Prattiki Foloz jew Qarrieqa ta' Ħsara
Sensiela ta' Taħriġ dwar ir-Regoli tal-Komunità
Aġġornati: Frar tal-2025
Ħarsa Ġenerali
Li nikkultivaw ambjent responsabbli fejn tinstab informazzjoni kredibbli hi prijorità ewlenija għal Snap. Imġibiet qarrieqa għandhom forom differenti u jistgħu jnaqqsu mill-fiduċjà u huma ta' theddida għas-sigurtà tal-iSnapchatters. Fassalna l-politiki tagħna biex innaqqsu t-tixrid ta' informazzjoni qarrieqa u nħarsu lill-utenti tagħna mill-frodi u mill-ispam f'għadd ta' sitwazzjonijiet.
Aħna nipprojbixxu t-tixrid ta' informazzjoni falza li tagħmel il-ħsara jew li hi malizzjuża bħal, ngħidu aħna, li tiċħad l-eżistenza ta' ġrajjiet traġiċi, stqarrijiet dwar is-saħħa u l-mediċina mingħajr provi, kontenut li jxekkel l-integrità tal-proċessi ċiviċi jew it-tbagħbis ta' kontenut għal għanijiet qarrieqa jew giddieba (inkluż permezz tal-IA ġenerattiva jew bidliet qarrieqa).
Aħna nipprojbixxu li tagħmilha tabirruħek li tkun xi ħadd (jew xi ħaġa) li m'intix jew tipprova tqarraq lin-nies dwar min int. Dan jinkludi li timita lil sħabek, membri tal-grupp soċjali tiegħek, persuni magħrufin, dittiet jew individwi jew għaqdiet oħra.
Aħna nipprojbixxu frodi u imġibiet qarrieqa, fosthom scams, riċiklaġġ tal-flus u l-promozzjoni ta' oġġetti u servizzi frawdolenti.
Aħna nipprojbixxu spam, inkluż kontenut mhux mixtieq jew esaġerat artifiċjalment jew interazzjonijiet.
X'għandek tistenna
Ir-Regoli tal-Komunità marbuta mal-Imġibiet li Jagħmlu l-Ħsara, Foloz jew Qarrieqa jaqgħu taħt tliet kategoriji ta' ħsara differenti imma li huma relatati: (1) informazzjoni qarrieqa li tagħmel il-ħsara, (2) frodi u (3) spam.
1. Informazzjoni Qarrieqa li Tagħmel il-Ħsara
Il-kontenut li jgħawweġ il-fatti jista' jkollu konsegwenzi ta' ħsara kbira għall-utenti u għas-soċjetà. Nafu li kultant taf tkun iebsa tkun taf x'inhu preċiż, l-iktar fejn jidħlu aħbarijiet friski jew suġġetti kumplikati bħalma huma x-xjenza, is-saħħa u l-aħbarijiet internazzjonali. Minħabba f'hekk, il-politiki tagħna ma jiffukawx biss fuq jekk l-informazzjoni hix falza jew qarrieqa, imma anki lejn il-ħsara li tista' tagħmel.
Hemm għadd ta' kategoriji ta' informazzjoni fejn it-tagħwiġ tal-fatti jista' jwassal għal riskji uniċi. F'dawn l-oqsma, it-timijiet tagħna se jneħħu l-kontenut li hu qarrieqi jew falz, anki jekk it-tagħwiġ tal-fatti ma kienx intenzjonat. B'hekk, il-politiki tagħna jħarsu kontra kull xorta ta' theddid mill-informazzjoni, fosthom it-tagħwiġ tal-informazzjoni, l-informazzjoni ħażina, l-informazzjoni qarrieqa u midja manipulata.
