Kontenut Sesswali

Sensiela ta' Taħriġ dwar ir-Regoli tal-Komunità

Aġġornat: Jannar tal-2024

  • Ma naċċettaw l-ebda għemil marbut mal-isfruttament sesswali jew mal-abbuż ta' xi ħadd taħt l-età, fosthom il-qsim ta' stampi marbuta mal-isfruttament jew mal-abbuż tat-tfal, it-trawwim jew ir-rikatti sesswali (sextortion) jew is-sesswalizzazzjoni tat-tfal. Meta nindunaw b'dax-xorta ta' għemil, aħna nirrappurtaw kull każ ta' sfruttament tat-tfal li niltaqgħu miegħu lill-awtoritajiet — anke lil min jipprova jwettaq dax-xorta ta' għemil. Qatt m'għandek tippubblika, tissejvja, tibgħat, tgħaddi, ixxerred jew titlob kontenut sesswalment espliċitu jew ta' għera mingħand nies taħt l-età ta' 18-il sena (u lanqas ma tista' tibgħat jew tissejvja dax-xorta ta' stampi tiegħek innifsek).

  • Ma naċċettawx ir-reklami, it-tixrid u l-qsim tal-kontenut pornografiku. Lanqas ma naċċettaw għemil kummerċjali marbut mal-pornografika u mal-imġiba sesswali (kemm fuq l-internet kif ukoll barra l-internet). Bħala regola ġenerali, il-kontenut marbut mat-treddigħ jew għera f'kuntesti mhux sesswali jista' jittella' fuq il-pjattaforma tagħna.



Ħarsa ġenerali

L-għan tagħna huwa li nħarsu lill-iSnapchatters kollha minn kontenut mhux xieraq jew li jagħmel il-ħsara. Biex nagħmlu hekk, ħloqna r-Regoli tal-Komunità tagħna biex niżguraw li l-utenti tagħna fuq Snapchat iħossuhom komdi li jistgħu jesprimu ruħhom u jikkomunikaw kif jixtiequ mingħajr ma jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' kontenut sesswali mhux mixtieq jew kontenut dwar abbuż. Dawn il-politiki ma jħallukx taqsam, tirreklama jew ixxerred kontenut sesswalment espliċitu — li jfisser dak il-kontenut kollu li jiġbor fih pornografija, għera sesswali jew offerti ta' servizzi sesswali — u nikkundannaw kull kontenut li jisfrutta lit-tfal. 


X'għandek tistenna


Ma naċċettawx kontenut pornografiku, fosthom għera fejn l-għan ewlieni huwa x-xenqa sesswali jew l-għera li turi x-xenqa sesswali. Eżempji ta' kontenut pornografiku jinkludu ritratti jew filmati, animazzjonijiet li jidhru wisq realistiċi u tpinġijiet jew disinji oħra li juri għemil sesswali espliċitu. Dan ma jfissirx li l-għera ma tistax tittella' jekk tkun qed tintuża għall-espressjoni artistika, jew li ma tistax ittella' għera f'sitwazzjonijiet li mhumiex f'kuntest sesswali bħal, ngħidu aħna, treddih, sitwazzjonijiet li juru proċeduri mediċi jew avvenimenti storiċi jew avvenimenti fis-seħħ li huma ta' interess pubbliku.  


Skont dawn il-politiki, lanqas ma tista' toffri servizzi sesswali, fosthom servizzi fil-ħajja ta' vera (bħal, ngħidu aħna, massaġġi erotiċi) u esperjenzi fuq l-internet (bħal, ngħidu aħna, taħditiet sesswali fuq Chat jew servizzi sesswali marbuta mal-vidjos). 


L-isfruttament ta' xi membru tal-komunità tagħna, l-iktar tat-tfal taħt l-età hu illegali, mhux aċċettabbli u pprojbit. Fost dak li jitqies sfruttament, hemm inkluż it-traffikar sesswali tal-umani, għemil maħsub biex iġiegħel jew iħajjar utenti jibagħtu ritratti tagħhom għarwiena kif ukoll imġibiet oħra bħal ritratti intimi jew materjal sesswali maħsub biex jintimida jew jhedded lill-membri tal-Komunità tagħna. Ma naċċettaw l-ebda mġiba jew forma ta' komunikazzjoni maħsuba biex jikkonvinċu jew iġiegħlu lil xi ħadd taħt l-età bl-intenzjoni li jsir xi għemil ta' abbuż jew sfruttament sesswali, jew għemil li jipprova jbeżża, jipprova jriegħex jew jipprova jżomm lil xi ħadd taħt l-età sieket dwar it-tali mġiba.


Kif inwettqu dal-politiki


Kontenut li jmur kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna se jkun suġġett għat-tneħħija. L-utenti li jaqsmu, jirreklamaw jew ixerrdu dax-xorta ta' kontenut se jiġu mgħarrfa bil-fatt li kisru r-regoli. Jekk l-imġiba tagħhom ma tinbidilx u jekk jerġgħa ikun hemm ksur serju ta' dawn il-politiki, se jkun hemm impatt fuq l-aċċess li l-utent għandu għall-kont tiegħu. 


Tiddejjaqx tressaq rapport mill-menù tar-rapporti li hemm fl-app tagħna jekk tirċievi jew tara xi Snap li temmen li hija sesswalment espliċita — u jekk ma tħossokx komdu/a għall-kwalunkwe raġuni. Aħna nqisu dar-rapporti kollha biex naraw x'azzjoni se nieħdu u nagħmlu hekk b'mod li nħarsu l-privatezza u s-sigurtà tal-utenti li jressqu dar-rapporti. Inħeġġu wkoll lill-utenti tagħna biex jikkunsidraw jimblukkaw il-messaġġi li mhux mixtieqa. 

Aħna għandna sistemi apposta biex minn rajna, niċċekkjaw iktar oqsma li jintużaw, fosthom Spotlight u Sejjieba. Kultant dawn il-pjattaformi jistgħu juru xi kontenut li hu suġġestiv f'sens sesswali imma li ma jitqiesx sesswalment espliċitu (bħal, ngħidu aħna, malja mqaċċta); biss, xorta nħeġġu bis-sħiħ lill-utenti tagħna jirrappurtaw dak kollu li jaħsbu li jmur kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna.

Waħda mill-prijoritjiet ewlenin tagħna hi li nwaqqfu, li nsibu u li nneħħu l-Istampi tal-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEAI) mill-pjattaforma tagħna u għalhekk qed naħdmu kontinwament biex intejbu l-ħiliet tagħna biex nilqgħu kontra ċ-CSEAI u xort oħra ta' kontenut li juri l-isfruttament sesswali fuq it-tfal. Aħna nirrappurtaw kull xorta ta' ksur ta' dawn il-politiki bħal dawn lin-National Center for Missing and Exploited Children (NCMEC) tal-Istati Uniti tal-Amerka, kif mitlub bil-liġi. NCMEC mbagħad, min-naħa tiegħu, jikkoordina mal-infurzar tal-liġi domestika jew internazzjonali, kif meħtieġ.


Konklużjoni



L-għan tagħna huwa li mrawmu komunità sigura fejn l-iSnapchatters jistgħu jesprimu ruħhom u għalhekk ma nittolleraw l-ebda kontenut sesswalment espliċitu jew li jisfrutta lil xi ħadd. Jekk qatt ma tħossokx komdu/a, tiddejjaqx tkellem lil xi ħadd li tafda, tirrapporta l-kontenut li jikser dawn ir-regoli u tibblokkja l-utenti li jkunu qed jiksru dawn ir-regoli.