L-Unjoni Ewropea
1 ta' Lulju 2023 – 31 ta' Diċembru 2023

Maħruġ:

25 ta' April 2024

Aġġornat:

25 ta' April 2024

Merħba fil-paġna tat-trasparenza għall-Unjoni Ewropea (UE) tagħna; paġna li fuqha ssib l-informazzjoni għall-UE mitluba mill-Att għas-Servizzi Diġitali, id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (AVMSD) u l-Att tax-Xandir Olandiż (AXO). Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li tista' ssib l-iġded verżjoni ta' dar-Rapporti tat-Trasparenza fil-verżjoni reġjonali en-US tas-sit tagħna.

Rappreżentant Legali 

Snap Group Limited ħatret lil Snap B.V. bħala r-Rappreżentant Legali tagħha għal dak kollu li hu marbut mal-ASD. Tista' tikkuntattja lir-rappreżentant b'email fuq dsa-enquiries [at] snapchat.com għal kull ħaġa marbuta mal-ASD, b'email fuq vsp-enquiries [at] snapchat.com għal kull ħaġa marbut mal-AVMSD u l-ASD, mis-Sit tal-Għajnuna tagħna [hawn] jew fuq l-indirizz:

Snap B.V.
Keizersgracht 165, 1016 DP
Amsterdam, in-Netherlands

Jekk int aġenzija tal-infurzar tal-liġi, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet spjegati hawnhekk.

Awtoritajiet Regolatorji

Għal dak li hu marbut mal-ASD, aħna naqgħu taħt ir-regoli tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Awtorità tal-Konsumaturi u tas-Swieq tan-Netherlands. Għal dak li hu marbut mal-AVMSD u d-DMA, aħna naqgħu taħt l-Awtorità tax-Xandir Olandiża (CvdM)

Rapport tat-Trasparenza tal-ASD

Snap hija obbligata minn Artikli 15, 24 u 42 tal-ASD li tippubblika rapporti bl-informazzjoni mitluba dwar l-moderazzjoni tal-kontenut minn Snap għas-servizzi ta' Snapchat li jitqiesu bħala “pjattaformi tal-internet”, ċioè, Spotlight, Għalik, il-Profili Pubbliċi, Mapep, Lentijiet u Reklamar. Mill-25 ta' Ottubru 2023 'il quddiem dar-rapport għandu jiġi ppubblikat darba kull 6 xhur.

Snap tippubblika rapporti tat-trasparenza darbtejn fis-sena biex tagħti ħarsa lejn il-ħidma għas-sigurtà mwettqa minn Snap u x-xorta u l-volum tal-kontenut fuq il-pjattaforma tagħna li ġie rrappurtat. Hawn tista' ssib l-iġded rapport għat-tieni nofs tas-sena 2023 (l-1 ta' Lulju - 31 ta' Diċembru). Fuq dil-paġna tista' ssib il-kejl mitlub mill-Att għas-Servizzi Diġitali.

Medja ta' Riċevituri Attivi ta' Kull Xahar 
(Artikli 24.2 u 42.3 tal-ASD)

Sal-31 ta' Diċembru 2023, kellna medja ta' 90.9 miljun riċevitur attivi kull xahar (“AMAR”) ġewwa l-UE fl-app Snapchat tagħna. Dan ifisser li, bħala medja matul l-aħħar 6 xhur, 90.9 miljun utent irreġistrat fl-UE fetħu l-app Snapchat mill-inqas darba matul xahar partikolari.

Din iċ-ċifra titqassam skont l-Istat Membru hekk kif ġej:

Dawn iċ-ċifri nħadmu biex nimxu mar-regoli tal-ASD fis-seħħ bħalissa u għandhom jintużaw biss għall-għanijiet tal-ASD. Maż-żmien bdilna l-mod kif naħdmu dan-numru, anki minħabba bidla fil-politiki tal-kumpanija tagħna, flimkien ma' bidliet fil-linji gwida tal-awtoritajiet u fit-teknoloġija u għalhekk dawn in-numri m'għandhomx jintużaw biex jitqabbel żmien ma' ieħor. Dan il-metodu jista' jvarja wkoll mill-metodu li nużaw għal ċifri oħra marbuta mal-utenti attivi li nippubblikaw għal għanijiet oħra.

