Snaps u Taħditiet

L-istess bħal meta titħaddet ma' xi ħadd wiċċ imb wiċċ jew waqt telefonata, meta titħaddet bl-iSnaps jew b'Taħditiet tista' taqsam dak li għandek f'moħħok dak il-ħin — mingħajr ma awtomatikament iżżomm kopja permanenti ta' kulma tkun għedt.

Żomm f'moħħok li jekk tixtieq, xorta tista' tagħżel li tissejvja Snap qabel tibgħatha. Min jirċeviha dejjem jista' jieħu ritratt tal-iskrin. Tista' wkoll tissejvja messaġġ f'Taħditiet — kemm tagħfas fuqu. Snapchat tagħmilhielek eħfef li tissejvja dak li hu importanti mingħajr ma tgħabbik bil-bqija.

Il-proċess taż-żamma tal-iSnaps tfassal mill-bidu nett biex iħares il-privatezza. Tista' tagħżel jekk l-iSnaps tiegħek jistgħux jintrefgħu fuq Snapchat. Biex Snap tkun tista' tintrefa', kemm tagħżel li l-iSnap ma tiskadi qatt. Dejjem tista' tħassar kull messaġ li bgħatt, anki dawk l-iSnaps li erfajt f'Taħditiet. Kemm tagħfas u żżomm subgħajk fuqu biex ma jibqax merfugħ. Meta tissejvja Snap, jew qabel jew wara li tibgħatha, tista' tibda tagħmel parti mill-Memorji tiegħek. Meta xi ħabib(a) tiegħek jissejvja/tissejvja Snap, tista' ssir parti mill-Memorji tagħhom. Biex tikseb informazzjoni iktar dettaljata dwar Memorji, agħti titwila lejn it-taqsima Memorji t'hawn.

Dejjem tista' tuża t-Taħditiet bil-Leħen u bil-Vidjo biex tikkomunika ma' Sħabek. Jekk tixtieq tħallilhom biss messaġġ bil-leħen, tista' tagħmel hekk ukoll — kemm tagħfas u żżomm l-ikona tal-mikrofonu biex tirreġistra Messaġġ bil-Leħen. L-iSnapchatters jistgħu wkoll jużaw il-faċilità tat-Traskrizzjoni tal-Messaġġi bil-Leħen biex niktbu dak li jkun qed jingħad waqt it-Taħditiet bil-Leħen ħalli jkunu jistgħu jinqraw.

L-iSnaps u t-Taħditiet bejnek u bejn sħabek huma privata u bħala regola standard jitħassru — anki t-Taħditiet bil-Leħen u bil-Vidjo — u dan ifisser li ma niċċekkjawx xi jkun intqal biex nippersonalizzaw l-esperjenza tagħna, biex nagħtuk xi suġġerimenti jew biex nuruk ir-riklami. Dan ifisser ukoll li ma nafux fuqiex qed titħaddet jew tibgħat bħala Snaps, ħlief b'ċerti eċċezzjonijiet marbuta mas-sigurtà (bħal, ngħidu aħna, meta jidħlilna xi rapport li l-kontenut jikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna jew biex inżommu lill-ispammers milli jibagħtulek programmi jew kontenut ieħor li jagħmel il-ħsara) jew sakemm ma titlobniex nifhmu x'qed jingħad (bħal, ngħidu aħna, meta tuża l-faċilità tat-Traskrizzjoni tat-Taħditiet bil-Leħen).

Snapchat għall-Internet

Snapchat għall-Internet iħallik tuża Snapchat mill-kompjuter tiegħek bl-istess esperjenza ta` meta tuża l-app ta` Snapchat. L-ewwel jeħtieġlek tidħol fil-kont ta' Snapchat tiegħek. Wara li tidħol nafu nibagħtu notifikazzjoni lill-app ta' Snapchat tiegħek biex niżguraw li m'hemm ħadd ieħor li qed jipprova jidħol fil-kont tiegħek.

