Talbiet tal-Gvern u Avviżi dwar it-Tneħħija tal-Proprjetà Intellettwali
Parti kruċjali tal-ħidma tagħna biex Snapchat tkun iktar sigura hija l-ħidma tagħna mal-forzi tal-ordni u mal-aġenziji tal-gvern biex inwettqu t-talbiet għat-tagħrif li jista' jgħin fl-investigazzjonijiet li jintbagħtu skont il-liġi. Aħna naħdmu wkoll biex nirrappurtaw minn rajna kull sitwazzjoni li tista' twassal għal theddida serja f'ħin qarib għall-ħajja jew għall-korrimenti.
Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-kontenut fuq Snapchat jitħassar awtomatikament, naħdmu biex inżommu u naqsmu t-tagħrif dwar il-kontijiet lill-aġenziji tal-gvern skont il-liġijiet li marbuta bihom. Malli taslilna t-talba legali għat-tagħrif dwar xi kont ta' Snapchat u nikkonfermaw li saret skont il-liġi — xi ħaġa importanti biex niżguraw li t-talba qed issir mill-forzi tal-ordni jew minn aġenzija tal-gvern u mhux b'qerq — aħna nwieġbu skont ma jitolbu minna l-liġijiet li marbuta bihom u r-regoli tal-privatezza.
It-tabelli t'hawn taħt juru x-xorta ta’ talbiet li ngħinu lill-forzi tal-ordni u lill-aġenziji tal-gvern bihom fosthom it-taħrik u ċ-ċitazzjonijiet, l-ordnijiet tal-qorti, il-mandati ta' perkwiżizzjoni u t-talbiet tal-emerġenza għall-qsim tal-informazzjoni.
Il-perċentwali ta' talbiet li wasslu biex tinqasam xi dejta jinħadem sad-data tal-ħruġ tar-rapport, skont it-talbiet li jidħlulna fil-firxa taż-żmien li jitħaddet dwarha r-rapport. Fis-sitwazzjonijiet rari fejn insibu li t-talba ma saritx kif suppost — u għalhekk Snap ma tkunx għaddiet id-dejta — u l-forzi tal-ordni iktar 'il quddiem, wara li joħroġ ir-rapport tat-trasparenza, jerġgħu jibagħtu verżjoni ġdida kif suppost tat-talba, l-għoti tad-dejta ma jissemmiex fil-firxa taż-żmien tar-rapport oriġinali jew fir-rapporti ta' wara.
Talbiet għall-Informazzjoni mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka
Din it-taqsima għandha x'taqsam ma' talbiet għal informazzjoni tal-utent minn entitajiet tal-gvern tal-Istati Uniti, imqassma skont it-tipi ta’ talbiet li nappoġġjaw.
* Mill-firxa taż-żmien ta' dar-rapport 'il quddiem, Snap se tibdel il-mod kif tgħodd it-talbiet PRTT meta jintbagħtu ma' xi xorta ta' proċess legali ieħor. Għall-proċessi legali li fihom kemm talba PRTT kif ukoll xi xorta oħra ta' talba (ngħidu aħna, Mandat ta' Perkwiżizzjoni), issa qed ngħoddu dal-proċess legali għal kull kategorija li jkun jagħmel parti minnha. Iż-żieda fl-għadd ta' talbiet PRTT msemmija hawn fuq, meta mqabbla mal-firxiet tar-rapporti ta' qabel, hija minħabba dil-metodoloġija l-ġdida.
Talbiet għall-Informazzjoni mill-Gvernijiet Internazzjonali
Din it-taqsima għandha x'taqsam ma' talbiet għal informazzjoni dwar l-utent minn entitajiet governattivi barra l-Istati Uniti.
* “Identifikaturi tal-Kontijiet” turi l-għadd ta' identifikaturi (ngħidu aħna, l-isem tal-utent, l-indirizz tal-email u n-numru tal-mowbajl) għal kont wieħed mogħtija mill-forzi tal-ordni fi proċess legali meta jitolbu t-tagħrif dwar l-utent. Xi proċessi legali jaf ikun fihom iktar minn identifikatur wieħed. F'xi każijiet, għadd ta' identifikaturi jafu jwasslu għal kont wieħed. Għd-drabi meta identifikatur wieħed jissemma f'iktar minn talba waħda, semmejna kull darba li ssemma.
Talbiet Skont il-Ftehim Bilaterali ta' Aċċess għad-Dejta
Din it-taqsima tirrigwarda talbiet għal informazzjoni dwar l-utent minn entitajiet governattivi barra l-Istati Uniti Skont il-Ftehim Bilaterali ta’ Aċċess għad-Data bejn dak il-gvern u l-gvern tal-Istati Uniti.
Jekk lil Snap waslitilha talba skont l-Investigative Powers Act tar-Renju Unit skont il-Ftehim tal-Aċċess tad-Dejta bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u r-Renju Unit, ir-rapporti dwar talba bħal din se jiddewmu skont ma titlob dik il-liġi. Jekk jogħġbok żur https://www.ipco.org.uk/publications/annual-reports/ għal iktar tagħrif.
Talbiet tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti tal-Amerka
Din it-taqsima għandha x'taqsam mat-talbiet għal informazzjoni dwar l-utent skont il-proċess legali tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Uniti. Dan li ġej jinkludi Ittri tas-Sigurtà Nazzjonali (NSLs) u Ordnijiet/Direttivi tal-Qorti ta' Sorveljanza ta' Intelliġenza Barranija (FISA).
Talbiet għat-Tneħħija tal-Kontenut mill-Gvernijiet
Din it-taqsima tirrigwarda talbiet minn entità tal-gvern biex jitneħħew kontenut u kontijiet li kieku jkunu permessibbli taħt ir-
Regoli tas-Servizz tagħhna u r-Regoli tal-Komunità tagħna.
Żomm f'moħħok: Għalkemm ma nżommux kont uffiċjalment meta fuq talba ta' xi entità tal-gvern inneħħu l-kontenut li jikser il-politiki tagħna, nemmnu li dil-ħaġa rari ħafna sseħħ. Nemmnu li meta jkun jeħtiġilna nimblukkaw xi kontenut għal xi pajjiżi fejn ikun kontra l-liġi imma ma jkunx jikser il-politiki tagħna, minflok inneħħuh għal kulħadd, nimblukkawh f'dak il-pajjiż biss.
Avviżi ta' Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
Din il-kategorija tirrifletti kwalunkwe talba valida biex jitneħħa kontenut li allegatament jikser id-drittijiet tal-awtur.
Din il-kategorija tirrifletti kwalunkwe talba valida biex jitneħħa kontenut li allegatament jikser trademark.