Talbiet mingħand l-Awtoritajiet tal-Istati Membri
(Artiklu 15.1(a) tal-ASD)

Talbiet għat-Tneħħija 

Matul daż-żmien, ma daħlulna l-ebda talbiet għat-tneħħija taħt Artiklu 9 tal-ASD mingħand l-istati membri tal-UE. 

Talbiet għall-Informazzjoni 

Matul daż-żmien daħlulna dawn it-talbiet għall-informazzjoni taħt Artiklu 10 tal-ASD mingħand l-istati membri tal-UE:

Il-ħin medjan biex ngħarrfu lill-awtoritajiet li daħlitilna t-Talba għall-Informazzjoni tagħhom huwa ta' 0 minuti — nibagħtu tweġiba awtomatika fejn nikkonfermaw li waslitilna t-talba. Il-ħin medjan biex inwettqu t-Talbiet għall-Informazzjoni huwa ta' madwar 10 ijiem. Dan il-kejl jibda jitkejjel minn meta lil Snap tidħlilha t-Talba għall-Informazzjoni sa meta Snap tqis li t-talba tkun intlaqgħet. F'xi każijiet, it-tul tal-proċess jiddependi mill-ħeffa li biha l-forzi taż-żamma tal-ordni jwieġbu għat-talbiet għal informazzjoni iktar dettaljata mingħand Snap biex inkunu nistgħu nipproċessaw it-talba.

Għarbiel tal-Kontenut 

Il-kontenut kollu fuq Snapchat għandu jimxi mar-Regoli tal-Komunità u mar-Regoli tas-Servizz tagħna, kif ukoll mar-regoli, mal-linji gwida u t-tifsiriet ta' dawn ir-regoli. Għandna sistemi li jiskopru u jirrappurtaw awtomatikament kontenut illegali jew kontijiet u l-kontenut li jiksru r-regoli tagħna u wara li jidħol rapport, is-sistemi tagħna jibdew jipproċessaw ir-rapport billi jiġbru l-kontenut relevanti marbut mar-rapport u jgħaddu l-kontenut lit-tim tal-moderazzjoni tagħna permezz ta' pjattaforma strutturata minn utenti mfassla biex tgħinhom fir-reviżjoniji ta' dan ir-rapport b'mod effettiv u effiċjenti. Meta t-timijiet tal-għarbiel tagħna jsibu, jew huma u jiċċekkjaw il-kontenut jew b'xi mod awtomatiku, li xi utent ikun kiser ir-Regoli tagħna, aħna nistgħu nneħħu dak il-kontenut jew il-kont ta' dak l-utent, inneħħu jew nillimitaw il-kont milli jinstab u/jew ngħarrfu lill-infurzar tal-liġi skont kif imfisser fit-Tifsira dwar l-Għarbiel, it-Twettiq tal-Politiki u l-Appelli ta' Snapchat.  Utenti li l-kontijiet tagħhom jiġu sospiżi mit-tim tas-sigurtà tagħna għax ikunu kisru r-Regoli tal-Komunità jistgħu jressqu appell kontra s-sospensjoni tal-kont u l-utenti jistgħu jappellaw kontra ċertu għemil imwettaq b'rabta mal-kontenut.

Tagħrif dwar il-Kontenut u dwar il-Kont (ASD Artiklu 15.1(b))

Snap daħħlet fis-seħħ proċessi biex, kemm l-utenti u dawk li mhumiex, ikunu jistgħu jgħarrfu lil Snap bil-kontenut u l-kontijiet li jiksru r-Regoli tal-Komunità u r-Regoli tas-Servizz fuq il-pjattaforma, fosthom dawk li jqisu li jiksru l-liġi skont Artiklu 16 tal-ASD. Dawn il-proċessi tar-rapporti jinsabu direttament fl-app (jiġifieri, direttament mill-kontenut innifsu) u fuq is-sit tagħna.