Kif tidħol fil-kont tiegħek għandek issib li Snapchat għall-Internet jixbah ħafna lill-app ta' Snapchat, b'xi differenzi żgħar li għandek tkun taf dwarhom. Jekk, ngħidu aħna, qed iċċempel lil xi ħadd minn Snapchat għall-Iinternet, mhux se tkun tista' tuża l-Lentijiet jew l-għodod kreattivi kollha. Se nkunu qed nagħmlu iktar bidliet fi Snapchat għall-Internet u għalhekk nistednuk taqra r-riżorsi t'hawn taħt biex issir taf iktar!

Gen AI ✨

Generative AI is a type of technology that learns from large amounts of data and is designed to create new content – like text, images or visuals, and videos. Generative AI is part of the Snapchat experience and we are committed to its responsible development. We are constantly working on new ways to enhance our features with the use of generative AI to make Snapchat more interactive and personalized to you. For example, by offering generative AI Lenses that take you back to the 90s or imagine your next summer job. Many features are powered with generative AI, including My Selfies, AI Lenses, My AI (discussed in more detail below), Dreams, AI Snaps, and more 

We may indicate that a feature or a piece of content is powered by generative AI by including a sparkle icon ✨, adding specific disclaimers, or tool tips. When you export or save your visual content, we add a Snap Ghost with sparkles ✨ to indicate that the visual was generated by AI.

We are constantly improving our technology. In order to do that, we may use the content and feedback you submit and the generated content to improve the quality and safety of our products and features. This includes improving the underlying machine learning models and algorithms that make our generative AI features work and may include both automated and manual (i.e., human) review or labeling of the content and any feedback you submit. 

To make Snapchat’s generative AI features safe and meaningful for all users, please adhere to our Community Guidelines and our dos and don’ts of generative AI on Snapchat. 

My AI

My AI huwa robot tat-taħdit mibni fuq it-teknoloġija tal-IA ġenerattiv u ġie mfassal biex ikun sigur. Tista' titħaddet ma' My AI direttament jew issejjaħlu f'taħdita billi tuża s-simbolu @ u ssemmi lil My AI. L-IA ġenerattiv hija teknoloġija ġdida li tista' tagħtik tweġibiet preġudikati, ħżiena, li jagħmlu ħsara jew qarrieqa u għalhekk qatt m'għandek toqgħod fuq il-pariri li jagħtik. M'għandekx lanqas taqsam xi informazzjoni sigrieta jew privata għax jekk tagħmel hekk, din l-informazzjoni se tintuża minn My AI.

It-taħditiet tiegħek ma' My AI mhux l-istess bħat-Taħditiet u l-iSnaps ma' Sħabek — aħna nżommu l-kontenut li tibgħat u tikseb mingħand My AI (bħal, ngħidu aħna, l-iSnaps u t-Taħditiet) sakemm tħassar il-kontenut mill-app jew tħassar il-kont tiegħek. Meta titħaddet ma' My AI, aħna nużaw il-kontenut li taqsam u l-post fejn tinsab (jekk għażilt li taqsam il-post fejn tinsab ma' Snapchat) biex intejbu s-servizzi ta' Snap, fosthom biex intejbu s-sigurtà ta' My AI u biex nagħtuk esperjenza iktar personalizzata, anki fejn jidħlu r-riklami.

My AI tista' wkoll issemmi l-post fejn tinsab jew il-bijografija li tkun għażilt għal My AI fit-tweġibiet tagħha (fosthom fit-taħditiet fejn issemmi lil My AI bis-simbolu @).

Jekk għadek m'għalaqtx it-18-il sena, adult li tafda — bħal, ngħidu aħna, il-ġenitur jew il-gwardjan legali tiegħek — jista' juża ċ-Ċentru tal-Familja biex jara jekk tħadditx ma' My AI u jitfilek jew jixgħellek l-aċċess għal My AI. L-adulti fdati ma jistgħux jaqraw il-kontenut ta` xi jkun qed jingħad bejnek u bejn My AI.

Biex nagħtuk is-servizz ta' My AI, naqsmu l-informazzjoni tiegħek mal-operaturi tas-servizzi u l-imsieħba tar-riklami tagħna.

Aħna l-ħin kollu naħdmu biex intejbu My AI. Jekk xi tweġiba mingħand My AI ma togħġbokx, jekk jogħġbok għarrafna.

Biex issir taf iktar, aqra r-riżorsi t'hawn taħt!

