Ħarsa ġenerali
Is-sigurtà u l-benesseri tal-komunità tagħna huma importanti ħafna għalina ta' Snapchat u għalhekk nieħdu kull theddida, vjolenza u ħsara b'serjetà kbira. Ma naċċettawx kontenut li jħeġġeġ, jhedded jew juri l-vjolenza jew l-imġiba perikoluża jew il-kontenut li jfaħħar u jħeġġeġ lil dak li jkun jagħmel il-ħsara lilu nnifsu. Nafu nirrappurtaw it-theddidiet serji għall-ħajja tal-bniedem lill-infurzar tal-liġi.
Għalkemm il-politiki u l-għarbiel kollu li nwettqu jgħinna niżguraw li l-pjattaforma tagħna tkun sigura għall-utenti kollha, ninvestu minn rajna wkoll f'faċilitajiet u riżorsi biex ngħinu fil-benesseri tal-komunità tagħna. Aħna nħeġġu lill-iSnapchatters jirrappurtaw il-kontenut li jagħti ħjiel ta' nies qed jagħmlu ħsara lilhom infushom jew nies li jidhru li għandhom xi problema emozzjonali biex it-timijiet tagħna jkunu jistgħu jibagħtu r-riżorsi li jistgħu jkunu ta' siwi u, kultant, jgħarrfu lill-ħaddiema tal-emerġenza tas-saħħa b'dawn il-każijiet.
Ma tistax tħeġġeġ jew twettaq għemil vjolenti jew perikoluż. Qatt m'għandek tipprova tbeżża' jew thedded lil xi persuna, lil grupp ta' nies jew lill-propjetà tagħhom li se tagħmlilhom xi ħsara.
Ma tistax ittella' Snaps ta' vjolenza esaġerata jew brutali, fosthom abbuż fuq l-annimali.
Ma naċċettawx Snaps li jfaħħru lil dawk li qed jagħmlu ħsara lilhom infushom, fosthom Snaps li jħeġġu lill-utenti jagħmlu l-ħsara lilhom infushom, li jneħħu ħajjithom b'idejhom jew li jfaħħru d-disturb fid-drawwiet tal-ikel