Matul daż-żmien, daħlulna dar-rapporti dwar il-kontenut u l-kontijiet fl-UE:

Fit-tieni nofs tas-sena 2023, ħadna ħsieb 664,896 twissija b'mezzi awtomatiċi biss. Dawn kollha ġew infurzati kontra r-Regoli tal-Komunità tagħna għax ir-Regoli tal-Komunità tagħna jsemmu l-kontenut li jikser il-liġi.

Minbarra l-kontenut maħluq mill-utenti u l-kontijiet, aħna nimmoderaw ir-riklami jekk jiksru l-politiki tal-pjattaforma tagħna. Hawn taħt tista' ssib l-għadd ta' riklami li ġew irrappurtati u mneħħija fl-UE.

Tagħrif mingħand il-Widdieba Fdati (Artiklu 15.1(b))

Għaż-żmien imsemmi fl-iġded Rapport tat-Trasparenza tagħna (it-tieni nofs tas-sena 2023), ma kellna l-ebda Widdieba Fdati maħtura skont il-linji gwida tal-ASD. Għalhekk, għal daż-żmien, l-għadd ta' tagħrif mibgħut minn dawn il-Widdieba Fdati kien żero (0).

Għarbiel tal-Kontenut minn Rajna (Artiklu 15.1(ċ))

Għaż-żmien mogħti, Snap wettqet il-politiki tagħha b'rabta ma' dawn il-kontenut u kontijiet fl-UE wara li għarblet il-kontenut minn rajha:

Kull għarbiel imwettaq minn Snap minn rajha juża jew il-ħidma tal-bniedem jew ħidma awtomatika. Meta jintwera xi kontenut pubbliku fuq il-pjattaforma tagħna, dak il-kontenut ħafna drabi jkun għadda kemm minn għarbiel awtomatiku kif ukoll minn reviżjoni minn bniedem qabel ikun jista' jixxandar lil udjenza usa'. Fost l-għodod awtomatiċi hemm:

  • Għarfien ta' kontenut illegali u kontenut li jikser ir-regoli tagħna bl-użu tat-teknoloġija tat-tagħlim tal-magni;

  • Għodod li jqabblu l-kodiċi hash (bħal, PhotoDNA u l-CSAI Match ta' Google);

  • Għarfien tal-Kliem Abbużiv biex niċħdu l-kontenut li jinsab fuq lista (li naġġornaw ta' sikwit) ta' kliem abbużiv, li jinkludu l-emojis

Appelli (Artiklu 15.1(d))

Matul daż-żmien, Snap ipproċessat dawn l-appelli marbuta mal-kontenut u mal-kontijiet fl-UE bis-sistemi tal-ilmenti tagħha:

* Għalina, li nwaqqfu l-isfruttament sesswali tat-tfal hija prijorità assoluta. Snap tinvesti ħafna riżorsi biex tilħaq dan l-għan u ma taċċetta l-ebda mġiba ta' dix-xorta.  Kull min iqis l-appelli dwar il-kontenut tal-isfruttament sesswali fuq it-tfal meħtieġ li jkollu taħriġ speċjali u minħabba li l-kontenut huwa wieħed li jaħsad, għandna tim żgħir ta' aġenti speċjalizzati li jqisu dawn l-appelli. Matul il-ħarifa tal-2023, Snap mhux biss daħħlet fis-seħħ bidliet fil-politiki tagħha li wasslu biex l-għemil imwettaq minna kontra l-kontenut tal-isfruttament sesswali fuq it-tfal ikun iktar konsistenti, imma dawk l-aġenti li ma kinux konsistenti reġgħu tħarrġu mill-ġdid u għaddew minn proċess reqq ta' verifika tal-kwalità tax-xogħol. Nistennew li fir-rapport tat-trasparenza li jmiss joħroġ il-kisbiet li għamilna fit-tnaqqis tal-ħin biex inwieġbu għall-appelli marbuta mal-kontenut tal-isfruttament sesswali fuq it-tfal u l-kisbiet fil-preċiżjoni tal-għemil imwettaq l-ewwel darba min-naħa tagħna.