Stejjer

Hemm iktar minn xorta ta' Story waħda fuq Snapchat u għalhekk tista' taqsam ħajtek mal-udjenza li tagħżel int. Bħalissa għandna dawn ix-xorta ta' Stejjer:

  • Story Privata. Jekk tixtieq taqsam Story ma' xi wħud minn Sħabek biss, tista' tagħżel Story Privata.

  • Story għall-Ħbieb tal-Qalb. Jekk tixtieq taqsam l-iStory tiegħek mal-Ħbieb tal-Qalb biss, agħżel Story għall-Ħbieb tal-Qalb.

  • L-Istorja Tiegħi - Sħabek. L-Istorja Tiegħi Sħabek tgħinek taqsam Storja ma' Sħabek kollha. Żomm f'moħħok li jekk mill-Għażliet tagħżel li l-Istorja Tiegħek Sħabek tista' tinfetaħ minn ‘Kulħadd’, l-Istorja Tiegħek titqies pubblika u kulħadd ikun jista' jiftaħha.

  • Stejjer Maqsuma. L-Istejjer Maqsuma huma stejjer bejnek u grupp ta' Snapchatters oħra.

  • Stejjer tal-Komunità. Jekk tagħmel parti minn xi Komunità ta' Snapchat, tista' tibgħat il-kontenut lill-Istorja tal-Komunità. Il-kontenut jitqies pubbliku u jista' jinfetaħ mill-membri tal-komunità.

  • L-Istorja Tiegħi - Pubblika. Jekk tixtieq l-istorja tiegħek tkun pubblika u tilħaq udjenza ikbar, ibgħat l-Istorja tiegħek lill-Istorja Tiegħi Pubblika u tista' tintwera fi mkejjen oħra tal-app, bħal Sejjieba.

  • Mappa ta' Snap. L-Istejjer mibgħuta lill-Mappa ta' Snap huma pubbliċi u jistgħu jintwerew fuq il-Mappa ta' Snap u barra l-pjattaforma ta' Snapchat.

Sakemm ma tibdilx l-għażliet, ma terfax l-Istorja fil-Profil Pubbliku tiegħek jew xi ħadd minn Sħabek ma jerfagħhiex f'Taħdita, il-biċċa l-kbira tal-Istejjer jitħassru wara 24 siegħa. Wara li tkun tellajt Storja, Sħabek u Snapchatters oħra se jkunu jistgħu jiftħuhom u jużawhom. Ngħidu aħna, jistgħu jużaw l-istess Lenti li tkun użajt, jużaw l-iSnap għal Snap oħra jew jaqsmuha ma' sħabek u ma' nies oħra.

Żomm f'moħħok: kulħadd jista' jieħu ritratt tal-iskrin jew jirreġistra l-iskrin waqt li tkun qed tintwera Storja!

Profili

Il-Profili jagħmluha eħfef li ssib l-informazzjoni u l-faċilitajiet ta' Snapchat li tixtieq. Hemm ħafna xorta ta' Profili fuq Snapchat fosthom Il-Profil Tiegħi, il-Profili tal-Ħbiberija, il-Profili tal-Gruppi u l-Profili Pubbliċi.

Il-Profil Tiegħi juri d-dettalji ta' Snapchat tiegħek bħal, ngħidu aħna, il-Bitmoji tiegħek, il-post fejn tinsab fuq il-Mappa, id-dettalji ta' sħabek u iktar. Il-Profil tal-Ħbiberija huwa profil speċjali għal kull ħbiberija u huwa fejn tista' ssib l-iSnaps u t-Taħditiet li rfajt, id-dettalji ta' Snapchat tal-ħabib tiegħek bħal, ngħidu aħna, il-Bitmoji tiegħu u l-post fejn jinsab fuq il-Mappa (jekk qed jaqsam dak il-post miegħek) u fejn tista' tieħu ħsieb il-ħbiberija kif ukoll tirrapporta, timblokka jew tneħħi dak il-ħabib. Il-Profili tal-Gruppi juru l-iSnaps u t-Taħditiet li rfajt mit-Taħdita tal-Grupp u d-dettalji ta' Snapchat ta' sħabek.

