Snap Values

Tagħrif dwar il-Privatezza tal-Awstralja

Fis-seħħ minn: 10 ta' Diċembru 2025

Ħloqna dat-tagħrif speċifikament għall-utenti Awstraljani biex nispjegaw kif nipproċessaw tagħrif personali biex nimxu mal-liġijiet tal-Awstralja fosthom l-Att tal-Privatezza tal-1988 u l-ħtiġijiet tal-Età Minima biex Tuża l-Midja Soċjali (“SMMA”) tal-Att tas-Sigurtà fuq l-Internet tal-2021.  

Il-Prinċipji tal-Privatezza u l-għażliet tal-privatezza li nagħtu lill-utenti kollha huma skont dal-liġijiet. Ngħidu aħna, l-utenti kollha jistgħu jitolbu kopja tad-data tagħhom, isaqsu biex tiġi mħassra u jikkontrollaw l-għażliet tal-privatezza tagħhom mill-app. Għall-jeddijiet u l-obbligi l-oħra kollha, aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna.

Drittijiet ta' Aċċess, Tħassir, Korrezzjoni, u Portabbiltà

Tista' teżerċita d-drittijiet tiegħek ta' aċċess u korrezzjoni kif deskritt fit-taqsima Kontroll Fuq l-Informazzjoni Tiegħek tal-Politika tal-Privatezza.

Trasferimenti Internazzjonali ta' Data

Nistgħu niġbru t-tagħrif personali tiegħek minn, ngħadduha lil, u nżommu rikordju u nipproċessawha ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka u pajjiżi oħra barra minn fejn tgħix. Nieħdu miżuri raġjonevoli biex niżguraw li dawk li jirċievu t-tagħrif personali personali tiegħek barra minn xtutna ma jiksrux il-liġijiet tal-privatezza tal-Awstralja fejn jidħol it-tagħrif personali tiegħek. Hawn tista' ssib iktar tagħrif dwar il-kategoriji ta' entitajiet barranin li naqsmu t-tagħrif magħhom.

Verifika tal-Età skont l-SMMA

Skont l-SMMA, l-utenti Awstraljani taħt is-16-il sena m'għandhomx ikollhom kontijiet ma' xi servizzi partikolari.

Se nieħdu l-passi meħtieġa biex inqisu tgħixx ġewwa l-Awstralja u jekk għadekx taħt is-16-il sena, skont it-tagħrif li diġà għandna dwarek. Fost dawn inqisu:

  • id-data tat-twelid

  • l-indirizz IP 

  • kif tuża Snapchat (ngħidu aħna, liema Lentijiet tiftaħ u tuża, l-abbonamenti premium tiegħek, l-Istejjer li tiftaħ u kemm il-darba tkun f'kuntatt ma' Snapchatters oħra) 

  • tagħrif dwar il-kontenut (tagħrif dwar kontenut li toħloq jew tagħti, kif tuża l-kamera u l-għodda tal-kreattività, kif tuża My AI u l-metadata – ngħidu aħna, it-tagħrif dwar il-kontenut innifsu bħad-data u l-ħin li tkun tellajtu u min ikun fetħu)

  • tagħrif dwar sħabek, fosthom l-etajiet ta' sħabek fuq Snapchat.

Jekk tgħix ġewwa l-Awstralja, nafu neħtieġu ukoll li tieħu miżuri addizzjonali biex tivverifika l-età tiegħek mal-fornitur imsieħeb magħna, k-ID, biex tkompli tuża Snapchat. Għal iktar tagħrif dwar dawn il-miżuri, jekk jogħġbok aqra l-Paġna tal-għajnuna tagħna.

Biex tnaqqas il-ġabra ta' tagħrif personali, Snap se tirċievi biss riżultat ta' "iva/le" dwar jekk għandekx iktar minn 16-il sena u se tuża dar-riżultat biex tagħtik aċċess kontinwu għal Snapchat jekk xieraq. Se nsakkrulek il-kont jekk ir-riżultat jurina li int taħt l-età ta'16-il sena. Mhux se niksbu l-iskennijiet tal-wiċċ, id-dettalji tal-kont tal-bank jew kwalunkwe tagħrif personali ieħor li tagħti lil k-ID matul il-proċess tal-verifikazzjoni ta' l-età tiegħek. 

Nafu nibdlu dat-tagħrif biex nuru l-bidliet fil-liġijiet fis-seħħ.