Prohibited Content

Hate, Terrorism and Extremism

Nope

Il-komunità ta' Snapchat magħmula minn għadd ta' utenti minn madwar id-dinja kollha. Biex inrawmu pjattaforma fejn kulħadd jista' jħossu milqugħ, ma naċċettaw l-ebda kontenut ta' mibegħda, ta' diskriminazzjoni jew kontenut estremista li jxekkel l-impenn tagħna għas-sigurtà u l-inklużjoni.

Kontenut ta' mibegħda hu kontenut li jbaxxi d-dinjita tal-bniedem, li jimmalafama jew li jħeġġeġ vjolenza jew diskriminazzjoni bbażat fuq ir-razza, il-lewn tal-ġilda, il-kasta, l-etniċità, iċ-ċittadinanza, ir-reliġjon, ix-xaqlib sesswali, l-identita tal-ġens, id-diżabbiltà, l-istatus ta' persuna li serva għal-tul ta' żmien fil-forzi armati, l-istatus tal-immigrazzjoni, l-istatus soċjoekonomiku, l-età, il-piż jew l-istatus tat-tqala.

Evita li xxerred sterjotipi msejsa fuq xi kategorija msemmija hawn fuq.

Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex il-komunità tagħna tkun post inklussiv għall-iSnapchatters kollha. Evita l-użu mhux xieraq ta' stampi jew simboli kulturalment sensittivi.

Up Next:

Illegal and Dangerous Activity

Read Next