Prohibited Content

Deceptive Content

Nagħtu l-ikbar attenzjoni fit-twettiq tal-politika tagħna kontra r-riklami qarrieqa. Il-qerq jinkludi firxa ta' scams u tiswiq qarrieqi li jabbuża mil-fiduċja tal-komunità jew li jħeġġeġ lill-utenti jixtru xi ħaġa jew jieħdu sehem f'attivitajiet għal raġunijiet imsejsa fuq il-qerq.

Ma naċċettawx:

  • Riklami li huma foloz jew qarrieqa, fosthom stqarrijiet, offerti, faċilitajiet u mġibiet kummerċjali li jqarrqu b'dak li jkun.

  • Kontenut sponsorjat li mhux awtorizzat jew kontenut sponsorjat mingħajr ma l-utenti jkunu mgħarrfa
    Riklami ta' prodotti jew servizzi qarrieqa, fosthom dokumenti u ċertifikati foloz jew prodotti foloz.

  • Il-ħolqien jew il-qsim ta' kontenut li jimita d-dehra jew il-funzjoni tal-faċilitajiet jew il-formati ta' Snapchat.

  • Riklami b'sejħa għall-azzjoni qarrieqa, jew li jwasslu jeħduk f'paġni li m'għandhomx x'jaqsmu mad-ditta jew mal-kontenut tar-riklam.

  • Ħabi tal-indirizz, li b'xi mod joħloq restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-paġni, jew bdil fil-kontenut tal-URL wara s-sottomissjoni b'attentat li jevita reviżjoni.

  • Riklami li jħeġġu mġiba diżonesta. (eż.: riklami għal dokumenti tal-identità foloz, teħid ta' kontenut ta' ħaddieħor mingħajr referenza, servizzi tal-kitba tal-essejs).

  • Prodotti li ma jintbgħatux jew spjegazzjonijiet qarrieqa dwar id-dewmien ta' prodotti li qed jintbgħatu jew restrizzjonijiet ta' stokk

  • Użu ta' tekniki subliminali

  • Ara wkoll ir-Regoli Partikolari għall-Industrija: Prodotti u servizzi finanzjarji

Up Next:

Hate, Terrorism and Extremism

Read Next