Snap Values
Linji Gwida tal-Komunità

Għemiel Illegali jew li hu Rregolat bil-Liġi

Sensiela ta' Taħriġ dwar il-Linji Gwida tal-Komunità

Aġġornat: Mejju tal-2025

Ħarsa Ġenerali

Il-fatt li aħna nipprojbixxu kull għemil illegali jew li hu marbut ma' għemil li jeħtieġ liċenzja jirrifletti kemm aħna tassew dedikati għall-impenn li nħarsu għas-sigurtà fuq Snapchat. Dar-regoli mhux biss qed jgħinuna niżguraw li l-pjattaforma tagħna ma tintużax b'mod ħażin għal għanijiet illegali, imma jgħinuna wkoll nħarsu lill-iSnapchatters mir-riskji ta' ħsara serja. Biex inkomplu nilħqu dawn l-għanijiet, aħna nissieħbu ma' għadd ta' persuni interessati fil-qasam tas-sigurtà, għaqdiet indipendenti u ma' għaqdiet tal-forzi tal-ordni biex nagħtu r-riżorsi tat-tagħlim lill-komunità tagħna u biex inrawmu s-sigurtà pubblika b'mod ġenerali.

Anki jekk il-liġijiet u r-regolamenti mhumiex l-istess bejn ġurisdizzjoni u oħra madwar id-dinja — u Snapchat hija komunità dinjija — bħala regola ġenerlai, il-politiki tagħna huma kontra kull xorta ta' għemil li jhedded is-sigurtà pubblika jew li jikser il-jeddijiet umani, il-liġijiet tal-Istati Uniti tal-Amerka jew il-liġijiet tal-pajjiż fejn ikun jinsab l-utent.

Fil-każijiet kollha, għemil illegali pprojbiti jinkludu il-promozzjoni ta' għemil kriminali; li tiffaċilita jew li tieħu sehem f'reati diġitali; u li tixtri, tbiegħ jew li tiffaċilita fil-bejgħ ta' sustanzi llegali jew li huma rregolati bil-liġi, kutrabandu jew armi.

X'għandek tistenna

Ir-regoli tagħna jipprojbixxu dawn li ġejjin: 

  • L-użu ta' Snapchat għal kwalunkwe għemil illegali. Dan jinkludi li tirriklama, tgħin jew tieħu sehem f'attività kriminali, bħal xiri, bejgħ, tpartit jew li tiffaċilita l-bejgħ ta' sustanzi illegali jew li huma rregolati bil-liġi, kutrabandu (bħal xbihat li juru l-isfruttament jew l-abbuż sesswali fuq it-tfal), annimali fil-periklu tal-estinzjoni, armi, jew prodotti jew dokumenti foloz. Jinkludi wkoll li tirriklama jew li tgħin f'xi xorta ta' sfruttament, fosthom it-traffikar tal-bnedmin jew it-traffikar tal-bnedmin għal għanijiet sesswali.

  • Il-promozzjoni llegali ta' prodotti jew industriji li huma rregolati bil-liġi. Eżempji ta' għemil li huma rregolati bil-liġi li jeħtieġu permess minn qabel mingħand Snapchat jinkludu li tiffaċilita għemil bħal-logħob tal-azzard fuq l-internet; il-bejgħ tax-xorb alkoħoliku; it-tabakk jew il-prodotti tas-sigaretti tal-fwar; u li tippromovi negozji tat-THC. In-negozji huma mħeġġa biex jaqraw dal-materjal għall-gwida dwar kummerċ u reklamar xieraq fuq Snapchat.