Sistemi awtomatiċi għall-għarbiel tal-kontenut (Artiklu 15.1(d))

Meta jintwera xi kontenut pubbliku fuq il-pjattaforma tagħna, dak il-kontenut ħafna drabi jkun għadda kemm minn għarbiel awtomatiku kif ukoll minn reviżjoni minn bniedem qabel ikun jista' jixxandar lil udjenza usa'. Fost l-għodod awtomatiċi hemm:

  • Għarfien ta' kontenut illegali u kontenut li jikser ir-regoli tagħna bil-użu tat-teknoloġija tat-tagħlim tal-magni;

  • Mezzijiet li jqabblu l-hash (bħal PhotoDNA u CSAI Match ta' Google);

  • Għarfien tal-Kliem Abbużiv biex niċħdu kontenut li hu identifikat u bbażat fuq lista li naġġornaw ta' sikwi ta' kliem abbużiv, jew wiċċini.

Il-preċiżjoni tat-teknoloġiji tal-għarbiel awtomatiku għall-ħsarat kollha kienet ta' madwar 96.61% u r-rata tal-iżbalji kienet ta' madwar 3.39%.

Ħarsien waqt l-Għarbiel tal-Kontenut (Artikli 15.1(d))

Aħna nirrikonoxxu li hemm riskji assoċjati mal-moderazzjoni tal-kontenut, inklużi riskji għal-libertajiet tal-espressjoni u l-assemblaġġ li jistgħu jiġu kkawżati minn preġudizzju awtomatizzat u minn nies li jieħdu ħsieb il-moderazzjoni tal-kontenut u li huma preġudikati kif ukoll rapporti abbużivi inklużi minn gvernijiet, kostitwenzi politiċi, jew individwi organizzati tajjeb. Snapchat ġeneralment mhuwiex post għal kontenut politiku jew ta' attiviżmu, partikolarment fl-ispazji pubbliċi tagħna. 

Biss, biex tħares kontra dawn ir-riskji, Snap għandha fis-seħħ programmi ta' provi u taħriġ u proċeduri sodi u konsistenti dwar kif tieħu ħsieb ir-rapporti ta' kontenut illegali jew li jikser il-politiki tagħha, fosthom ir-rapporti li jidħlu mill-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet tal-gvern. Aħna kontinwament nevalwaw u nevolvu l-algoritmi tagħna ta' moderazzjoni tal-kontenut. Filwaqt li l-ħsara potenzjali għal-libertà tal-espressjoni hija diffiċli biex tinkixef, aħna m'aħniex konxji ta' xi kwistjonijiet sinifikanti u nipprovdu mezzi għall-utenti tagħna biex jirrappurtaw żbalji jekk iseħħu. 

Il-politiki u s-sistemi tagħna tfasslu biex ikollna twettiq konsistentiu ġust u, kif fissirna hawn fuq, jagħtu lil Snapchatters l-opportunità li jkollhom proċess tal-appell li jaħdem kif suppost grazzi għall-proċessi tal-Avviżi u l-Appelli li nħasbu biex iħarsu l-interessi tal-komunità tagħna mingħajr ma jnaqqru l-jeddijiet ta' xi Snapchatter partikolari.

Aħna kontinwament nistinkaw biex intejbu l-politiki u l-proċessi ta’ infurzar tagħna u għamilna passi kbar fil-ġlieda kontra l-kontenut u l-attivitajiet potenzjalment perikolużi u llegali fuq Snapchat. Dan joħroġ ċar mill-għadd li dejjem qed jikber ta' rapporti u għemil imwettaq dwarhom li ppubblikajna fl-aħħar Rapport tat-Trasparenza tagħna, flimkien mal-għadd li dejjem qed jiċkien tal-ksur tar-regoli ta' Snapchat.

Ftehim Barra l-Qrati (Artiklu 24.1(a))

Għaż-żmien imsemmi fl-aħħar Rapport tat-Trasparenza tagħna (it-tieni nofs tas-sena 2023), ma kellna l-ebda entitajiet għall-ilħiq tal-ftehim barra l-qrati maħtura skont il-linji gwida tal-ASD. Minħabba f'hekk, matul daż-żmien l-għadd ta' tilwim imressaq quddiem dal-entitajiet kien ta' żero (0) u għalhekk ma nistgħux nagħtu r-riżultati, iż-żmien medjan sakemm jintlaħaq ftehim u l-għadd ta' tilwimiet li għalihom wettaqna d-deċiżjonijiet ta' dil-entità. 

