-tfal taħt l-età sakemm ma jkunx ta' interess pubbliku. Biex kontenut jitqies “ta' interess pubbliku”, għandu jinħareġ ftit wara l-inċident u jkun marbut ma' bniedem jew grupp ta' nies magħrufa jew ma' kwistjoni li tinteressa ħafna nies.
Fil-kuntest tal-aħbarijiet nazzjonali, tal-edukazzjoni jew tal-interess pubbliku meta ma jkunx hemm stampi grafiċi ta' mwiet jew qerda tal-ġisem. Aċċidenti keddejja, bħal reati sesswali jew vjolenti, jistgħu jitqiesu ta' interess pubbliku meta l-artikli dwarhom jinħarġu ftit wara li jkun seħħ l-aċċident u meta jkunu marbuta ma' persuna jew grupp magħruf jew ma' kwistjoni li tinteressa ħafna nies
Proċeduri, settings mediċi jew tagħmir. Dit-tifsira tiġbor fiha wkoll il-partijiet tal-ġisem miżmuma għal sitwazzjonijiet ta' tagħlim jew għall-aħbarijiet.
Jinkludu disturb fid-drawwiet tal-ikel.
Fejn il-ġilda ma tinferaqx.
Bħal labar tat-tpinġijiet fuq il-ġilda jew xi ħadd qed itaqqab għall-imsielet.
Mingħajr stampi żejda ta' mewt u ta' dmija.
Bħal brimb, insetti jew sriep.
Stampi li huma fittizji imma realistiċi u li jistgħu jkiddu lin-nies. Fosthom hemm il-vjolenza f'kuntest tad-divertiment (bħal, ngħidu aħna, f'film, f'logħba diġitali jew kummiedja qasira). Dil-ħaġa tiġbor fiha wkoll il-kontenut tal-biżgħa (bħal, ngħidu aħna, makeup għall-effetti speċjali, kostumi, tiżjin). Tinkludi wkoll stampi li jistgħu jwasslu għal reazzjonijiet istintwali (bħal, ngħidu aħna, oġġetti bil-pori biex iqanqlu t-trifofobija, il-kolla biex joħolqu effett tal-ġilda qed titqaxxar jew iż-żerriegħa biex jagħtu xeħta ta' qurdien).
Meta mhux qed jgħajjar lil xi persuna, li mhux jipprova jneżża' d-dinjità ta' grupp u li mhux kontenut sesswalment espliċitu. Dan jgħodd għal kliem baxx li ħafna drabi jintuża biex wieħed juri frustrazzjoni ġenerali (bħal, ngħidu aħna, “xiż-ż***” u “ħa**”).
Informazzjoni Qarrieqa jew Falza
Sensittiv:
Għalkemm dawn li ġejjin jistgħu jiġu suġġeriti, nistgħu nagħżlu li nillimitaw kemm hu faċli li ċerti Snapchatters isibuhom minħabba l-età, il-post fejn jinsabu, il-preferenzi tagħhom jew kriterji oħra: