Snap Values
Regoli tal-Komunità

Prattiki Foloz jew Qarrieqa ta' Ħsara

Sensiela ta' Taħriġ dwar ir-Regoli tal-Komunità

Aġġornati: Frar tal-2025

Ħarsa Ġenerali

Li nikkultivaw ambjent responsabbli fejn tinstab informazzjoni kredibbli hi prijorità ewlenija għal Snap. Imġibiet qarrieqa għandhom forom differenti u jistgħu jnaqqsu mill-fiduċjà u huma ta' theddida għas-sigurtà tal-iSnapchatters. Fassalna l-politiki tagħna biex innaqqsu t-tixrid ta' informazzjoni qarrieqa u nħarsu lill-utenti tagħna mill-frodi u mill-ispam f'għadd ta' sitwazzjonijiet.

  • Aħna nipprojbixxu t-tixrid ta' informazzjoni falza li tagħmel il-ħsara jew li hi malizzjuża bħal, ngħidu aħna, li tiċħad l-eżistenza ta' ġrajjiet traġiċi, stqarrijiet dwar is-saħħa u l-mediċina mingħajr provi, kontenut li jxekkel l-integrità tal-proċessi ċiviċi jew it-tbagħbis ta' kontenut għal għanijiet qarrieqa jew giddieba (inkluż permezz tal-IA ġenerattiva jew bidliet qarrieqa).

  • Aħna nipprojbixxu li tagħmilha tabirruħek li tkun xi ħadd (jew xi ħaġa) li m'intix jew tipprova tqarraq lin-nies dwar min int. Dan jinkludi li timita lil sħabek, membri tal-grupp soċjali tiegħek, persuni magħrufin, dittiet jew individwi jew għaqdiet oħra.

  • Aħna nipprojbixxu frodi u imġibiet qarrieqa, fosthom scams, riċiklaġġ tal-flus u l-promozzjoni ta' oġġetti u servizzi frawdolenti.

  • Aħna nipprojbixxu spam, inkluż kontenut mhux mixtieq jew esaġerat artifiċjalment jew interazzjonijiet.

Imġiba pprojbita

Ir-Regoli tal-Komunità tagħna relatati ma' Prattiki Foloz jew Qarrieqa li Jagħmlu l-Ħsara jkopru kategoriji distinti, iżda relatati, ta' ħsara: (1) informazzjoni falza li tagħmel il-ħsara, (2) impersonazzjoni, (3) frodi, u (4) spam.

1. Informazzjoni Qarrieqa li Tagħmel il-Ħsara

Kontenut li jgħawweġ il-fatti jista' jkollu konsegwenzi ta' ħsara għall-utenti u għas-soċjetà. Nafu li xi kultant jista' jkun diffiċli li tkun taf x'inhu preċiż, partikolarment meta niġu għal avvenimenti attwali li qed jiżviluppaw malajr, jew kwistjonijiet ikkumplikati tax-xjenza, is-saħħa, u l-affarijiet dinjija. Għal din ir-raġuni, il-politiki tagħna jiffokaw mhux biss fuq jekk l-informazzjoni hijiex żbaljata jew qarrieqa, iżda wkoll fuq il-potenzjal tagħha li tagħmel ħsara.

Hemm diversi kategoriji ta' informazzjoni fejn ir-rappreżentazzjoni ħażina tal-fatti tista' toħloq perikli uniċi. F'dawn l-oqsma, it-timijiet tagħna jieħdu azzjoni kontra kontenut li jkun qarrieqi jew mhux preċiż, irrispettivament minn jekk ir-rappreżentazzjonijiet żbaljati humiex intenzjonali. B'dan il-mod, il-politiki tagħna joperaw kontra kull forma ta' theddid għall-informazzjoni, inklużi informazzjoni żbaljata, diżinformazzjoni, informazzjoni ħażina, u midja manipulata.

