L-Impenn ta' Snap għall-Jeddijiet tal-Bniedem
Sensiela ta' Taħriġ dwar ir-Regoli tal-Komunità
Aġġornat: Marzu 2026
Snap hi impenjata li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem, kif stabbilit fil-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (UNGPs). Inkorporajna kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-Linji Gwida tal-Komunità tagħna, fil-prattiki tal-filtrazzjoni tal-kontenut, fir-rappurtar tat-trasparenza, u fil-prattiki tal-privatezza, inkluż permezz tal-miżuri li ġejjin:
Ir-Regoli tal-Komunità. Fil-Linji Gwida tal-Komunità u l-ħoloq bit-tagħrif, aħna trasparenti dwar dak li tista' u dak li ma tistax tagħmel fuq il-pjattaforma. Naħdmu mat-timijiet tas-sigurtà tagħna biex ngħinu niżguraw li dal-politiki jitwettqu b'ġustizzja u bl-istess mod ma' kulħadd. Aħna u nwettqu dar-regoli, inqisu l-ilsna u l-kulturi tal-post u għandna proċess tal-appelli u riżorsi siewja għall-utenti.
Trasparenza. Aħna nippubblikaw volontarjament rapporti ta' trasparenza darbtejn fis-sena bħala parti mill-impenn tagħna għas-sikurezza, it-trasparenza, u r-responsabbiltà, flimkien ma' rapporti oħra ta' trasparenza meħtieġa legalment. Aħna naħdmu b'mod konsistenti biex dawn ir-rapporti jkunu aktar komprensivi u informattivi għall-partijiet interessati tagħna.
Privatezza. Naħdmu biex nipproteġu d-data u l-privatezza tal-utent permezz tal-Politika tal-Privatezza tagħna, il-Linji Gwida tal-Komunità, u l-protokolli tal-protezzjoni tad-data. Aħna nipprojbixxu lill-utenti milli jiksru l-privatezza ta' ħaddieħor fuq il-pjattaforma tagħna jew permezz tas-servizzi tagħna, u għandna prinċipji stretti tal-privatezza fis-seħħ għall-aċċess tal-impjegati għad-data tal-utenti.
Ħelsien tal-kelma. Nagħtu s-setgħa lill-utenti tagħna biex jesprimu ruħhom b'mod ġenwin u kreattiv. Qabel inneħħu l-kontenut jew inwiddbu, nimblukkaw jew nagħlqu l-kontijiet, inqisu l-ilsien u l-kultura tal-post kif ukoll kuntesti li jafu jkunu ta' tagħlim, suġġetti popolari jew ta' interess ġenerali.
Kontra t-terroriżmu. Entitajiet terroristiċi u estremisti vjolenti huma pprojbiti milli jużaw il-pjattaforma tagħna. Nipprojbixxu wkoll kontenut li jippromwovi t-terroriżmu jew atti vjolenti jew kriminali oħra mwettqa minn individwi jew gruppi għal għanijiet ideoloġiċi ulterjuri, kif ukoll kontenut li jippromwovi jew jappoġġja organizzazzjonijiet terroristiċi barranin jew gruppi estremisti vjolenti.
Kontra t-traffikar Ma naċċettawx li l-pjattaforma jew is-servizzi tagħna jintużaw għat-traffikar tal-bnedmin fosthom traffikar sesswali, xogħol sfurzat, għemil kriminali mġiegħel, traffikar tal-organi u żwiġijiet ta' bilfors.
Kontra d-diskriminazzjoni. Fuq il-pjattaforma tagħna ma naċċettawx id-diskriminazzjoni. Nagħmlu hekk bil-politiki kontra l-imġiba tal-mibegħda li ma tħallix kontenut li jneżża' mid-dinjità, jimmalafama, iħeġġeġ il-vjolenza jew iħeġġeġ id-diskriminazzjoni minħabba r-razza, il-lewn tal-ġilda, il-kasta, l-etniċità, il-pajjiż tat-twelid, ir-reliġjon, ix-xaqlib sesswali, l-identità tal-ġens, id-diżabbiltà, l-istatus ta' persuna li serva għal-tul ta' żmien fil-forzi armati, l-istatus tal-immigrazzjoni, l-istatus soċjo-ekonomiku, l-età, il-piż u t-tqala.
Ħidma mal-forzi tal-ordni u mas-soċjetà ċivili. Snap taħdem mal-forzi tal-ordni, mal-aġenziji tal-gvern, mal-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ u mal-akkademiċi madwar id-dinja biex tifhem ix-xejriet li jkunu qed jinbtu, biex tqis il-pariri tagħhom hi u tfassal jew tibdel il-politiki tagħha u għall-proċessi tal-għarbiel tal-kontenut u biex iġġib 'il quddiem is-sigurtà fuq il-pjattaforma tagħha.