Fost il-kategoriji tal-informazzjoni li nqisu li għandhom l-ikbar ċans jagħmlu l-ħsara hemm dawn li ġejjin:
Kontenut li jiċħad l-eżistenza ta' ġrajjiet traġiċi. Nipprojbixxu kontenut li, ngħidu aħna, jiċħad l-ġrajja ta' l-Olokawst jew jiċħad li kien hemm l-isparatura fl-iskola Sandy Hook ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka. It-tagħwiġ tal-rappreżentazzjonjiet u t-teoriji mingħajr provi marbuta ma' dat-traġedji, jistgħu jwasslu għall-vjolenza u l-mibegħda, minbarra l-weġgħat li jistgħu jġibu f'ħajjet l-utenti u lill-familji tagħhom li kienu milquta b'dawn il-ġrajjiet.
Kontenut li jippromovi stqarrijiet mediċi mingħajr provi. Nipprojbixxu kontenut li, ngħidu aħna, jissuġġerixxi terapiji mhux ippruvati għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' COVID-19; li jxerred teoriji komplottisti mingħajr prova dwar it-tilqim; jew li jħeġġeġ proċeduri magħrufin li jagħmlu l-ħsara u li ma jaħdmux bħall-“terapiji ta' konverżjoni”. Għalkemm nifhmu li s-settur tal-mediċina kontinwament jinbidel, u l-aġenziji tas-saħħa għall-pubbliku jistgħu jirrevedu l-gwidi tagħhom ta' sikwit, it-tali għaqdiet kredibbli huma suġġett għal standards li jridu jimxu magħhom u għandhom min jgħarbel xogħolhom u nistgħu naraw x'qed jgħidu biex nifhmu x'inhuma l-pariri responsabbli fejn jidħlu s-saħħa u l-mediċina.
Kontenut li jxekkel l-integrità tal-proċessi ċiviċi. L-elezzjonijiet u l-proċessi ċiviċi l-oħra huma kruċjali fil-ħidma tas-soċjetajiet li jħarsu l-jeddijiet u għalhekk ħafna drabi jiġu użati b'mod uniku għall-manipulazzjoni tal-informazzjoni. Biex inħarsu l-ambjent ta' informazzjoni madwar dawn ix-xorta ta' ġrajjiet, aħna nwettqu l-politiki tagħna biex jgħoddu għal dawn it-tipi ta' theddidiet għall-proċessi ċiviċi li ġejjin:
Indħil fil-proċeduri: informazzjoni ħażina marbuta mal-elezzjonijiet jew il-proċessi ċiviċi fis-seħħ bħal, ngħidu aħna, l-għoti tal-informazzjoni ħażina dwar dati u ħinijiet importanti jew dwar dak li hu meħtieġ biex wieħed jieħu sehem fil-proċess.
Indħil fis-sehem: kontenut li fih theddid għas-sigurtà personali jew li jxerred l-għidut biex iriegħex lin-nies milli jieħdu sehem f'elezzjoni jew proċess ċiviku.
Sehem frawdolenti jew kontra l-liġi: kontenut li jħeġġeġ lin-nies jigdbu dwar l-identità tagħhom biex jieħdu sehem fi proċess ċiviku jew biex jivvutaw illegalment jew jeqirdu l-vot.
Nuqqas ta' fiduċja fil-proċessi ċiviċi: kontenut bl-għan li jtellef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi fuq bażi ta' stqarrijiet foloz jew qarrieqa bħal, ngħidu aħna, dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet.
Mal-politiki tagħna kontra l-informazzjoni falza li tagħmel il-ħsara hemm ukoll ħafna ħarsien u regoli dwar ir-riklami li fassalna biex inrażżnu l-popolarità ta' dal-kontenut, inkunu iktar trasparenti u nagħtu importanza ikbar lill-kontenut awtentiku fuq il-pjattaforma tagħna. Aqra dal-artiklu tal-blogg għal iktar informazzjoni dwar kif il-pjattaforma tagħna tfasslet biex tilħaq dal-għanijiet.
2. Frodi
Il-frodi jistgħu jwasslu għall-ħsara finanzjara, riskji ta' sigurta diġitali u anke riskju legali għall-iSnapchaptters. Biex ngħinnu nnaqsu dar-riskji, ma nħallu l-ebda għemil qarrieqi li jista' jnaqqar mill-fiduċja fil-komunità tagħna.
