Ir-Rapport tat-Trasparenza tagħna għall-Ewwel Nofs tas-Sena 2023
25 ta' Ottubru 2023
Ir-Rapport tat-Trasparenza tagħna għall-Ewwel Nofs tas-Sena 2023
25 ta' Ottubru 2023
Illum qed inniedu l-verżjoni l-ġdida tar-Rapport tat-Trasparenza tagħna li jitkellem dwar l-ewwel nofs tas-sena 2023.
L-għan tagħna huwa li nagħtu s-setgħa lin-nies tesprimi ruħha, tgawdi l-ħajja, titgħallem dwar id-dinja u tiddeverti flimkien. Is-sigurtà u l-benesseri tal-komunità tagħna huma kruċjali biex ngħinu l-iSnapchatters iħossuhom komdi jagħmlu hekk. Ir-rapporti tat-trasparenza li noħorġu darbtejn fis-sena huma għodda importanti biex nibqgħu fit-triq it-tajba u naqsmu l-informazzjoni u l-aħbarijiet fuq il-ħidma tagħna biex niġġieldu kontra l-kontenut u l-kontijiet li jiksru r-regoli tal-pjattaforma tagħna.
Bħalma nagħmlu bejn rapport tat-trasparenza u ieħor, ħdimna biex nagħmlu għadd ta' titjib biex ir-rapport ikun ta' siwi iktar għall-komunità tagħna u għall-persuni interessati. F'dan ir-rapport żidna għadd ta' sinjali ta' dejta ġodda, fosthom dawk marbuta mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali Ewropew fosthom:
Appelli għall-Kontijiet
Żidna l-informazzjoni dwar it-tnedija tal-appelli għall-kontijiet. Grazzi għall-appelli għall-kontijiet, jekk it-tim tal-għarbiel tagħna jsib li seħħ żball fl-ewwel deċiżjoni, l-iSnapchatters li l-kontijiet tagħhom jisfaw imblukkati jistgħu jerġgħu jiksbu aċċess għall-kont tagħhom. Fir-rapporti tat-trasparenza tal-ġejjieni se nkomplu nżidu ma' dan billi noffru iktar imkejjen tas-servizz li tista' tressaq appell dwarhom.
Għemil għall-Għarbiel tar-Riklami
Qed inkabbru t-trasparenza fejn tidħol il-ħidma tal-għarbiel tar-riklami għall-kontenut ġewwa l-Unjoni Ewropea. Minbarra t-tnedija tal-Gallerija tar-Riklami ta' Snapchat (ġewwa l-UE biss), qed nagħtu wkoll l-għadd ta' riklami li neħħejna minn Snapchat. Fir-Rapport tat-Trasparenza tagħna tajna l-għadd ta' riklami li ġew irrappurtati lil Snapchat u l-għadd ta' riklami li tneħħew mill-pjattaforma talli kisru r-Regoli tal-Komunità tagħna.
Trasparenza marbuta mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali
Bdilna l-paġna tal-Unjoni Ewropea tagħna, li żidnieha das-sajf biex nimxu ma' dak li jitlob minna l-ASD, u żidna magħha iktar informazzjoni u ħars fil-fond lejn il-proċess tal-għarbiel tagħna u informazzjoni oħra siewja għall-UE. Pereżempju żidna l-informazzjoni dwar l-ilsna li l-moderaturi tagħna jifhmu huma u jagħrblu l-kontenut. Tajna, fost oħrajn, iktar dettalji dwar l-għodod għall-għarbiel awtomatiku tal-kontenut, il-ħarsien li noffru b'rabta mal-għarbiel tal-kontenut u l-għadd medju ta' utenti li ta' kull xahar huma attivi fl-app ta' Snapchat tagħna ġewwa UE.
Glossarju u Gwida bit-Tifsir
Billi wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħna b'dar-rapporti huwa li nagħtu ħafna informazzjoni lill-persuni interessati, nafu li r-rapporti tat-trasparenza tagħna jafu jkunu twal ħafna. Biex nagħmluha eħfef li dar-rapport jinqraw, għażilna li nkomplu nżidu “Gwida għar-Rapporti tat-Trasparenza ta' Snap” u wessajna l-glossarju tagħna biex nagħtu iktar informazzjoni u tifsiriet b'rabta mar-Regoli tal-Komunità tagħna. Din l-informazzjoni tgħin lill-ġenituri, lill-gwardjani legali, lill-membri tal-komunità tagħna u lil persuni interessati oħra jifhmu kif l-aħjar jinterpretaw ir-rapporti tat-trasparenza fosthom xi jfisser il-kontenut ta' kull kategorija u kif tqabbel il-bidliet ġodda mar-rapporti ta' qabel. Issa, jekk ikun hemm min jixtieq jikseb iktar informazzjoni mit-tifsira qasira mogħtija fir-rapport, dawn jistgħu jikklikkjaw u malajr jiksbu iktar informazzjoni.
Aħna dejjem impenjati li niksbu u nħarsu l-fiduċja tal-komunitajiet u tal-persuni interessati tagħna. Aħna se nkomplu naħdmu biex inżommu l-komunità tagħna sigura, ngħarrfukom bil-progress u nżommu lilna nfusna responsabbli.