Kalifornja
Data tal-Ħruġ: L-1 ta' Ottubru 2024
Aġġornat: L-1 ta' Ottubru 2024
Rapport dwar ir-Regoli tas-Servizz (Bus. & Prof. Code, § 22677(a))
L-iSnapchatters kollha jridu jimxu mar-Regoli tas-Servizz tagħna, inklużi l-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Għal aktar informazzjoni dwar kif ngħarblu l-kontenut u nimplimentaw il-politiki tagħna, jekk jogħġbok irreferi għar-Rapport dwar ir-Regoli tas-Servizz ta' Kalifornja tagħna.
L-istqarrija tal-politika dwar id-distribuzzjoni illegali ta' sustanzi kkontrollati bil-liġi (Bus. & Prof. Code, § 22945(b))
Li nagħmlu l-parti tagħna biex nippromwovu s-sigurtà pubblika u biex ngħinu nipproteġu lill-iSnapchatters minn għemil illegali jew ta' ħsara hija responsabbiltà li nieħdu b'serjetà kbira.
Il-politika tagħna dwar id-distribuzzjoni illegali ta' sustanzi kkontrollati bil-liġi
Il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna jipprojbixxu l-użu ta' Snapchat għal kwalunkwe attività illegali. Dan jinkludi l-promozzjoni, l-iffaċilitar, jew il-parteċipazzjoni f'attività kriminali, bħax-xiri, il-bejgħ, it-tpartit, jew l-iffaċilitar tal-bejgħ ta' drogi illegali jew irregolati bil-liġi. Għall-kuntest addizzjonali dwar il-politika tagħna dwar Attivitajiet Illegali jew Irregolati bil-Liġi, jekk jogħġbok irrevedi din ir-riżorsa.
Kif ngħarblu l-kontenut u nimplimentaw il-politika tagħna
Kontenut li jikser ir-regoli tagħna kontra Attivitajiet Illegali jew Irregolati bil-Liġi se jitneħħa. F'ħafna każijiet, Snapchatters li jaqsmu, jippromwovu jew iqassmu kontenut li jikser ir-regoli jirċievu avviż ta' twissija, u Snapchatters li jiksru dawn il-politiki b'mod ripetut se jġarrbu restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-kont tagħhom. Madankollu, hemm ċerti attivitajiet illegali li għalihom għandna żero tolleranza, li jinkludu tentattivi ta' bejgħ, tpartit jew iffaċilitar tal-bejgħ ta' drogi perikolużi u illegali. Meta nidentifikaw Snapchatters li qed jipparteċipaw fi kwalunkwe minn dawn l-attivitajiet, niddiżattivaw il-kontijiet tagħhom minnufih u, f'ċerti każijiet, nirreferu dan l-għemil lill-awtoritajiet taż-żamma tal-liġi.
Kontenut addizzjonali dwar kif ngħarblu l-kontenut (b'mod proattiv u reattiv) u nimplimentaw il-politiki tagħna hu disponibbli hawn u firRapport dwar ir-Regoli tas-Servizz ta' Kalifornja l-iktar riċenti tagħna.
Kif tirrapporta kontenut jew imġiba illegali jew ta' ħsara fuq Snapchat
Fuq l-interfaċċi kollha tal-prodotti tagħna, l-iSnapchatters jistgħu jirrapportaw kontijiet u kontenut għal ksur potenzjali tal-Linji Gwida tal-Komunità tagħna, inkluż kontenut jew imġiba illegali jew potenzjalment ta' ħsara. Nagħmluha faċli għall-iSnapchatters biex jissottomettu rapport kunfidenzjali direttament lit-timijiet tal-Fiduċja u tas-Sigurtà tagħna, li huma mħarrġa biex jevalwaw ir-rapporti; jieħdu azzjoni xierqa skont il-politiki tagħna; u jinnotifikaw lill-parti li tirrapporta bir-riżultat––tipikament f'temp ta' ftit sigħat.
L-iSnapchatters jistgħu jirrapportaw ksur tar-regoli fl-app jew permezz tas-Sit tal-Assistenza tagħna. Ġenituri ta' utenti adoloxxenti (13 sa 17-il sena) jistgħu wkoll jirrapportaw kwalunkwe tħassib faċilment u b'mod kunfidenzjali direttament lit-timijiet tal-Fiduċja u tas-Sigurtà tagħna permezz tas-Sit tal-Assistenza tagħna jew bl-użu tas-sett ta' għodod taċ-Ċentru tal-Familja tagħna. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rapportar ta' kontenut jew imġiba illegali jew li huma potenzjalment ta' ħsara, jekk jogħġbok żur ir-riżorsi ddedikati tagħna fiċ-Ċentru tas-Sigurtà tagħna jew fuq is-Sit tal-Assistenza tagħna. Tista' wkoll tniżżel il-Gwida fil-Qosor għar-Rapportar fuq Snapchat tagħna, u ssib riżorsi addizzjonali fuq il-paġna Dwar ir-Rapportar ta' Trasparenza tagħna.
