Privacy, Safety, and Policy Hub

Snapchat Tniedi Għodod u Riżorsi Ġodda għall-Għalliema hekk kif l-Adoloxxenti Sejrin Lura lejn l-Iskola

28 ta' Awwissu 2024

Ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka, iktar minn 20 miljun adoloxxenti jużaw Snapchat. Nafu li l-benesseri tagħhom huwa ta' prijorità għolja għall-adulti f'ħajjithom, inkluż il-ġenituri u l-għalliema. Hekk kif l-adoloxxenti sejrin lura l-iskola, qed inniedu għodod u riżorsi tas-sigurtà ġodda maħluqa apposta għall-għalliema.

Dawn ir-riżorsi l-ġodda tfasslu bil-għan li jgħinu lill-għalliema u lill-mexxejja tal-iskejjel jifhmu kif l-istudenti tagħhom jużaw Snapchat, x'inhu l-ħarsien ewlieni disponibbli għall-istudenti u għall-iskejjel u x'inhuma r-riżorsi li noffru lill-iskejjel biex ngħinuhom joħolqu postijiet siguri u ta' sapport għall-istudenti.

Nafu li l-għan ewlieni ta' Snapchat li tikkomunika ma' sħabek iferraħ lin-nies u li l-ħbieb huma sistema ta' sapport importanti għall-adoloxxenti. Aħna impenjati li nrawmu dawn ir-relazzjonijiet importanti u li ngħammru lill-adulti f'ħajjithom bl-għodod u r-riżorsi biex jagħmlu bħalna.

Il-Gwida tal-Għalliema għal Snapchat

Aħna nemmnu li biex tifhem x'qed jiġri fil-ħajja tal-istudenti, importanti tkun taf kif jaħdmu pjattaformi tal-internet popolari u għalhekk qed inniedu sit apposta biex ngħinu lill-għalliema jagħmlu hekk. 

Il-Gwida tal-Għalliema għal Snapchat tagħna tagħti ħarsa lejn kif taħdem il-pjattaforma, kif Snapchat tista' tintuża b'mod pożittiv fl-iskejjel u informazzjoni dwar l-għodod tas-sigurtà u r-Regoli tal-Komunità tagħna. Għandha wkoll filmati li juru l-faċilitajiet ta' Snap għall-iskejjel u l-ħarsien li nagħtu lill-adoloxxenti flimkien ma' riżorsi li jistgħu jitniżżlu li l-għalliema jistgħu jaqsmu mal-ġenituri, mal-councellors u ma' oħrajn biex jgħinu lill-istudenti jilqgħu għat-tiġrib li jistgħu jħabbtu wiċċhom miegħu fuq l-internet inkluż bullying, problemi ta' saħħa mentali u tiġrib sesswali bħal, ngħidu aħna, ir-rikatti sesswali.

Riżorsi għall-Għalliema, Maħluqa bl-Għajnuna ta' Msieħba Esperti

Isseħibna ma' Safe and Sound Schools biex noħolqu kaxxa tal-għodda dettaljata u siewja għall-għalliema. Użajna l-kummenti tal-għalliema, tal-professjonisti tas-saħħa mentali u tal-uffiċjali tar-riżorsi tal-iskejjel dwar l-impatt tal-pjattaformi diġitali fuq l-iskejjel biex noħolqu dil-kaxxa tal-għodda, li tiffoka l-iktar fuq Snapchat, ħalli l-għalliema jkollhom l-għarfien meħtieġ biex irawmu s-sigurtà u l-benesseri tal-istudenti tagħhom fuq l-internet. 

Formola tal-Kummenti u Ħsibijiet tal-Għalliema

Ilna ħafna li tajna lill-iSnapchatters is-setgħa li jużaw għodod ħfief biex jirrappurtawlna direttament xi tħassib dwar is-sigurtà u li jimblukkaw kuntatt li jsir minn kontijiet tan-nies li jkunu qed iġibu ruħhom b'mod mhux xieraq jew mhux mixtieq. Għandna wkoll għodod tal-internet biex dawk li m'għandhomx kont ta' Snapchat imma jixtiequ jirrappurtaw problema f'isimhom jew f'isem xi ħadd ieħor, ikunu jistgħu jagħmlu hekk. Ir-rapporti jmorru direttament għand it-timijiet tas-sigurtà tagħna li jaħdmu 24 siegħa kuljum biex iqisu l-aħjar għemil li għandu jsir. 

Issa qed inniedu mod kif l-għalliema jistgħu jaqsmu l-kummenti u ħsibijiet tagħhom magħna direttament. Grazzi għall-formola tal-kummenti u ħsibijiet tal-għalliema, l-għalliema jistgħu jgħidulna x'jaħsbu dwar kif Snapchat qed tintuża fl-iskejjel tagħhom. 

Nifhmu li xi wħud jafu jsibu d-dinja diġitali bi tqila biex jifmuha u għalhekk nittamaw li dawn ir-riżorsi jipprovdu lill-għalliema ftit mill-għodod li jeħtieġu biex joħolqu ambjenti diġitali siguri u ta' sapport għall-istudenti.

Lura għall-Aħbarijiet