Fost il-kategoriji tal-informazzjoni li nqisu li għandhom l-ikbar ċans jagħmlu l-ħsara hemm dawn li ġejjin:

  • Kontenut li jiċħad l-eżistenza ta' ġrajjiet traġiċi. Aħna nipprojbixxu kontenut li jikkontesta jew jiċħad il-ġrajjiet ta', pereżempju, l-Olokawst jew l-isparatura fl-iskola ta' Sandy Hook fl-Istati Uniti. Rappreżentazzjonijiet ħżiena u teoriji bla bażi dwar traġedji bħal dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-vjolenza u l-mibegħda, minbarra li jagħmlu ħsara lill-utenti li ħajjithom u l-familji tagħhom ġew milquta minn ġrajjiet bħal dawn.

  • Kontenut li jagħmel stqarrijiet tas-saħħa mingħajr provi. Aħna nipprojbixxu kontenut li, pereżempju, jirrakkomanda terapiji mhux ittestjati għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-COVID-19; li fih teoriji bla bażi dwar il-vaċċini; jew li jippromwovi prattiki miċħuda u ta’ ħsara bħall-hekk imsejħa “terapija ta’ konverżjoni.” Filwaqt li l-qasam tal-mediċina dejjem qed jinbidel, u l-aġenziji tas-saħħa pubblika spiss jistgħu jirrevedu l-gwida, organizzazzjonijiet kredibbli bħal dawn huma soġġetti għal standards u responsabbiltà u nistgħu nħarsu lejhom biex jipprovdu punt ta' riferiment għal gwida responsabbli dwar is-saħħa u l-mediċina.

  • Kontenut li jxekkel l-integrità tal-proċessi ċiviċi. L-elezzjonijiet u proċessi ċiviċi oħra għandhom rwol essenzjali fil-funzjonament ta’ soċjetajiet li jirrispettaw id-drittijiet, u jippreżentaw ukoll miri uniċi għall-manipulazzjoni tal-informazzjoni. Biex nissalvagwardjaw l-ambjent tal-informazzjoni madwar avvenimenti bħal dawn, aħna ninfurzaw il-politiki tagħna biex japplikaw għat-tipi li ġejjin ta’ theddid għall-proċessi ċiviċi:

    • Indħil fil-proċeduri: informazzjoni ħażina marbuta mal-elezzjonijiet jew il-proċessi ċiviċi fis-seħħ bħal, ngħidu aħna, l-għoti tal-informazzjoni ħażina dwar dati u ħinijiet importanti jew dwar dak li hu meħtieġ biex wieħed jieħu sehem fil-proċess.

    • Indħil fis-sehem: kontenut li fih theddid għas-sigurtà personali jew li jxerred l-għidut biex iriegħex lin-nies milli jieħdu sehem f'elezzjoni jew proċess ċiviku.

    • Sehem frawdolenti jew kontra l-liġi: kontenut li jħeġġeġ lin-nies jigdbu dwar l-identità tagħhom biex jieħdu sehem fi proċess ċiviku jew biex jivvutaw illegalment jew jeqirdu l-vot.

  • Nuqqas ta' fiduċja fil-proċessi ċiviċi: kontenut bl-għan li jtellef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi fuq bażi ta' stqarrijiet foloz jew qarrieqa bħal, ngħidu aħna, dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet.

2. Impersonazzjoni

Il-politiki tagħna jipprojbixxu li wieħed jippretendi li hu xi ħadd (jew xi ħaġa) li m'intix, jew li jipprova jqarraq lin-nies dwar min int. Dan jinkludi li tagħmel impersonazzjoni ta' ħbiebek, konoxxenti tiegħek, ċelebritajiet, marki, jew organizzazzjonijiet oħra. Filwaqt li l-kontijiet tas-segwaċi, tas-satira, u tal-kummentarji ġeneralment huma permessi, dawn iridu jkunu trasparenti u jiżvelaw dan il-fatt b'mod espliċitu, inkluż fl-isem muri.

3. Frodi

Il-frodi tista' tesponi lil Snapchatters għal ħsara finanzjarja, riskji taċ-ċibersigurtà, u anke riskju legali. Biex ngħinu nnaqqsu dawn ir-riskji, nipprojbixxu prattiki qarrieqa li jdgħajfu l-fiduċja fil-komunità tagħna.