Riżorsi governattivi u oħra dwar is-saħħa mentali u l-edukazzjoni dwar id-droga
Aħna naħdmu ma' esperti tal-industrija u ma' aġenziji indipendenti biex nipprovdu riżorsi u għajnuna lill-iSnapchatters li jkunu fil-bżonn. Dawn ir-riżorsi huma disponibbli permezz taċ-Ċentru tas-Sigurtà tagħna. Dawn jinkludu r-riżorsa dwar is-saħħa mentali u l-edukazzjoni dwar id-droga tal-Gvern tal-Istati Uniti li ġejja:
L-Amministrazzjoni għall-Abbuż tas-Sustanzi u għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali (Substance Abuse and Mental Health Services Administration, SAMHSA)
Il-Linja Nazzjonali għall-Għajnuna: 1-800-662-HELP (4357)
Il-Linja Nazzjonali għall-Għajnuna ta' SAMHSA hi servizz ta' informazzjoni mingħajr ħlas, kunfidenzjali u disponibbli 24 siegħa kuljum u hi riferiment għall-kura għal dawk li jħabbtu wiċċhom ma' disturbi mentali u/jew ta' abbuż ta' sustanzi. Disponibbli bl-Ingliż u bl-Ispanjol.
Żviluppajna wkoll żewġ paġni fuq l-Internet edukattivi fl-app bl-isem Heads Up u Here for You. Heads Up toffri lill-Isnapchatters li jfittxu kliem relatat mad-drogi fuq Snapchat kontenut edukattiv minn organizzazzjonijiet esperti, bħal Song for Charlie, Shatterproof, SAMHSA, u ċ-Ċentri għall-Kontroll u għall-Prevenzjoni tal-Mard (Centers for Disease Control and Prevention). B'mod simili, Here for You turi riżorsi ta' sikurezza minn esperti lokali meta Snapchatters ifittxu ċerti suġġetti, inkluż dawk relatati mal-ansjetà, mad-dipressjoni, mal-istress, man-niket, mal-ħsibijiet ta' suwiċidju, u mal-bullying.
Kooperazzjoni mal-forzi tal-ordni
Snap hi impenjata li tassisti lill-forzi tal-ordni waqt li tirrispetta l-privatezza u l-jeddijiet tal-Isnapchatters.
Wara li nirċievu u nistabbilixxu l-validità ta' talba legali għal rekords ta' kont ta' Snapchat mill-forzi tal-ordni, aħna nwieġbu b'konformità mar-rekwiżiti tal-liġi u tal-privatezza applikabbli. Barra minn hekk, meta nidentifikaw Snapchatters li jippruvaw ibigħu, ipartu jew jiffaċilitaw il-bejgħ ta' drogi perikolużi u illegali, nistgħu, f'xi każijiet, nirreferu din l-imġieba lill-forzi tal-ordni. Naħdmu wkoll sabiex b'mod proattiv neskalaw lill-forzi tal-ordni kwalunkwe kontenut li jidher li jinvolvi theddid imminenti għall-ħajja, u nwieġbu għal talbiet ta' emerġenza mill-forzi tal-ordni għall-iżvelar ta' dejta meta l-forzi tal-ordni jkunu qed jittrattaw każ li jinvolvi theddida imminenti għall-ħajja.
Bħala kumpanija tal-Istati Uniti, Snap teħtieġ li l-forzi tal-ordni u l-aġenziji governattivi tal-Istati Uniti jsegwu l-liġi tal-Istati Uniti biex Snap tiżvela kwalunkwe rekord dwar kont ta' Snapchat. Il-kapaċità tagħna li niżvelaw rekords maħżuna ta' kontijiet ta' Snapchat hi rregolata b'mod ġenerali mill-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Maħżuna (Stored Communications Act), 18 U.S.C. § 2701, et seq.
Infromazzjoni addizzjonali relatata mat-talbiet mill-forzi tal-ordni tista' tinstab hawn u fil-Gwida dwar iż-Żamma tal-Liġi tagħna.
Politika dwar iż-żamma ta' informazzjoni
Deskrizzjoni ġenerali tal-politika tagħna dwar iż-żamma ta' informazzjoni ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż għal kemm żmien inżommu dik l-informazzjoni, hi inkluża fil-Politika tal-Privatezza tagħna (“Għal Kemm Żmien Inżommu l-Informazzjoni Tiegħek”) u fuq is-Sit tal-Assistenza tagħna.
Rapporti Preċedenti dwar ir-Regoli tas-Servizz ta' Kalifornja