Qed inħabbru l-Kunsill għall-Benesseri Diġitali Awstraljan ta' Snap
29 ta' Awwissu 2025

Iktar kmieni dis-sena, wara prova li rnexxiet ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka, ħabbarna t-tnedija tal-Kunsill tal-Benesseri Diġitali ta' Snap (CDWB) ġewwa l-Awstralja. Il-Kunsill tal-Benesseri Diġitali twaqqaf biex nisimgħu x'għandhom xi jgħidu adoloxxenti dwar il-ħajja fuq l-internet u nisimgħu l-ideat tagħhom fuq kif nistgħu noħolqu atmosfera iktar sigura u li tagħtihom setgħa ikbar fuq l-internet. F'Ġunju ħtarna l-Membri tal-Kunsill Awstraljan tagħna u llum se nkunu qed inlaqqgħukom magħhom!
Il-Kunsill tal-Benesseri Diġitali Awstraljan magħmul minn tmien adoloxxenti għaqlin, li jħobbu jagħtu sehemhom u li ġejjin minn madwar il-pajjiż kollu. Dawn huma:
Aadya ta' 15-il sena minn Queensland
Amelia ta' 16-il sena minn Victoria
Bentley ta' 14-il sena minn Victoria
Charlotte ta' 15-il sena minn Victoria
Cormac ta' 14-il sena minn Western Australia
Emma ta' 15-il sena minn New South Wales
Millie ta' 15-il sena minn Victoria
Rhys ta' 16-il sena minn New South Wales
Illum, iktar minn qatt qabel, importanti li l-adoloxxenti jkollhom post fejn isemmgħu leħinhom fuq dak kollu li marbut mas-sigurtà u l-benesseri diġitali fuq l-internet u li pjattaformi bħal Snap jagħtu widen għall-esperjenzi tagħhom.
Matul dal-programm, l-adoloxxenti se jiltaqgħu ta' sikwit bħala grupp u jaħdmu fuq proġetti marbuta mas-sigurtà fuq l-internet. F'Lulju, l-adoloxxenti flimkien mal-ġenituri u wieħed min-nanniet iltaqgħu wiċċ imb wiċċ għal laqgħa ġewwa Sydney fil-kwartieri ġenerali ta' Snap fl-Awstralja.
Kienu ftit jiem fejn sar ħafna xogħol, mimlija daqs bajda b'taħditiet bejn il-ġenerazzjonijiet, taħditiet fi gruppi żgħar u ħafna ċans biex jibnu rabta bejniethom. L-adoloxxenti fehmu aħjar x'jiġifieri taħdem f'kumpanija tat-teknoloġija grazzi għal sessjoni ta' “apprendistat ta' malajr” ma' grupp varjat ta' membri tat-tim ta' Snap ġejjin mid-dipartimenti tal-inġinerija, tat-tiswiq, tal-komunikazzjonijiet, tas-sigurtà u tal-bejgħ.
Matul il-laqgħa kien hemm taħditiet diretti u fil-fond dwar suġġetti bħal xi jfisser li tkun (jew li tkun ġenitur ta') adoloxxenti fid-dinja tal-lum, il-perikli tal-internet, in-nuqqas ta' fehim dwar il-ħajja diġitali tal-adoloxxenti u l-għodod tal-ġenituri. L-adoloxxenti qalulna li kultant iħossu li l-adulti ma jifhmux kif jaħdem l-internet u qalulna li jemmnu li s-sigurtà fuq l-internet hija r-responsabbiltà ta' kulħadd. Mal-ġenituri u n-nannu, it-taħditiet kienu dwar l-importanza kruċjali tal-fiduċja bejn il-ġenituri u l-adoloxxenti kif ukoll dwar it-tagħlim dwar is-sigurtà fuq l-internet. Għalkemm l-iżgħar età biex wieħed ikun jista' juża l-midja soċjali ma kienx suġġett ewlieni tal-laqgħa, kemm l-adoloxxenti kif ukoll il-ġenituri u n-nannu qalulna li huma mħassba li l-adoloxxenti jafu jitilfu l-kuntatt soċjali u l-għajnuna emozzjonali jekk ma jkunux jistgħu jużaw il-midja soċjali.
Nifhmu li l-laqgħa kienet importanti għall-adoloxxenti daqs kemm kienet għal Snap. Wieħed mill-Membri tal-Kunsill qalilna hekk: “Aħna u naħdmu flimkien fuq problemi importanti fid-dinja diġitali, fhimt aħjar kif jaħdmu l-affarijiet u stajt noħroġ b'’ideat u soluzzjonijiet differenti għall-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-adoloxxenti”.
Minbarra l-laqgħa, s'issa laqqajna kwoll tliet laqgħat tal-grupp biex nitħaddtu dwar il-programm u l-ideat li l-Membri tal-Kunsill għandhom dwaru, biex infasslu r-regoli tal-grupp u biex nitħaddtu dwar is-suġġetti marbuta mas-sigurtà fuq l-internet fosthom dak li l-adoloxxenti qed iħabbtu wiċċhom miegħu fuq l-internet, għaliex jirrapportaw (jew ma jirrappurtawx) il-kontenut li jsibu fuq l-internet u x'għandhom ikunu l-jeddijiet tat-tfal fuq l-internet.
Ħerqana biex naħdmu mal-Membri tal-Kunsill tal-ġenn tagħna matul il-bqija tal-programm u dalwaqt se nkunu qed naqsmu iktar aħbarijiet dwarhom!
— Ben Au, Mexxej tas-Sigurtà għall-Awstralja u għal New Zealand