Glossarju tar-Rapport tat-Trasparenza
L-1 ta' Jannar 2023 - It-30 ta' Ġunju 2023

Hawn taħt qed nagħtu t-tifsira ta' termini li nużaw ta' sikwit, tal-politiki u tal-proċessi li nsemmu fir-rapport tat-trasparenza tagħna.

Kontenut Sesswali: Tfisser ir-riklamar jew ix-xandir ta' għera sesswali, pornografija jew servizzi sesswali kummerċjali. Għal iktar dettalji jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Kontenut Sesswali.

Fastidju u Bullying: Tfisser kull imġiba mhux mixtieqa, bħal pereżempju tgħajjir, fastidju sesswali jew imġibiet mhux mixtieqa b'rabta mas-sesswalità, li tista' twassal biex toħloq tbatija emozzjonali għal persuna raġjonevoli. Din il-kategorija tiġbor fiha wkoll il-qsim ta' stampi intimi mingħajr qbil taż-żewġ partijiet. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Fastidju u l-Bullying.

Theddid u Vjolenza: Tfisser kull kontenut li juri x-xewqa li joħloq ħsara fiżika jew emozzjonali serja. Vjolenza tfisser kull kontenut li jipprova jħeġġeġ, ifaħħar jew juri vjolenza fuq il-bniedem, abbuż fuq l-annimali, tidmim jew stampi li jaħsdu. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Theddid, Vjolenza u Ħsara.

Ħsara Lilek Innifsek u Suwiċidju: Tfisser it-tifħir tal-ħsara lilek innifsek fosthom kontenut li jħeġġeġ il-ħsara fuqek innifsek, is-suwiċidju jew il-problemi marbuta mal-ikel. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Theddid, Vjolenza u Ħsara.

Informazzjoni Falza: Informazzjoni falza tinkludi kontenut qarrieq jew li jagħti informazzjoni falza u li jagħmel ħsara jew għandu ħsieb malizzjuż warajh bħal pereżempju li jiċħad li seħħew avvenimenti traġiċi, li jagħmel dikjarazzjonijiet dwar is-saħħa mingħajr provi jew li jxekkel proċessi ċiviċi jew li jimmanipula l-kontenut għal skopijiet ta' għoti ta' informazzjoni ħażina jew qarrieqa. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Informazzjoni Ħażina jew Qarrieqa.

Imitazzjoni: Isseħħ meta kont ikun qed jagħmilha tabirruħu li hu marbut ma' persuna jew ditta oħra. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Informazzjoni Ħażina jew Qarrieqa.

Kontenut mhux mixtieq: Kontenut mhux mixtieq ifisser messaġġi mhux mixtieqa jew kontenut bla siwi maqsum mal-oħrajn li jista' jagħmel il-ħsara minħabba li jħawwad lil dak li jkun jew ikun ta' riskju jew fastidju għall-utenti li qed jużaw is-servizz kif maħsub. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Informazzjoni Ħażina jew Qarrieqa li Tagħmel il-Ħsara.

Drogi: Drogi jfirriferu għat-tqassim u l-użu ta' drogi illegali (fosthom pilloli foloz) u għemil illegali ieħor marbut mas-sustanzi. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Għemil Illegali jew Li Jeħtieġ Liċenzja.

Armi: Jirreferu għall-għodod imfassla jew użati biex iwasslu għall-mewt, għall-ħsara tal-ġisem jew għall-ħsara fil-propjetà. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Għemil Illegali jew Li Jeħtieġ Liċenzja.

Ħwejjeġ Oħra li Jeħtieġu Liċenzja: Tfisser ir-riklami ta' ħwejjeġ jew industriji li jeħtieġu liċenzja fosthom il-logħob tal-azzard illegali, prodotti tat-tabakk u alkoħol. Dil-kategorija tiġbor fiha wkoll għemil li jmur kontra l-liġi jew għemil perikoluż li jista' jħeġġeġ jew jirriklama mġiba li tista' tiġbor fiha imġiba kriminali jew twassal għal riskju serju għall-ħajja, għas-sigurtà jew għall-benesseri tan-nies. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Għemil Illegali jew Li Jeħtieġ Liċenzja.

Kliem ta' Mibegħda: Kontenut li jmur kontra d-dinjità jew iħeġġeġ id-diskriminazzjoni kontra xi persuna jew grupp ta' nies b'rabta mar-razza, mal-lewn tal-ġilda, mal-kasta, mal-etniċità, maċ-ċittadinanza, mal-pajjiż li ġejjin minnu, mar-reliġjon, max-xaqliba sesswali, mal-identità tal-ġens, mad-diżabbiltà, mal-istatus tal-qadi fil-forzi armati, mal-istatus tal-immigrazzjoni, mal-istatus soċjo-ekonomiku, mal-età, mal-piż jew mal-istatus tat-tqala. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Kontenut ta' Mibegħda, Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti.

