Privacy, Safety, and Policy Hub
Regoli tal-Komunità

Kontenut Sesswali

Sensiela ta' Taħriġ dwar ir-Regoli tal-Komunità

Aġġornati: Frar tal-2025

Ħarsa Ġenerali

Aħna naħdmu bla waqfien biex inħarsu lill-iSnapchatters minn kontenut sesswali jew abbuż mhux mixtieq. Il-politiki tagħna jipprojbixxu kull xorta ta' sfruttament sesswali – fosthom l-isfruttament sesswali tat-tfal. Bl-istess mod, nipprojbixxu il-fastidju sesswali u l-qsim, it-tixrid jew tqassim ta' kontenut sesswalment espliċiti u mġieba ta' din in-natura bħall-pornografija, għera sesswali jew offerti għas-servizzi sesswali.

X'għandek tistenna

Aħna nipprojbixxu il-ħsarat sesswali msemmija hawn taħt: 

  • Kull għemil li jinvolvi sfruttament sesswali jew abbuż ta' xi ħadd minuri, inkluż li tqassam xbihat ta' sfruttament sesswali jew abbuż tat-tfal, grooming għal għanijiet sesswali, rikatti sesswali jew is-sesswalizzazzjoni tat-tfal. Qatt ittella', tissejvja, tibgħat, tgħaddi, xxerred jew issaqsi għall-kontenut li jinvolvi lil xi ħadd taħt l-età ta' 18-il sena fi stat għarwien jew kontenut li hu sesswalment espliċitu (dan jinkludi li tibgħat jew tissejvja ritratti tiegħek innifsek ta' dix-xorta). Aħna nirrappurtaw kwalunkwe sfruttament sesswali tat-tfal li nkunu identifikajna, inkluż attentati biex ikun hemm sehem fit-tali mġiba, lill-awtoritajiet xierqa, inkluż lin-National Center for Misseing and Exploited Children (NCMEC) tal-Istati Uniti tal-Amerka, skont ir-rekwiżiti legali.

  • Kwalunkwe messaġġ jew imġieba li tipprova tipperswadi, tqarraq jew iġġiegħel lil xi ħadd minuri bl-intenzjoni ta' abbuż jew sfruttament sesswali jew li jnisslu biża jew mistħija biex iżommu il-persuna minuri siekta.

  • Kull xorta oħra ta' sfruttament sesswali, inkluż it-traffikar tal-bnedmin għas-sess, rikatti sesswali u mġibiet sesswali qarrieqa, inkluż attentati biex jġiegħlu jew iħajjru utenti biex jibagħtu ritratti li juru l-għera. 

  • Li tipproduċi, li tixxerja jew li thedded li taqsam ritratti intimi meħuda mingħajr kunsens (NCII)--inkluż ritratti u filmati sesswali miġbuda jew xxerjati mingħajr permess, kif ukoll “pornografija bi tpattija” jew imġieba li thedded li tixxerja, tisfrutta jew tiżvela ritratti jew filmati intimi ta' ħaddieħor mingħajr il-kunsens tagħhom.

  • Kull xorta ta' fastidju sesswali. Dan jista' jinkludi li tagħmel avvanzi mhux mixtieqa, li taqsam kontenut grafiku mhux mixtieq jew li tibgħat talbiet oxxeni jew stediniet għas-sess lil utenti oħra.

  • Li xxerred, tqassam jew tixxerja kontenut pornografiku, inkluż ritratti, filmati jew anke animazzjonijiet li huma realistiċi immens, disinji jew stampi oħra li juru atti sesswali espliċiti jew għera fejn l-għan ewlieni huwa t-tqanqil sesswali.

  • Offerti ta' servizzi sesswali, inkluż dawk offruti barra l-internet (bħal, ngħidu aħna, massaġġi erotiċi) kif ukoll servizzi fuq l-internet (bħal, ngħidu aħna, li toffri taħditiet sesswali jew servizzi bil-vidjo).


Naċċettaw għera f'ċertu ċirkostanzi li mhumiex ta' natura sesswali, bħat-treddigħ, proċeduri mediċi u rappreżentazzjonijiet simili oħra.

Punti Ewlenin

L-għan tagħna huwa li nrawmu komunità sigura fejn l-iSnapchatters jistgħu jesprimu ruħhom, u ma nittollerawx kontenut sesswalment espliċitu jew ta' sfruttament. Jekk qatt tħossok skomdu/a, toqgħodx lura milli tikkuntattja persuna fdata f'ħajtek, u tirrapporta kontenut ta' vjolazzjoni u timblokka kwalunkwe utent li hu ħati ta' din l-offiża.