Faċilitajiet Ġodda li Jgħinuna Nħarsu lill-Komunità Tagħna
25 ta' Ġunju 2024
Faċilitajiet Ġodda li Jgħinuna Nħarsu lill-Komunità Tagħna
25 ta' Ġunju 2024
Illum qed inħabbru għadd ta' faċilitajiet ġodda biex jgħinuna dejjem iktar inħarsu lill-komunità tagħna mill-ħsarat li tista' ġġarrab bl-internet. Il-kaxxa tal-għodda l-ġdida tagħna tiġbor fiha iktar twissijiet mogħtija mill-app, ħarsien aqwa int u żżid ħbieb ġodda, qsim tal-post fejn tinsab eħfef u titjib fis-sistema tal-imblukkar tal-utenti – kollha kemm huma tfasslu biex itejbu l-ħbiberiji ta' vera li jagħmlu Snapchat pjattaforma tant speċjali.
Il-faċilitajiet li żidna jkomplu jibnu mal-ħidma bla qatigħ tagħna biex nagħmluha itqal biex xi ħadd li ma jafekx jikkuntattjak fuq Snapchat. Ngħidu aħna, ma nħallux messaġġi mibgħuta minn xi ħadd li mhux diġà parti minn sħabek jew fil-lista tal-kuntatti tal-mowbajl tiegħek jidħlulek. Fi kliem ieħor, l-iSnapchatters għandhom jagħżlu minn rajhom ma' min jistgħu jikkomunikaw.
Illum qed inħabbru dawn l-għodod li ġejjin biex ngħinu nħarsu l-komunità tagħna:
F'Novembru li għadda nedejna twissija popup meta xi adoloxxenti jirċievi messaġġ mingħand xi ħadd li m'għandux ħbieb komuni miegħu jew li mhux fil-lista tal-kuntatti tal-mowbajl tiegħu. Dal-messaġġ jgħarraf lill-adoloxxenti kemm dwar ir-riskji li jaf ikun hemm kif ukoll biex jikkomunikaw biss ma' nies li jafdaw ħalli b'hekk ikunu jistgħu jqisu bir-reqqa jekk jixtiqux ikollhom kuntatt ma' dik il-persuna. Grazzi għal dil-faċilità, tajna kontroll ikbar lill-iSnapchatters u dan wassal f'iktar minn 12-il miljun messaġġ imblukkat. 1
Issa qed inżidu dawn it-twissijiet mogħtija mill-app biex inqisu sinjali ġodda u sinjali iktar avvanzati. L-adoloxxenti se jintwerew twissija meta xi ħadd li ġie mblukkat jew irrappurtat minn oħrajn jipprova jibda taħdita magħhom jew jekk dil-persuna tkun ġejja minn reġjun li l-biċċa l-kbira ta' sħab l-utent ma jkunux ġejjin minn hemm. Dawn kollha huma sinjali li l-persuna jaf tkun qed tipprova twettaq xi xorta ta' qerq.
Qabel għednielkom li sakemm ma jkunx hemm għadd ta' ħbieb komuni mal-persuna l-oħra, il-profili tal-adoloxxenti mhux se jintwerew bħala suġġerimenti f'Żid Malajr jew Tiftix. Issa qed inżidu iktar ħarsien li flimkien mat-twissijiet miżjuda mogħtija mill-app se jagħmluha iktar iebsa li nies li ma jafux lill-adoloxxenti jsibuhom jew iżiduhom bħala ħbieb:
Mhux se nħallu l-ebda t-twassil tat-talbiet għall-ħbieb meta l-adoloxxenti jibagħtu jew jirċievu talba għall-ħbieb mingħand xi ħadd li m'għandhomx ħbieb komuni miegħu u dik il-persuna fl-imgħoddi użat Snapchat minn imkejjen li ħafna drabi marbuta ma' għemil qarrieqi. Dil-ħaġa tgħodd kemm jekk it-talba għall-ħbieb intbagħtet minn adoloxxenti jew intbagħtet lil adoloxxenti minn xi ħadd li jaf m'għandux intenzjonijiet tajba.