Sfruttament u Abbuż Sesswali fuq it-Tfal: L-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal ifisser kontenut bi stampi sesswali ta' persuna taħt l-età, kull xorta ta' stampi bi sfruttament u abbuż sesswali fuq it-tfal u t-trawwim jew it-tħajjir lil persuna taħt l-età b'rabta ma' għemil sesswali. Aħna nirrappurtaw kull każ ta' sfruttament u abbuż sesswali fuq it-tfal lill-awtoritajiet. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument dwar dak li nifhmu b'Kontenut Sesswali.

Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti: Jirreferi għal-kontenut li jirriklama jew jitkellem favur it-terroriżmu jew għemil kriminali vjolenti ieħor imwettaq minn persuni u/jew gruppi biex iġibu 'l quddiem l-għanijiet ideoloġiċi tagħhom bħal pereżempju dawk politiċi, reliġjużi, soċjali, razzjali jew ambjentali. Din it-tifsira tiġbor fiha kull kontenut li jirriklama jew jitkellem favur għaqdiet terroristiċi barranin jew gruppi vjolenti estremisti li jxerrdu l-mibegħda kif ukoll kull xorta ta' kontenut li jħeġġeġ is-sħubija ma' dawn l-għaqdiet jew għemil estremist vjolenti. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok aqra d-dokument tagħna dwar dak li nifhmu b'Kontenut ta' Mibegħda, Terroriżmu u Estremiżmu Vjolenti.

Rapporti dwar Kontenut u Kontijiet: L-għadd ta' biċċiet ta' kontenut irrappurtati u l-kontijiet irrappurtati lil Snap permezz tal-menù tar-rapporti tal-app tagħna.

Infurzar (Infurzat): Azzjoni li ssir lil xi biċċa kontenut jew kont (eż.: tħassir, twissija, tiskir). Żomm f'moħħok li l-għemil wara rapport jista' jitwettaq minn bniedem jew awtomatikament (meta nistgħu nawtomatizzaw kollox bi preċiżjoni kbira).

Għadd ta' Kontenut Infurzat:L-għadd ta' biċċiet ta' kontenut (eż.: Snaps, Stejjer) li wettaqna xi infurzar dwarhom fuq Snapchat. 

Għadd ta' Kontijiet Uniċi Infurzati:L-għadd ta' kontijiet uniċi li infurzajna kontrihom fuq Snapchat. Jekk pereżempju infurzajna għadd ta' drabi fuq kont wieħed għal għadd ta' raġunijiet (eż.: utent ingħatat twissija talli ppubblikat informazzjoni ħażina u mbagħad ħassarnielha l-kont għax tat fastidju lil utent ieħor), dak il-kont se jitkejjel darba biss. Min-naħa l-oħra l-għemil li nkunu wettaqna jitqies darbtejn fit-tabella “Ħarsa Ġenerali lejn il-Kontenut u l-Kontijiet li Kisru r-Regoli”, darba fejn ngħidu li kien hemm “Informazzjoni Ħażina” u darb'oħra fejn ngħidu li kien hemm “Fastidju u Bullying”.

Twettiq bħala % tal-Kontenut: Dan-numru jagħti l-perċentwali tal-kontenut ta' kategorija li għamilna xi twettiq fuqu maqsum bl-għadd tal-kontenut kollu li għamilnt twettiq fuqu. Dan-numru juru kif jinqasam l-għemil ta' twettiq għall-ksur tar-Regoli tad-Dar tagħna. 

Ħin għat-Twettiq: Il-ħin minn meta t-timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna rċevew rapport (ħafna drabi minn xħin jinbagħat ir-rapport) sal-ħin tal-aħħar azzjoni mwettqa. Jekk kien hemm iktar minn għemil wieħed, l-aħħar ħin li nqisu huwa dak tal-aħħar azzjoni mwettqa.

Rata tal-Kontenut li Jikser ir-Regoli Muri:Ir-rata tal-kontenut li jikser ir-regoli muri hija l-perċentwali ta' drabi li Stejjer u Snaps b'kontenut li jikser ir-regoli tagħna jkunu ntwerew meta mqabbla mal-Istejjer u l-iSnaps kollha li jkunu ntwerew fuq Snapchat. Jekk pereżempju din ir-rata tkun ta' 0.03%, dan ifisser li minn kull 10,000 Snap u Storja miftuħa fuq Snapchat, 3 minnhom kellhom kontenut li jikser il-politiki tagħna. Dan il-kejl jgħinna nifhmu l-perċentwali ta' kontenut miftuħ fuq Snapchat li kellu kontenut li jikser ir-Regoli tad-Dar tagħna (kontenut li jew ġie rrappurtat jew li sibnieh min-naħa tagħna).