Snap Values

Qed inħabbru l-Kunsill għall-Benesseri Diġitali Ewropew ta' Snap

18 ta' Awwissu 2025

Qed inħabbru l-membri* tal-ewwel Kunsill għall-Benesseri Diġitali Ewropew ta' Snap (KBD Ewropew), programm li jlaqqa' adolexxenti minn madwar l-Ewropa biex nisimgħu direttament mingħandhom dwar ħajjithom fuq l-internet, fosthom x'jogħġobhom u x-xorta ta' sfidi jistgħu jkunu qed iħabbtu wiċċhom magħhom. Il-KBD Ewropew imsejjes fuq is-suċċess tal-ewwel Kunsill li waqqafna ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka. 

Wara li għażilna 14-il żagħżugħ/żagħżugħa minn 10 pajjiżi biex inwaqqfu l-ewwel KBD Ewropew tagħna, kellna żewġ laqgħat virtwali kull xahar mal-grupp u dal-aħħar laqqajna lill-membri tal-Kunsill u l-adulti li jieħdu ħsiebhom tagħhom għal laqgħa wiċċ imb wiċċ fl-uffiċċini tagħna ġewwa Amsterdam.

Anki jekk il-programm għadu kif beda, diġà ksibna għarfien kbir. Dawn huma xi wħud minn dak li tgħallimna f'issa:

  • Ir-rabta importanti ħafna: L-adoloxxenti jħossu li qed jibnu rabta meta jqattgħu l-ħin ma' sħabhom fuq l-internet u jagħżlu li jitħaddtu dwar l-esperjenzi tagħna fuq l-internet ma' sħabhom.

  • Is-setgħa grazzi għar-riżorsi: L-adolexxenti jixtiequ jħossu li għandhom is-setgħa fuq ħajjithom għax jemmnu li esperjenzi sbieħ, b'saħħithom u iktar siguri fuq l-internet jibdew minnhom. Huma ħerqana għal riżorsi li ssibhom malajr, l-iktar fuq il-pjattaformi li diġà jużaw.

  • Ġenituri, kunu hemm għal uliedkom u kunu afu x'qed tagħmlu: L-adolexxenti jħossu li l--ġenituri għandhom rwol ċar, jistennew li juru interess ġenwin fil-ħajja tal-internet tagħhom l-adolexxenti u li jkunu mħejjija jitħaddtu dwar esperjenzi li vera seħħew. Meta titrawwem il-fiduċja, l-adolexxenti jħossuhom iktar komdi jitolbu l-għajnuna u jfissru kif taħdem it-teknoloġija.

  • Lil hinn mill-“għażż”: L-adolexxenti jħossu li l-adulti ma jifhmux kif l-adoloxxenti jużaw il-mowbajls. Għalihom, il-pjattaformi tal-internet jistgħu jkollhom sehem importanti biex iżommu kuntatt ma' sħabhom u qrabathom, biex jibnu rabtiet ġodda, biex isibu l-informazzjoni, biex jiskopru d-dinja u biex jaħdmu mal-oħrajn għax-xogħol tad-dar. Kif qalilna membru tal-Kunsill, “Ma nkunux qed nitgħażżnu meta nużaw il-mowbajl.”

Il-laqgħa wasslet għal taħditiet interessanti u kostruttivi dwar suġġetti li jvarjaw mill-perikli tal-internet u l-għodda tal-ġenituri sad-differenti u x-xebh bejn id-dinamika soċjali diġitali u dik wiċċ imb wiċċ. Il-membri tal-Kunsill tħaddtu bil-ħerqa dwar l-importanza tas-saħħa tal-moħħ u dwar dak li jagħmlu biex jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Semmew ukoll kemm hu importanti li jkun hemm u li wieħed jimxi man-normi soċjali biex niġġieldu l-problemi tal-bullying jew il-kliem ta' mibegħda fis-soċjetà. Minbarra dat-taħditiet importanti, il-Laqgħa kellha wkoll xi kelliema mistiedna, “speed-mentoring” bejn l-adoloxxenti u l-ħaddiema ġenerali ta' Snap u xi attivitajiet sbieħ għall-bini tat-tim.

Fi tmiem il-laqgħa ġewwa Amsterdam, dawn l-adoloxxenti (u l-adulti ta' magħhom) kienu mimlija ħeġġa biex ikunu ambaxxaturi fil-komuniajiet tagħhom għas-sigurtà fuq l-internet.

Nistennew bil-ħerqa li nkomplu t-taħditiet tagħna dwar is-sigurtà u l-benesseri ma' dan il-grupp tant interessanti. Ibqgħu magħna għal iktar tagħrif mingħand il-membri tal-Kunsill tal-Benesseri Diġitali Ewropew tagħna; nies twajba, għaqlin u kreattivi! 

—Cees van Koppen, Mexxej tal-Politika tas-Sigurtà tal-Ewropa, tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Snap Inc.


* Il-membri tal-Kunsill tal-Benesseri Diġitali Ewropew ta' Snap:

  • Ben ta' 13-il sena mir-Renju Unit

  • Coen ta' 16-il sena mill-Italja

  • Ebba ta' 14-il sena mill-Iżvezja

  • Ella ta' 14-il sena mir-Renju Unit

  • Ella ta' 16-il sena minn Franza

  • Elias ta' 15-il sena min-Norvejġa

  • Emily ta' 14-il sena mir-Renju Unit

  • Haakon ta' 14-il sena min-Norveġja

  • Isabella ta' 16-il sena mill-Ġermanja

  • Leon ta' 15-il sena mill-Polonja

  • Medina ta' 14-il sena mid-Danimarka

  • Merveille ta' 16-il sena minn Franza

  • Sarah ta' 13-il sena min-Netherlands

  • Tara ta' 14-il sena mill-Kroazja

Lura għall-Aħbarijiet