Applications Open for Second U.S. Teen Council for Digital Well-Being
January 21, 2026

Ritratt: Ritratt Uffiċjali tal-White House
Aħbarijiet eċitanti għaż-żgħażagħ fl-Istati Uniti! L-applikazzjonijiet issa miftuħa għat-tieni grupp tal-Kunsill ta' Snap għall-Benesseri Diġitali ta' l-Istati Uniti (CWDB), programm twil sena, imfassal biex isaħħaħ l-vuċi taż-żgħażagħ dwar is-sigurtà fuq l-internet u l-benesseri diġitali..
Iż-żgħażagħ ta' Ġen. Z huma teknoloġiċi, kreattivi u għaqlin dwar ir-rwol li t-teknoloġija għandha f'ħajjithom. Bħala Snap, aħna interessati li nitgħallmu dwar l-ideat tagħhom biex ngħinu ż-żgħażagħ ikollhom suċċess fuq l-internet u nkomplu nagħmlu pjattaformi bħal Snapchat postijiet għall-kreattività u ta' konnessjoni bejn il-ħbieb u l-familja. Nagħrfu wkoll li l-fatt li tkun fuq l-internet jista' jirriżulta f'riskji reali, speċjalment f'dan iż-żmien trasformattiv tal-intelliġenza artifiċjali. Irridu nrawmu l-għarfien fiż-żgħażagħ dwar dawk ir-riskji u ngħinuhom biex jitgħammru b'ħiliet u għodda biex jindirizzawhom u jassistu oħrajn fil-komunitajiet tagħhom.
Is-CDWB se tlaqqa żgħażagħ bejn it-13 u s-16-il sena għal laqgħat virtwali, proġetti fi grupp, u interazzjonijiet kontinwi ma' timijiet fi Snap u membri tal-Bord Konsultattiv dwar is-Sigurtà dinji tagħna. Waqt il-programm, Snap se jservi bħala sponser għall-membri tal-Kunsill biex jivjaġġaw u jattendu summit b'mod fiżiku ta' jumejn, kif ukoll avveniment finali miftuħ għall-pubbliku.
Il-Kunsilli Inawgurali Tagħna
Nedejna il-grupp inawgurali tagħna tas-CDWB fl-Istati Uniti fl-2024. Waqt il-programm, dan il-grupp ta' żgħażagħ – u l-familiji tagħhom – pprovdew perspettivi siewja u saru ambaxxaturi aqwa għas-sigurtà u l-benesseri fuq l-internet. Biex jikkonkludu l-esperjenza tagħħom, il-membri tal-Kunsill kellhom l-opportunità li jaqsmu t-tagħrif tagħhom mal-partijiet interessati ewlenin fil-komunità tas-sigurtà fuq l-internet u jitkellmu direttament mal-uffiċju tal-First Lady tal-Istati Uniti.
Bħala riżultat tas-suċċess tal-programm, nedejna kunsilli "aħwa" simili fl-Awstralja u l-Ewropa fl-2025. L-interazzjonijiet u t-tmexxija murija mill-membri tal-Kunsill fit-tliet reġjuni saħħew il-valur li żgħażagħ jiġu mħeġġa jinvolvu ruħhom fejn jidħlu l-perspettivi tagħhom dwar sigurtà fuq l-internet u benesseri diġitali. Bħala riżultat ta' dan, ninsabu eċitati biex nilqgħu grupp ġdid ta' żgħażagħ mill-Istati Uniti fil-programm.
Kif tapplika biex tingħaqad mas-CWDB tal-Istati Uniti
Żgħażagħ bejn it-13 u s-16-il sena li jgħixu fl-Istati Uniti huma mistiedna biex japplikaw billi jimlew din il-formola fuq l-internet sal-5:00 PM PT fl-20 ta' Marzu, 2026.
Minbarra l-informazzjoni bażika, l-applikazzjoni trid ukoll tinkludi komponiment qasir u risposti f'vidjow iffukati fuq il-midja soċjali, IA, u l-ħajja diġitali; aspettativi mill-partiċipazzjoni fil-Kunsill; u familjarità ma' Snapchat. Applikazzjonijiet li jintbagħtu tard jew mhux kompluti mhux se jiġu kkunsidrati.
Għal iktar mistoqsijiet dwar is-CWDB jew il-proċess tal-applikazzjoni, jekk jogħġbok irrevedi il-formola tal-applikazzjoni jew ikkuntattja lil platform-safety@snapchat.com. U biex titgħallem iżjed dwar il-ħidma ta' Snap għas-sigurtà fuq l-internet minn perspettiva ikbar, żur iċ-Ċentru tal-Privatezza u s-Sigurtà tagħna. Ninsabu ħerqana biex nintroduċu l-Kunsill il-ġdid tagħna fix-xhur li ġejjin.
-Viraj Doshi, Kap tas-Sigurtà tal-Pjattaforma