Fir-Rapport tat-Trasparenza tagħna, nuru dejta dwar l-inizjattivi tagħna favur is-sigurtà fuq il-pjattaforma tagħna. Hawn nipprovdu kuntest addizzjonali u ħarsa iktar fid-dettall lejn it-twemmin, il-politiki u l-proċessi tas-sigurtà tagħna, kif ukoll ħoloq għal għadd ta' riżorsi tas-sigurtà u l-privatezza.
Mil-2015, ħriġna Rapporti tat-Trasparenza li jagħtu ħarsa importanti fid-dettall lejn l-għadd u x-xorta tat-talbiet għall-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-iSnapchatters u notifikazzjonijiet legali oħra li nirċievu mingħand il-gvernijiet.
Minn Novembru tal-2015, il-politika tagħna saret dik li ngħarrfu lill-iSnapchatters kull meta tidħlilna talba legali li titlobna t-tagħrif dwar il-kont tagħhom, ħlief meta l-liġi ma tħalliniex nagħmlu hekk jew meta jkun hemm xi ċirkostanzi eċċezzjonali (bħal, ngħidu aħna, l-isfruttament sesswali u l-abbuż fuq it-tfal jew riskju kbir ta' mewt jew korriment fiżiku serju).
Fl-2020, tejjibna r-Rapport tat-Trasparenza tagħna biex nipprovdu tagħrif dwar il-volum u n-natura tal-kontijiet irrapportati fuq Snapchat għal ksur tar-Regoli tas-Servizz jew il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna. Inkludejna wkoll rendikont pajjiż b'pajjiż, disponibbli għall-pajjiżi kollha bħala fajl CSV li jista' jitniżżel mill-qarrejja tar-rapport. Fl-2021, kabbarna l-ambitu tar-rappurtar tat-trasparenza biex jinkludi dejta dwar rapporti ta' informazzjoni falza, notifiki dwar marki kummerċjali u Rata ta' Kontenut Muri. Fl-2022, pprovdejna ħarsa addizzjonali lejn l-inizjattivi tagħna dwar il-filtrazzjoni ta' kontenut relatat mad-drogi, armi u suwiċidju jew ħsara lilek innifsek.
Fl-2023, bdejna nippubblikaw rapporti tat-trasparenza addizzjonali li jiffokaw fuq ċerti reġjuni, skont ir-rekwiżiti legali applikabbli. Il-paġni ddedikati għall-Awstralja, Kalifornja, u l-Unjoni Ewropea jikkumplimentaw l-informazzjoni li nipprovdu fir-Rapport tat-Trasparenza dinji tagħna.
Fl-2024, aġġornajna r-Rapport tat-Trasparenza dinji tagħna biex ninkludu dejta u għarfien addizzjonali dwar il-ħidma proattiva tagħna għal sigurtà ikbar.
Aħna kontinwament naħdmu biex intejbu r-rapporti tagħna skont ma jitolbu minna l-liġijiet madwar id-dinja.
Snap hija impjenata biex tipprovdi lil kull Snapchatter u parti interessata esterna b'riżorsi utli dwar il-proċessi ta' sigurtà u privatezza, il-politiki tagħna u l-għodod relatati. Dawn ir-riżorsi huma disponibbli fiċ-Ċentru tal-Privatezza, is-Sigurtà u l-Politika tagħna. Hawn taħt nagħtu ħarsa lejn ftit minn dawn ir-riżorsi addizzjonali.
Peress li Snap hija pjattaforma għal utenti ta' etajiet 13+, nemmnu li huwa essenzjali li ninfurmaw u ninvolvu lill-utenti dwar kif jistgħu jgħinu jżommu l-pjattaforma sigura. B'diversi riżorsi, bħaċ-Ċentru għas-Sigurtà tal-Familja u ċ-Ċentru tal-Familjatagħna, l-għodod fl-app ta' Snap għall-ġenituri, l-għan tagħna hu li nipprovdu l-utenti u l-familji tagħhom bl-għodod li jeħtieġu biex jikkomunikaw u jifhmu kif jibqgħu siguri fuq Snapchat.
Ir-Regoli tal-Komunità tagħna huma s-sisien tal-prinċipji tas-sigurtà tagħna u maħsuba biex ngħarrfu lill-utenti dwar kif għandhom jużaw Snapchat b'mod responsabbli. Wieħed mill-modi ta' kif inżommu Snapchat sigura huwa li ta' sikwit nerġgħu nduru r-Regoli tagħna biex nifhmu għadhomx jilħqu l-għan tagħhom.
