Snap Values

L-Indja

Maħruġ: 12 ta' Jannar 2024

L-Iġded Bidla: 12 ta' Jannar 2024

Is-sigurtà fuq l-internet ta' Snapchat

Nagħmlu l-almu tagħna biex noħolqu atmosfera sigura u sabiħa fejn dak li jkun jista' jkun kreattiv u jesprimi ruħu fuq Snapchat. Fuq il-pjattaforma tagħna naħdmu qatigħ biex intejbu s-sigurtà mingħajr ma nnaqqru mill-privatezza tal-komunità tagħna. Jekk jogħġbok żur iċ-Ċentru tas-Sigurtà għal iktar dettalji dwar:

Jekk għandek xi mistoqsijiet, tħassib jew ilmenti dwar il-politiki u l-proċessi tas-sigurtà ta' Snap, dejjem tista' tikkuntattjana minn hawn


Kontenut mhux aċċettat

L-iSnapchatters kollha għandhom jimxu mar-Regoli tas-Servizz tagħna fosthom ir-Regoli tal-Komunità tagħna. Dar-regoli jgħoddu għall-kontenut u l-imġibiet kollha fuq Snapchat — u għall-iSnapchatters kollha.  Dar-regoli ma jħallu lil ħadd juża Snapchat biex jibgħat jew itella' l-kontenut li jikser il-liġi fil-ġuriżdizzjoni tiegħu jew għal xi għemil li jikser il-liġi. Fl-Indja dan jiġbor fih il-materjal li jikser il-liġi Indjana bħal Regola 3(1)(b) tar-Regoli tal-Informatika (Linji Gwida Intermedjarji u l-Kodiċi tal-Etika tal-Midja Diġitali) tal-2021

Fost il-kontenut li ma jistax jittella' fuq Snapchat hemm:

  • Kontenut sesswali fosthom il-kontenut li juri l-isfruttament u l-abbuż sesswali fuq it-tfal (CSEAI); kontenut pornografiku tal-adulti u kontenut ieħor li jista' jagħmel il-ħsara lit-tfal 

  • Kontenut ta' mibegħda, diskriminatorju, terroristiku u estremist, fosthom kontenut marbut mal-ġens, mar-razza, mal-etniċità, mar-reliġjon jew mal-kasta

  • Fastidju, bullying u teħid tal-privatezza

  • Tagħrif falz jew qarrieqi li jagħmel il-ħsara fosthom it-tagħwiġ tal-informazzjoni, l-aħbarijiet foloz u d-“deepfakes” 

  • Għemil kontra l-liġi jew li jeħtieġ liċenzja fosthom għemil kriminali, riklami kontra l-liġi ta' ħwejjeġ jew industriji li jeħtieġu liċenzja (bħal-logħob tal-ażżard) u r-riċiklaġġ tal-flus 

  • Imġiba qarrieqa fosthom is-serq tal-identità l-għemil tabirruħ ħaddieħor u l-ksur tal-jeddijiet tal-propjetà intellettwali 

  • Tixrid ta' kontenut mhux mixtieq u software bi ħsieb ħażin (software ħażin)

Jekk jogħġbok aqra r-Regoli tas-Servizz u r-Regoli tal-Komunità tagħna għal iktar tagħrif.


Il-konsegwenzi tal-qsim tal-kontenut li ma jistax jittella' 

Jekk taqsam il-kategoriji tal-kontenut imsemmija hawn fuq, tkun qed tikser ir-Regoli tal-Komunità u r-Regoli tas-Servizz ta' Snap u taf tkun qed tikser il-liġijiet Indjani bħall-Kodiċi Kriminali Indjan, l-Att tal-IT tas-sena 2000, l-Att tal-Ħarsien tal-Konsumaturi, l-Att tal-Ġustizzja tal-Adoloxxenti u liġijiet oħra. Kif semmejna fir-Regoli tas-Servizz u r-Regoli tal-Komunità, fost konsegwenzi oħra nafu nneħħu l-kontenut li jikser il-liġi, nissospendulek jew nagħlqulek il-kont u/jew nirrappurtawk lill-forzi tal-ordni.  


Ir-Rapporti tat-Trasparenza ta' Kull Xahar tal-Indja

Kull xahar noħorġu rapport tat-trasparenza għall-Indja bid-dejta tar-rapporti u t-twettiq tal-kontenut tagħna ta' kull xahar u li iktar tard inqiegħdu fir-Rapport tat-Trasparenza li noħorġu darbtejn fis-sena.