Snap Torganizza Taħditiet dwar is-Sigurtà ġewwa Brussell għall-Għaqdiet Mhux Governattivi
5 ta' Marzu 2024
Snap Torganizza Taħditiet dwar is-Sigurtà ġewwa Brussell għall-Għaqdiet Mhux Governattivi
5 ta' Marzu 2024
Il-ġimgħa l-oħra, ġewwa Brussell, Snap organizzat taħditiet bejn 32 rappreżentant ġejjin minn għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu fl-oqsma għas-sigurtà tat-tfal u jeddijiet diġitali. L-għan kien li naqsmu magħhom tagħrif dwar il-mod uniku tagħna ta' kif naħdmu meta niġu biex inħarsu s-sigurtà fuq Snapchat u li niksbu l-kummenti u l-ħsibijiet tagħhom biex inkomplu ntejbu l-ħidma tagħna.
Sabiex dan l-avveniment iseħħ fl-istess ħin tal-parteċipazzjoni tagħna fil-Laqgħa Ministerjali l-aktar riċenti tal-Forum tal-Internet tal-UE (EUIF), u flimkien mal-kollegi Ewropej tiegħi, jiena kelli l-pjaċir li nindirizza dan il-grupp stmat, u nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li attendew talli involvew ruħhom u qasmu l-perspettivi utli tagħhom.
Huwa fundamentali għal Snap li nipproteġu lill-adolexxenti, u barra dan, lill-membri kollha tal-komunità tagħna. Waqt il-laqgħa tagħna, spjegajna l-filosofija globali tagħna dwar is-sigurtà, il-konformità fit-tul tagħna ma' proċessi ta' żvilupp rigward il-prodott Safety-by-Design, u l-isforzi kontinwi tagħna biex inwettqu riċerka u niżviluppaw karatteristiċi, funzjonalità, għodod u riżorsi li jgħinu jipproteġu lis-Snapchatters madwar id-dinja kollha.
Urejna il-kampanja l-ġdida tagħna "Inqas media soċjali, aktar Snapchat", li tispjega kif Snapchat issawwar, mill-bidu nett, bħala alternattiva għall-media soċjali tradizzjonali. Ġbarna fil-qosor ir-riċerka u l-Indiċi tal-Benesseri Diġitali l-aktar riċenti tagħna dwar sitt pajjiżi, u dħalna f'iktar dettall dwar iċ-Ċentru tal-Familja, iċ-ċentru estensiv ta' għodod li dejjem jikber fl-app tagħna għall-ġenituri u għall-kustodji. B'tant għaqdiet mhux governattivi iffokati fuq aspetti varji ta' sfruttar u abbuż sesswali tat-tfal (CSEA) fuq l-internet, enfasizzajna wkoll kif – permezz ta' miżuri kemm proattivi, kif ukoll miżuri ta' azzjonijiet b'risposta għat-tali għemil– Snap tiġġieled kontra dawn ir-reati koroh kuljum. Tassew, bis-saħħa ta' sforzi kollaborattivi, is-sena li għaddiet, it-timijiet tal-Fiduċja u s-Sigurtà tagħna neħħew madwar 1.6 miljun element ta' kontenut ta' vjolazzjoni tas-CSEA, iddiżattivaw kontijiet, u rrapportaw lil dawk li wettqu vjolazzjonijiet liċ-Ċentru Nazzjonali tal-Istati Uniti għal Tfal Neqsin jew Sfruttati (NCMEC). It-tim ta' Snap tagħna kiseb ferm aktar ideat u opinjonijiet biex iktar ikompli jissemplifika u jtejjeb l-esperjenza ta' appoġġ tagħna, jikkomunika f'lingwaġġ aktar adatt għall-adolexxenti fl-app, u jikkunsidra li ċerti karatteristiċi jkunu ta' għażla personali għal l-adolexxenti aktar kbar u l-adulti żgħażagħ.
Id-diskussjoni reġgħet enfasizzat l-isfida kontinwa għas-sigurtà għall-partijiet interessati globali kollha: l-assigurazzjoni u l-verifika tal-età. Biex inkomplu d-djalogu, nistennew bil-ħerqa li norganizzaw avvenimenti simili fi Brussell u qed nippjanaw avveniment speċifiku li jkompli jsegwi dawn it-temi. Nittamaw ukoll li nespandu l-programm fi bliet kapitali Ewropej u internazzjonali ewlenin oħra.
Madwar il-firxa ta' sistemi tat-teknoloġija, aħna lkoll għandna ħafna x'naqsmu u nitgħallmu minn xulxin, u aħna ħerqana li nkabbru l-qafas ta' sħab u kollaboraturi, kollox f'isem is-servizz tas-sigurtà fuq Snapchat.
— Jacqueline Beauchere, Kap Dinji għas-Sigurtà tal-Pjattaforma