Fost l-imġibiet li huma projbiti hemm il-kontenut li jirriklama xi xorta ta' qerq; skemi biex tagħmel il-flus malajr; kontenut sponsorjat jew li ħallast għalih mingħajr permess jew mingħajr ma tgħarraf lil ħadd dwaru; MLM jew skemi piramida u r-riklami ta' prodotti jew servizzi qarrieqa fosthom prodotti u dokumenti foloz. Ma tistax tuża s-servizz tagħna għal xi xorta ta' riċiklaġġ tal-flus (fosthom li ġġorr jew iżżomm il-flus f'isem ħaddieħor). Dan jiġbor fih ukoll li tirċievi u tibgħat flus miksuba kontra l-liġi jew minn xi ħadd mhux magħruf f'isem ħaddieħor, li tibgħat il-flus mingħajr permess jew kontra l-liġi jew li tagħti servizz tal-kambju mingħajr permess jew kontra l-liġi u li titlob jew tirriklama dal-għemil.
Fl-aħħar nett, skont il-politiki tagħna ma tistax tagħmilha tabirruħek li int xi ħadd (jew xi ħaġa) li m'intix biex tqarraq lin-nies dwar min int. Dan jinkludi li timita lil sħabek, xi ħadd mill-grupp soċjali tiegħek, persuni magħrufin, ditti jew xi għaqdiet oħra. Dawn ir-regoli ifissru wkoll li hi vjolazzjoni li timita d-disinn tad-ditta Snapchat jew Snap Inc.
3. Spam
L-ispam jista' jħawwad u jdejjaq lill-iSnapchatters. Nipprojbixxu it-tali mġibiet, inkluż interazzjonijiet esaġerati artifiċjalment, bħal skemi li tħallas lil min isegwik jew skemi oħra biex iżżid is-segwati; li tirriklama l-apps tal-ispam jew li ttella' jew taqsam l-istess kontenut repetittiv ma' għadd kbir ta' nies.
Our efforts to protect users
We aim to balance safety and privacy in our approach to protecting users. We use a combination of automated tools and human review to prevent users from being exposed to harmful false information, fraud, or spam on public surfaces (such as Spotlight, Public Stories and Maps).
Our policies against harmful false information are complemented by product design safeguards and advertising rules that limit virality, promote transparency, and elevate the role of authenticity across our platform. For more information on the ways our platform architecture supports these objectives, visit this blog post.
We also use automated systems to detect known spam, scam, and fraud patterns, and remove bad actors from our platform. We encourage users to safeguard their accounts by utilizing the security and safety measures outlined in this support article.
Għeluq
Il-prijorita tal-kumpanija tagħna hi li nagħmlu l-almu tagħna biex nippromovu ambjent responsabbli fejn tinstab informazzjoni kredibbli u se nkomplu nesploraw metodi innovattivi biex ngħinu nħarsu lill-iSnapchatters mir-riskji ta' Mġibiet Foloz jew Qarrieqa li Jagħmlu l-Ħsara.
Aħna u nkomplu dil-ħidma, aħna impenjati li nipprovdu għarfien trasparenti dwar l-effettività ta' din l-ħidma tagħna. Permezz tar-rapporti tat-trasparenza tagħna, aħna nipprovdu informazzjoni maqsuma pajjiż b'pajjiż dwar dak li nkunu wettaqna fil-ġlieda tagħna kontra l-informazzjoni ħażina madwar id-dinja -- u beħsiebna nipprovdu rendikonti iktar dettaljati ta' dal-ksur tar-regoli fir-rapporti li ġejjien.
Aħna impenjati li ta' sikwit naddattaw il-ħidma tal-politiki tagħna biex intejbu l-ħila tagħna li nilqgħu għall-kontenut jew l-imġibiet li jagħmlu l-ħsara u aħna impenjati li naħdmu ma' għadd ta' mexxejja diversi mill-komunità dinjija tas-sigurtà biex ngħinu niżguraw li qed navvanzaw biex nilħqu dawn l-għanijiet b'mod responsabbli.
Mur lura għar-Regoli tal-Komunità