Aħna impenjati li niżguraw li l-iSnapchatters ikollhom kemm jista' jkun informazzjoni dwar ix-xorta ta' mġiba u għemil fuq l-internet li jista' jikser il-liġi u jkun ta' riskju serju għas-sigurtà tagħhom. Grazzi għas-sħubiji ma' għaqdiet indipendenti u għall-ħidma id f'id ma' għadd ta' esperti fil-qasam tas-sigurtà, aħna naħdmu biex inkabbru l-għarfien dwar għemil riskjuż u dwar kif l-iSnapchatters jistgħu jħarsu rwieħhom. Dan jinkludi riżorsi fl-app, bħal Here For You u Heads Up, kif ukoll is-sħubiji ma' esperti fil-qasam tas-sigurtà. Aħna naħdmu wkoll ma' aġenziji tal-forzi tal-ordni biex nimxu mal-proċessi legali meħtieġa b'rabta mal-għemil fuq Snapchat li jista' jkun prova ta' xi reat.

Our efforts to protect users 


We aim to balance safety and privacy in our approach to protecting users. We use a combination of automated tools and human review to prevent users from being exposed to illegal or regulated activity, such as the attempted sale of illicit drugs or weapons, criminal activity, or the promotion of broadly regulated goods or activities on public surfaces (such as Spotlight, Public Stories and Maps).

For serious violations such as attempted human trafficking or smuggling, as well as the attempted sale of illicit drugs or weapons, we use proactive, automated tools to detect and remove violating content. We also work closely with law enforcement, as appropriate, where we believe there may be an imminent threat to human life. Snap’s approach is to maintain established protocols for assisting law-enforcement authorities globally, including dedicated channels for responding to potential imminent harm situations, subject to strict legal safeguards. More information for law enforcement can be found here.

We are committed to ensuring that Snapchatters have as much information as possible regarding the types of online behavior and activities that may violate the law and present serious risk to their safety. Through partnerships with nonprofit organizations and collaboration with diverse safety stakeholders, we aim to raise awareness about high-risk activities and ways that Snapchatters can stay safe. This includes in-app resources, like Here for You and Heads Up, as well as collaborations with safety stakeholders. We also cooperate with law enforcement agencies in response to valid legal processes concerning activities on Snapchat that may provide evidence of a crime.


Punti Ewlenin

Li nagħtu sehemna biex inrawmu s-sigurtà pubblika u biex inħarsu lill-iSnapchatters minn għemil li hu potenzjalment illegali jew ta' ħsara hija responsabbiltà li nieħdu b'serjetà kbira.

Aħna u nkomplu b'din il-ħidma, aħna impenjati li nipprovdu dettalji trasparenti dwar il-kisbiet fil-ħidma tagħna. Aħna naqsmu dil-informazzjoni pajjiż b'pajjiż fir-Rapporti tat-Trasparenza tagħna fejn nuru l-azzjonijiet li ħadna b'rabta mal-attività illegali jew li teħtieġ permess tal-liġi. Biex nipprovdu dettall addizzjonali dwar il-ħidma tagħna, qsamna d-dejta dwar x'qed nagħmlu u kif nirrappurtaw ix-xorta ta' vjolazzjonjiet relatati ma' sustanzi illegali u armi fir-Rapport tat-Trasparenza tagħna, u fil-ġejjieni beħsiebna nagħtu iktar dettalji dwar dax-xorta ta' vjolazzjonjiet.

Aħna nħeġġu lill-utenti jirrappurtaw kull għemil li jmur kontra l-liġi li jħabbtu wiċċhom miegħu biex jgħinuna nżommu l-pjattaforma ta' Snapchat post sigur u addattat għal kulħadd. Aħna dejjem infittxu opportunitajiet biex intejbu l-ħila tagħna li nilqgħu kontra l-kontenut u l-imġiba li jistgħu jagħmlu l-ħsara u aħna impenjati li naħdmu ma' għadd ta' esperti mill-komunità tas-sigurtà biex niżguraw li qed navanzaw dawn l-għanijiet b'mod responsabbli. Jekk jogħġbok żur iċ-Ċentru tal-Privatezza u s-Sigurtà u l-Politiki tagħna għal iktar informazzjoni dwar il-ħidma tagħna b'rabta mas-sigurtà.

Li Jmiss:

Kontenut ta' Mibegħda, Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti

Aqra li Jmiss