Ċentru tal-Politiki

Linji Gwida għall-Kontenut biex ikun Eliġibbli għas-Suġġerimenti

In order to be eligible for algorithmic recommendation beyond the creator’s friends or subscribers (for example, on Stories, Spotlight, or the Map), Content must meet the additional, stricter standards described in the Content Guidelines on this page.

Għal xiex jgħoddu dal-Linji Gwida tal-Kontenut?

Snapchat hija app imsejsa fuq l-istampi li tfasslet biex tgħin lin-nies jikkomunikaw ma' sħabhom u ma' familthom. Biss hemm xi mkejjen tal-app fejn il-kontenut pubbliku jista' jilħaq udjenza usa' grazzi għas-suġġerimenti tal-algoritmi. Dan il-kontenut jissejjaħ Kontenut Suġġerit. Ngħidu aħna:

  • Fit-tab Stejjer, l-iSnapchatters jistgħu jsibu l-kontenut suġġerit li ġej minn imsieħba tax-xandir professjonali u kreaturi magħrufa.

  • Fuq Spotlight, l-iSnapchatters jistgħu jaraw il-kontenut maħluq u mibgħut mill-komunità tagħna.

  • Fuq il-Mappa, l-iSnapchatters se jkunu jistgħu jsibu l-avvenimenti, l-aħbarijiet tal-mument u ħwejjeġ oħra minn madwar id-dinja kollha.

Kif jintużaw dal-Linji Gwida tal-Kontenut?

Aħna ninfurzaw dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut b'taħlita ta' għarbiel awtomatiku bit-teknoloġija u għarbiel minn nies. Għandna wkoll għodod fl-app biex l-iSnapchatters ikunu jistgħu jirrappurtaw il-kontenut li jemmnu li mhux xieraq. Aħna nwieġbu r-rapporti tal-utenti mingħajr telf ta' ħin u nużaw il-ħsibijiet u l-kummenti tagħhom biex intejbu x-xorta ta' kontenut li nuru lill-iSnapchatters kollha.

Il-linji gwida tal-eliġibbiltà għas-suġġerimenti f'dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut jgħoddu l-istess għall-kontenut, ġej minn fejn ġej—kemm minn xi msieħba tagħna, minn kreatur privat jew minn kull xorta ta' għaqda oħra.

Il-Jeddijiet ta' Snap

Għandna l-jedd li nwettqu dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut kif jidhrilna aħna u li nagħmlu kull għemil biex inwettquhom fosthom billi nneħħu, nillimitaw ix-xandir, nissospendu, inrażżnu t-tixrid u nneħħu l-aċċess ta' xi utenti skont l-età tagħhom għall-kontenut tiegħek.

Il-Kreaturi jew l-Imsieħba li jiksru r-Regoli tal-Komunità jew ir-Regoli tas-Servizz tagħna se jitqiesu li qed jiksru dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut.

Barra minn hekk, l-ebda kontenut ma jista' jikser il-liġijiet li obbligat jimxi magħhom fil-post fejn ikun qed jixxandar u l-ftehim tar-regoli tal-kontenut li għandna miegħek. Meta nemmnu xi kontenut ikun qed jikser dawn ir-regoli, għandna l-jedd li nneħħu dak il-kontenut.

Personalizzazzjoni u Kontenut Sensittiv

L-iSnapchatters huma grupp magħmul minn għadd ta' etajiet, kulturi u twemmin u rridu li kull wieħed u waħda minnhom ikollhom esperjenza sigura, ta' ġid u ta' siwi, anki l-iżgħar fosthom; li jafu jkollhom biss 13-il sena. Billi l-iSnapchatters jistgħu jintwerew kontenut li qatt ma talbu li jarawh, fassalna dawn il-linji gwida biex inħarsuhom minn kontenut li jaf ma jkunx mixtieq jew xieraq.

Fost il-kontenut li jintwera f'Kontenut Suġġerit, aħna nippruvaw nippersonalizzaw is-suġġerimenti, l-iktar fejn jidħol il-kontenut li nsejħulu “Sensittiv”. Il-kontenut Sensittiv jista', ngħidu aħna:

  • Jissuġġerixxi trattamenti għall-akne li jafu jqażżu lil xi Snapchatters filwaqt li jogħġbu jew ikunu ta' siwi għal oħrajn; jew

  • Juri nies bl-ilbies tal-għawm b'mod li, skont il-kuntest jew min ikun qed jarah, jista' jagħti x'tifhem li qed ikebbes ix-xenqiet sesswali.

Għalkemm nafu nissuġġerixxu xi Kontenut Sensittiv, nafu ma nissuġġeruhx lil xi Snapchatters minħabba l-età, il-post fejn jinsabu, il-preferenzi tagħhom u dettalji oħra. Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li dak li jitqies Sensittiv f'dawn il-Linji Gwida tal-Kontenut huwa biss eżempju u jista' jkun hemm iktar xorta kontenut li jitqies hekk minbarra dan li msemmi hawn. Nistgħu nillimitaw jew ma nissuġġerixxux xi kontenut b'rabta mal-istorja tal-għarbiel, mal-kummenti u l-ħsibijiet mibgħuta mill-utenti, mas-sinjali tal-interazzjonijiet jew minħabba l-għażliet editorjali tagħna.

Li Jmiss:

Eliġibbiltà għas-Suġġerimenti

Read Next