Iż-żewġ bidliet flimkien ikomplu jibnu fuq il-ħidma tagħna biex niġġieldu kontra ż-żieda fil-qerq marbut mar-rikatti sesswali sofistikati imwettqa min-nies b'intenzjonijiet ħżiena li ħafna drabi jkunu barra l-Istati Uniti u li jikkuntattjaw lill-vittmi tagħhom b'taħlita ta' pjattaformi tal-internet.
Dawn il-bidliet imsejsa fuq il-ħidma tagħna biex niġġieldu r-rikatti sesswali bl-internet: Qatt ma kellna listi tal-ħbieb pubbliċi (li jistgħu jintużaw biex jagħmluha eħfef li ssib lil min tirrikatta sesswalment), nużaw xi sinjali biex nagħrfu u nneħħu lin-nies b'intenzjonijiet ħżiena qabel ikollhom iċ-ċans li jqarrqu b'xi ħadd, investejna f'riċerka dinjija għall-pjattaforma tagħna u naħdmu ma' pjattaformi oħra biex niġġieldu dar-reat u ħsarat oħra li jistgħu jseħħu. Inħeġġu lill-iSnapchatters biex isiru jafu iktar billi jaqraw il-materjal ta' tagħlim bħall-Ħarsa lejn is-Sigurtà marbuta mar-rikatti sesswali finanzjarji fl-app tagħna u l-materjal fiċ-Ċentru tal-Privatezza u s-Sigurtà tagħna.
Lill-iSnapchatters kollha – fosthom l-adoloxxenti – nibagħtulhom tfakkiriet biex jiċċekkjaw l-għażliet tas-sigurtà u l-privatezza tal-kont tagħhom u nħalluhom jaqsmu l-post fejn jinsabu ma' sħabhom biss. Issa qed inniedu tfakkiriet iktar ta' sikwit biex niżguraw li l-iSnapchatters dejjem ikunu aġġornati dwar liema minn sħabhom qed jaqsmu l-post fejn jinsabu magħhom fuq il-Mappa ta' Snap. Qed inniedu wkoll qsim tal-post fejn tinsab eħfef biex nagħmluha eħfef għall-iSnapchatters li jippersonalizzaw liema minn sħabhom jistgħu jsibu l-post fejn jinsabu. Grazzi għal dal-bidliet, l-iSnapchatters se jkollhom post wieħed minn fejn isibu liema minn sħabhom qed jaqsmu l-post fejn jinsabu magħhom, jibdlu l-għażliet tal-post fejn jinsabu u ma jħallux il-post fejn jinsabu jintwera fuq il-mappa.
Bħal dejjem, l-għażla standard se tkun "Mitfija" għall-qsim tal-post fejn tinsab mal-oħrajn fuq il-Mappa ta' Snap. Dan ifisser li l-iSnapchatters se jkollhom jagħżlu minn rajhom li jaqsmu fejn jinsabu u l-iSnapchatters ma jistgħux jaqsmu l-post fejn jinsabu ma' ħadd għajr sħabhom ta' Snapchat – m'hemm l-ebda għażla li xxandar il-post fejn tinsab mal-bqija tal-komunità ta' Snapchat.
Ilna ħafna żmien li bdejna nagħtu lill-iSnapchatters l-għodod biex jimblukkaw malajr lil xi ħadd li ma jixtiqux jikkomunikaw miegħu. Kultant, nies b'intenzjonijiet ħżiena joħolqu kontijiet ġodda u jippruvaw jikkuntattjaw lin-nies li jkunu mblukkawhom. Biex nippruvaw inrażżnu l-bullying u l-fastidji li jirrepetu ruħhom, qed inniedu xi titjib fl-għodod tal-imblukkar tal-utenti tagħna: Minn issa meta timblokka utent se tkun qed timblokka wkoll it-talbiet tal-ħbiberija minn kontijiet oħra li nħolqu fuq l-istess tagħmir.
Dawn l-għodod il-ġodda jissejsu fuq l-impenn ma jaqta' xejn tagħna li ngħinu lill-iSnapchatters jikkomunikaw mal-eqreb minn sħabhom f'post li jġib l-ewwel is-sigurtà, il-privatezza u l-benesseri tagħhom. Ħerqana li nkomplu noħolqu iktar ħarsien, għodod u riżorsi biex ngħinu nħarsu lill-komunità tagħna.