Avviż dwar il-Privatezza għall-Brażil

Fis-seħħ minn: 30 ta' Settembru 2021

Ħloqna dan l-avviż apposta għall-utenti ġewwa l-Brażil. L-utenti ġewwa l-Brażil għandhom il-jeddijiet tal-privatezza mogħtija lilhom kif speċifikat taħt il-liġi Brażiljana, fosthom il-Lei Geral de Proteção de Dados Pessoais (LGPD). Il- Prinċipji tal-Privatezza tagħna u l-għażliet tal-privatezza li nagħtu lill-utenti kollha huma skont dawn il-liġijiet—dan l-avviż jiżgura li nwettqu ir-rekwiżiti kollha speċifiċi għall-Brażil. Pereżempju, l-utenti kollha jistgħu jużaw l-app biex jitolbuna kopja tad-data tagħhom, jitolbuna nħassru id-data, u jagħżlu s-"Settings" tal-privatezza tagħhom. Għad-dettalji kollha tagħna, aqra l-Politika tal-Privatezza.

Kontrollur tad-Data

Jekk int utent ġewwa l-Brażil, għandek tkun taf li Snap Inc. hija l-kontrollur tal-informazzjoni personali tiegħek.

Jeddijiet għall-Aċċess, għat-Tħassir, għat-Tiswija u għat-Tmexxija tad-Dejta

Tista' tuża l-jeddijiet tiegħek għall-aċċess, għat-tħassir, għat-tiswija u għat-tmexxija tad-dejta skont it-taqsima Kontroll fuq l-Informazzjoni Tiegħek tal-Politika tal-Privatezza.

Sisien Legali biex Nużaw l-Informazzjoni Tiegħek

Pajjiżek iħallina nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biss meta xi kundizzjonijiet ikunu fis-seħħ. Dawn il-kundizzjonijiet jissejħu “sisien legali” u, aħna ta' Snap, ħafna drabi nużaw wieħed minn dawn erbgħa:
  • Kuntratt. Waħda mir-raġunijiet għaliex nafu nużaw l-informazzjoni tiegħek hija li tkun ilħaqt ftehim magħna. Pereżempju, meta tixtri ĠeoFiltru Personalizzat u taċċetta r-Regoli tal-Għodod Kreattivi Personalizzati tagħna, aħna neħtieġu nużaw xi informazzjoni privata tiegħek biex niġbru l-ħlas u niżguraw li nuru l-Ġeofiltru tiegħek lin-nies ix-xierqa fil-post u l-ħin kif suppost.
  • Interess leġittimu. Raġuni oħra għaliex nafu nużaw l-informazzjoni tiegħek hija li aħna jkollna—jew parti terza jkollha—interess leġittimu li nagħmlu hekk. Pereżempju, aħna neħtieġu nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biex nipprovdu u ntejbu s-servizzi tagħna, fosthom li nħarsu l-kont tiegħek, inxandru l-iSnaps tiegħek, li nipprovdu appoġġ lill-klijent, u ngħinuk issib ħbieb u kontenut li nemmnu li se jogħġbok. Billi l-biċċa l-kbira tas-servizzi tagħna huma bla ħlas, nafu wkoll nużaw xi informazzjoni dwarek biex nippruvaw nuruk xi reklami li ssib interessanti bbatażi fuq l-informazzjoni tiegħek. Punt importanti li jeħtieġlek tifhem dwar interess leġittimu hija li l-interessi tagħna mhux iktar importanti mid-dritt tiegħek għall-privatezza, u għalhekk nużaw is-sies tal-interess leġittimu biss meta nemmnu li l-mod kif nużaw id-data tiegħek ma jkollux impatt sinifikanti fuq il-privatezza tiegħek, għax huwa mistenni minnek li nistgħu nużaw id-data tiegħek f'dak il-każ, jew għax hemm raġuni importanti biex nagħmlu hekk. Hawn tista' ssib iktar dettalji dwar ir-raġunijiet kummerċjali leġittimi tagħna biex nużaw l-informazzjoni tiegħek.
  • Kunsens. F'ċerti sitwazzjonijiet se nitolbuk għall-kunsens biex nużaw l-informazzjoni tiegħek għal xi skop partikolari. Jekk nagħmlu hekk, se niżguraw li tkun tista' tirrinunzja l-kunsens tiegħek mis-servizzi tagħna jew mill-permessi ta' l-appart tiegħek. Anki jekk ma nkunux qed niddependu fuq il-kunsens tiegħek biex nużaw l-informazzjoni tiegħek, xorta nistgħu nitolbuk permess għall-aċċess ta' data bħall-lista tal-kuntatti jew il-post fejn tinsab.
  • Obbligu legali. Nafu nkunu meħtieġa nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biex nimxu mal-liġi, bħal ngħidu aħna, meta nkunu obbligati nagħmlu hekk minn xi proċess legali jew meta jkollna nwettqu xi għemil biex inħarsu lill-utenti tagħna.

Il-Dritt Tiegħek li Toġġezzjona

Għandek il-jedd li toġġezzjona li nużaw l-informazzjoni tiegħek. B'ħafna tipi ta' data, tajniek l-għażla li sempliċement tħassar id-data jekk ma tixtieqniex inkomplu nipproċessawha. Għal xorta oħra ta' dejta, tagjniek l-għażla li ma tħalliniex nużaw id-dejta billi titfi l-dik faċilità għal kollox. Tista' tuża l-app biex tagħmel hekk. Tista' tikkuntattjana jekk hemm xi xorta oħra ta' informazzjoni li ma taqbilx li nipproċessaw.