Il-prattiki pprojbiti jinkludu kontenut li jippromwovi scams ta’ kwalunkwe tip; skemi biex wieħed isir sinjur malajr; kontenut imħallas jew sponsorjat mhux awtorizzat jew mhux żvelat; kummerċjalizzazzjoni f’diversi livelli jew skemi piramidali; u l-promozzjoni ta’ oġġetti jew servizzi frodulenti, inklużi oġġetti jew dokumenti foloz, u l-bejgħ ta’ kontijiet tal-midja soċjali, inklużi kontijiet ta’ Snapchat.

Nipprojbixxu wkoll il-ħasil tal-flus (inklużi l-kurrier tal-flus jew il-money muling) ta' kwalunkwe tip. Dan jinkludi li wieħed jirċievi u jittrasferixxi flus li jinkisbu illegalment jew minn għajn / sors mhux magħruf f'isem xi ħadd ieħor, trażmissjoni ta' flus jew servizzi ta' skambju ta' munita mhux awtorizzati u illegali, u li jitlob u jippromwovi dawn l-attivitajiet.

Fl-aħħar nett, il-politiki tagħna jipprojbixxu l-imitazzjoni tal-branding ta' Snapchat jew Snap Inc. sabiex iqarrqu b'utenti oħra.

4. Spam

L-ispam jista’ jkun konfuż u tedjanti għal dawk li jużaw Snapchat. Aħna nipprojbixxu prattiki bħal dawn, inklużi li jiżdiedu b'mod artifiċjali l-interazzjonijiet, bħal skemi ta' ħlas għal kull segwaċi jew skemi oħra ta' tkabbir tas-segwaċi; il-promozzjoni ta' applikazzjonijiet ta' spam; jew pubblikazzjoni jew il-qsim tal-massa, ripetittiva jew frekwenti.

Our efforts to protect users 


We aim to balance safety and privacy in our approach to protecting users. We use a combination of automated tools and human review to prevent users from being exposed to harmful false information, fraud, or spam on public surfaces (such as Spotlight, Public Stories and Maps).

Our policies against harmful false information are complemented by product design safeguards and advertising rules that limit virality, promote transparency, and elevate the role of authenticity across our platform. For more information on the ways our platform architecture supports these objectives, visit this blog post.

We also use automated systems to detect known spam, scam, and fraud patterns, and remove bad actors from our platform. We encourage users to safeguard their accounts by utilizing the  security and safety measures outlined in this support article.

Għeluq

Il-prijorita tal-kumpanija tagħna hi li nagħmlu l-almu tagħna biex nippromovu ambjent responsabbli fejn tinstab informazzjoni kredibbli u se nkomplu nesploraw metodi innovattivi biex ngħinu nħarsu lill-iSnapchatters mir-riskji ta' Mġibiet Foloz jew Qarrieqa li Jagħmlu l-Ħsara.

Aħna u nkomplu dil-ħidma, aħna impenjati li nipprovdu għarfien trasparenti dwar l-effettività ta' din l-ħidma tagħna. Permezz tar-rapporti tat-trasparenza tagħna, aħna nipprovdu informazzjoni maqsuma pajjiż b'pajjiż dwar dak li nkunu wettaqna fil-ġlieda tagħna kontra l-informazzjoni ħażina madwar id-dinja -- u beħsiebna nipprovdu rendikonti iktar dettaljati ta' dal-ksur tar-regoli fir-rapporti li ġejjien.

Aħna impenjati li ta' sikwit naddattaw il-ħidma tal-politiki tagħna biex intejbu l-ħila tagħna li nilqgħu għall-kontenut jew l-imġibiet li jagħmlu l-ħsara u aħna impenjati li naħdmu ma' għadd ta' mexxejja diversi mill-komunità dinjija tas-sigurtà biex ngħinu niżguraw li qed navvanzaw biex nilħqu dawn l-għanijiet b'mod responsabbli.