Sospensjonijiet tal-Kontijiet (Artiklu 24.1(a))

Matul it-tieni nofs tas-sena 2023,  ma ssospendejna l-ebda kont taħt Artiklu 23. It-tim tal-Fiduċja u s-Sigurtà ta' Snap għandu għadd ta' proċeduri fis-seħħ biex ma jħallix li xi kontijiet tal-utenti ta' sikwit iressqu għadd ta' rapporti jew ilmenti li jkun ċar li mhuma marbuta mal-ebda ksur tal-liġijiet jew tar-regoli. Fost dawn il-proċeduri hemm li ma nħallux l-utenti jressqu rapporti duplikati u li nużaw il-filtri tal-emails biex ma nħallux lil dawk l-utenti li fl-imgħoddi ta' sikwit bagħtu rapporti li mhuma marbuta mal-ebda ksur ikomplu jagħmlu hekk. Snap twettaq għemil xieraq kontra l-kontijiet, kif fissirna fit-Tifsira dwar l-Għarbiel, it-Twettiq tal-Politiki u l-Appelli ta' Snapchat u tista' ssib l-informazzjoni dwar ix-xorta ta' għemil imwettaq minn Snap fir-Rapport tat-Trasparenza tagħna (tat-tieni nofs tas-sena 2023). Maż-żmien se nkomplu nqisu u naddattaw dawn il-miżuri.

Riżorsi, Għarfien u Għajnuna għat-Tim tal-Għarbiel (Artiklu 42.2)

It-tim tal-moderazzjoni tal-kontenut tagħna jaħdem madwar id-dinja kollha u għalhekk nistgħu nżommu l-iSnapchatters siguri għall-24 siegħa kuljum. Hawn taħt se ssib rendikont aġġornat fil-31 ta' Diċembru 2023 dwar ir-riżorsi għall-għarbiel tal-kontenut mill-bnedmin maqsuma skont l-ilsna tal-għarbiela (żomm f'moħħok li xi wħud minnhom jitkellmu iktar minn ilsien wieħed):

It-tabella t'hawn fuq turi l-moderaturi kollha li kellna jgħinuna bl-ilsna tal-istati membri tal-UE nhar il-31 ta' Diċembru 2023. F'sitwazzjonijiet fejn neħtieġu iktar għajnuna b'xi lsien, nużaw is-servizzi tat-traduzzjoni.

Il-moderaturi jinħatru b'offerta tax-xogħol standard li titlob l-għarfien ta' lsien (skont il-ħtieġa). It-talba tal-għarfien tal-ilsien fid-deskrizzjoni tax-xogħol issemmi li kandidat għandu jkun jista' juri li jaf jikteb u jitkellem b'dak l-ilsien u għandu jkollu sena esperjenza f'xi xogħol fl-ewwel pass tal-karriera tiegħu. Kull min japplika għax-xogħol għandu juri li jifhem x'inhu għaddew fil-pajjiż jew fir-reġjun li se jkun qed jaħdem fuqu.

It-tim ta’ moderazzjoni tagħna japplika l-politiki u l-miżuri ta’ infurzar tagħna biex jgħin jipproteġi l-komunità ta' Snapchat tagħna. It-taħriġ jingħata fuq firxa ta' għadd ta' ġimgħat u matulu, il-membri l-ġodda tat-tim jiġu mgħallma l-politiki, l-għodod u l-proċeduri ta' Snap. Wara t-taħriġ, kull moderatur għadu jgħaddi minn eżami biex jikseb ċertifikat qabel ikun jista' jgħarbel il-kontenut. It-tim tal-moderazzjoni tagħna ta' sikwit jieħu sehem f'taħriġ apposta biex iġedded l-għarfien tiegħu dwar il-proċessi, l-iktar fejn jidħlu każijiet li nkunu ltqajna magħhom u li l-politiki tagħna jew il-kuntest tagħhom ma jkunx ċar. Għandna wkoll programmi ta' titjib fil-ħiliet, taħriġ u kwiżżijiet maħsub biex niżguraw li kull moderatur għandu l-aħħar informazzjoni u jimxi mal-iġded politiki. Fl-aħħar nett, meta jfeġġu xi xejriet urġenti ġodda marbuta ma' kontenut dwar il-ġrajjiet fis-seħħ dak il-ħin, aħna ninterpretaw il-politiki tagħna għalih biex it-timijiet tagħna jkunu jistgħu dejjem iwettqu bis-sħiħ il-politiki ta' Snap.