Kif tirrapporta tħassib dwar is-sigurtà
Filwaqt li t-timijiet tas-sigurtà u l-IA avvanzata tagħna jaħdmu 24 siegħa kuljum biex iżommu l-pjattaforma ta' Snapchat sigura, aħna niddependu wkoll fuq l-utenti tagħna biex jirrapportawlna t-tħassib tagħhom. Biex nagħmlu dan, noffru għodod kemm fl-app kif ukoll fuq l-internet biex nirrapportaw kontenut u individwi li jiksru l-politiki tagħna.
Il-benesseri u s-sigurtà tal-utenti tagħna jiġu l-ewwel għal Snap. Biex nipprovdu riżorsi interessanti għall-utenti tagħna u li jista' jifhimhom kulħadd, ħloqna għodod fl-app bħal Hawn Għalik, li jipprovdu appoġġ b'mod proattiv direttament mill-app, biex ngħinu lill-iSnapchatters li jafu jkunu għaddejjin minn xi kriżi emozzjonali jew ta' saħħa mentali.
Għalina ta' Snap, il-privatezza tiegħek hi l-prijorità tagħna. Aħna nfittxu li niksbu l-fiduċja tiegħek kull darba li tuża Snapchat, jew kwalunkwe wieħed mill-prodotti tagħna—huwa għalhekk li nittrattaw l-informazzjoni tiegħek b'mod differenti minn ħafna kumpaniji teknoloġiċi oħra. Avolja l-prodotti tagħna qed jevolvu kontinwament, il-prinċipji tal-privatezza tagħna u l-impenn qawwi tagħna lejn il-privatezza tal-utent jibqgħu l-istess.
L-Indiċi tal-Benesseri Diġitali
Aħna impenjati li nibqgħu nqisu u ntejbu l-benesseri diġitali tal-Ġenerazzjoni Ż permezz tal-Indiċi tal-Benesseri Diġitali (DWBI) ta' kull sena. Mibdi fl-2022, dan l-istħarriġ dettaljat jistħarreġ l-adoloxxenti, liż-żgħażagħ u lill-ġenituri tagħhom f'sitt pajjiżi—l-Awstralja, Franza, il-Ġermanja, l-Indja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti—biex neżaminaw il-benesseri fuq l-internet. L-Indiċi tal-Benesseri Diġitali juża l-mudell PERNA li jqis 20 stqarrija f'ħames kategoriji: Emozzjonijiet Pożittivi, Interazzjonijiet, Relazzjonijiet, Emozzjonijiet Koroh u Kisbiet. Billi twettaq din ir-riċerka b'mod konsistenti, l-għan ta' Snap hu li tagħti għarfien siewi dwar l-esperjenzi taż-żgħażagħ fuq l-internet u tifhem kif tista' toħloq għodda u riżorsi li jwasslu għal atmosfera diġitali iktar sigura u ta' ġid ikbar.
L-għan tagħna huwa li niġġieldu b'mod effettiv kontra rikatti sesswali għall-flus permezz ta' sistemi ta' identifikazzjoni proattivi, il-ħidma tagħna mal-inizjattiva “Take It Down” tan-NCMEC, għodod tar-rappurtar ta' kwalità ogħla fl-app u riżorsi edukattivi. Il-kontijiet li jwettqu din ix-xorta ta' mġiba jitneħħew minnufih u fejn ikun meħtieġ, nirrapportawhom lill-awtoritajiet.
Din il-gwida hi maħsuba biex tgħin lill-ġenituri u lill-kustodji jifhmu kif taħdem Snapchat, is-sistemi ewlenin ta' protezzjoni li noffru lill-adoloxxenti, kif jużaw l-għodod għall-ġenituri tagħna u biex inwieġbu l-iktar mistoqsijiet komuni.
Din il-gwida tagħti informazzjoni lill-uffiċjali tal-forzi tal-ordni li jixtiequ jiksbu r-reġistri tal-kontijiet ta' Snapchat (ċoè d-dejta tal-utent ta' Snapchat) mingħand Snap.
Blogg dwar is-Sigurtà u l-Impatt
Mibdi f'April tal-2021, il-blogg tagħna għandu l-għan li jkun riżorsa siewja għal għadd ta' persuni interessati u attivisti li jixtiequ jsiru jafu iktar dwar kif naħdmu biex inħarsu s-sigurtà, il-privatezza u l-benesseri tal-komunità ta' Snapchat tagħna.