Lit-tim tal-għarbiel tal-kontenut tagħna – il-“ħaddiema tal-ewwel għajnuna” ta' Snap – nagħtuhom għadd kbir ta' riżorsi u għajnuna, fosthom billi nieħdu ħsiebhom fuq il-post tax-xogħol u nagħtuhom aċċess għal servizzi tas-saħħa tal-moħħ. 

Rapport dwar it-Tiftix tal-Midja bl-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali fuq it-Tfal (CSEA)

Ħarsa ħafifa

L-isfruttament sesswali ta' xi membru tal-komunità tagħna, l-iktar tan-nies taħt l-età, imur kontra l-liġi, huwa mistmerr u jmur kontra r-Regoli tad-Dar tagħna.

Aħna nużaw it-tqabbil tal-ħexxijiet dettaljati ta' PhotoDNA u Child Sexual Abuse Imagery Match (CSAI) ta' Google biex infittxu l-istampi u l-filmati magħrufa tal-abbuż sesswali fuq it-tfal u nirrappurtawhom, kif titlob il-liġi, lin-National Center for Missing and Exploited Children (NCMEC) tal-Istati Uniti tal-Amerka. In-National Center for Missing and Exploited Children imbagħad, min-naħa tagħha, taħdem mal-forzi taż-żamma tal-ordni tal-pajjiż jew barra l-pajjiż, skont il-ħtieġa.

Rapport

Id-dejta t'hawn taħt imsejsa fuq ir-riżultati ta' tiftix minn rajna b'PhotoDNA u/jew b'CSAI Match tal-midja mtella' fuq Snapchat mir-ritratti fuq it-tagħmir tal-utenti.

Għalina, li nwaqqfu l-isfruttament sesswali tat-tfal hija prijorità assoluta. Snap tinvesti ħafna riżorsi biex tilħaq dan l-għan u ma taċċetta l-ebda mġiba ta' dix-xorta.  Kull min iqis l-appelli dwar il-kontenut tal-isfruttament sesswali fuq it-tfal meħtieġ li jkollu taħriġ speċjali u minħabba li l-kontenut huwa wieħed li jaħsad, għandna tim żgħir ta' aġenti speċjalizzati li jqisu dawn l-appelli. Matul il-ħarifa tal-2023, Snap mhux biss daħħlet fis-seħħ bidliet fil-politiki tagħha li wasslu biex l-għemil imwettaq minna kontra l-kontenut tal-isfruttament sesswali fuq it-tfal ikun iktar konsistenti, imma dawk l-aġenti li ma kinux konsistenti reġgħu tħarrġu mill-ġdid u għaddew minn proċess reqq ta' verifika tal-kwalità tax-xogħol. Nistennew li fir-rapport tat-trasparenza li jmiss joħroġ il-kisbiet li għamilna fit-tnaqqis tal-ħin biex inwieġbu għall-appelli marbuta mal-kontenut tal-isfruttament sesswali fuq it-tfal u l-kisbiet fil-preċiżjoni tal-għemil imwettaq l-ewwel darba min-naħa tagħna.  

Ħarsien marbut mal-Għarbiel tal-Kontenut

Hawn fuq, fit-taqsima “Ħarsien marbut mal-Għarbiel tal-Kontenut” tar-Rapport ASD tagħna, fissirna x-xorta ta' ħarsien fis-seħħ waqt it-Tiftix għall-Midja bl-Isfruttament u l-Abbużi Sesswali fuq it-Tfal.