Il-Profili Pubbliċi jgħinu lill-iSnapchatters jinstabu fi Snapchat. Fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni, jekk għalaqt it-18-il sena, int eliġibbli għal Profil Pubbliku. Fil-Profil Pubbliku tiegħek tista' turi l-iktar Stejjer, Spotlights, Lentijiet jew informazzjoni oħra li laqtuk. Snapchatters oħra se jkunu jistgħu jsegwu l-Profil Pubbliku tiegħek. Għalkemm bħala regola standard l-għadd ta' segwaċi tiegħek mhux se jintwera, jekk tixtieq tista' tixegħlu mill-Għażliet.

Spotlight

Spotlight tgħinek tiskopri Snapchat minn post wieħed u taqsam miegħek l-iktar Snaps interessanti, ħalaqhom min ħalaqhom!

L-iSnaps u l-Kummenti mibgħuta lil Spotlight huma pubbliċi u għalhekk Snapchatters oħra se jkunu jistgħu jaqsmuhom kemm fuq Snapchat kif ukoll fi mkejjen oħra kif ukoll jerġgħu jużaw l-iSnaps ta' Spotlight. Ngħidu aħna, jistgħu jieħdu l-iSnap tiegħek int u tiżfen ħażin biex iddaħħak u jqiegħdu reazzjoni fuqha. Il-Profil Tiegħek huwa fejn tista' tieħu ħsieb u tikseb ħarsa ġenerali tal-iSnaps li bgħatt fuq Spotlight. Tista' wkoll timmarka liema kontenut ta' Spotlight jogħġbok u meta tagħmel hekk, aħna nżidu dak il-kontenut mal-lista tal-favoriti biex nagħtuk esperjenza ta' Spotlight iktar addattata għalik.

Int u tiskopri u tuża Spotlight, aħna se naddattaw il-kontenut ta' Spotlight għalik billi nuruk iktar kontenut li naħsbu li se jogħġbok. Jekk, ngħidu aħna, ftaħt ħafna Snaps dwar iż-żfin, aħna se nuruk iktar kontenut marbut maż-żfin. Nistgħu wkoll ngħarrfu lil sħabek meta taqsam, tissuġġerixxi jew tikkummenta fuq Snap ta' Spotlight.

Meta tibgħat l-iSnaps fuq Spotlight nitolbuk timxi mar-Regoli tal-Komunità, mar-Regoli ta' Spotlight u mal-Linji Gwida ta' Spotlight tagħna. Kull ħaġa li tibgħat fuq Spotlight tinħażen fuq is-servers tagħna sakemm tħassarha u tista' tibqa' tinstab fuq Snapchat għal tul ta' żmien. Jekk tixtieq tneħħi Snap li bgħatt fuq Spotlight, tista' tagħmel hekk mill-Profil tiegħek.

Memorji

Memorji tagħmilhielek eħfef li tagħti ħarsa lura lejn Snaps li kont erfajt u anki tibdilhom u terġa' tibgħathom! Aħna nżidu xi ftit żidiet ta' Snapchat mal-kontenut merfugħ f'Memorji (kif ujkoll għall-kontenut fl-album tal-kamera tat-tagħmir tiegħek jekk tajtna aċċess għalih) biex nagħtuk esperjenza iktar addattata għalik. Nagħmlu hekk billi nżidu t-tikketti skont il-kontenut biex tkun tista' ssibu iktar malajr u biex nifhmu x'kontenut jogħġbok l-iktar biex inkunu nistgħu nuruk kontenut bħalu f'Memorji jew fi mkejjen oħra tas-Servizzi tagħna, bħal Spotlight. Ngħidu aħna, jekk f'Memorji terfa' ħafna Snaps tal-kelb tiegħek, aħna nifhmu li hemm kelb u naddattawlek l-esperjenza billi nuruk Snaps ta' Spotlight jew riklami dwar l-isbaħ ġugarelli għall-kelb tiegħek!

Nafu nissuġġerulek ukoll kif taqsam il-Memorji u l-kontenut tal-album tal-kamera tiegħek ma' sħabek b'xi mod ġdid — bħal xi Lenti ferrieħa! — imma dejjem se tkun int li tagħżel meta u kif taqsamhom. Se ngħinuk ukoll tqalleb il-Memorji kollha tiegħek billi, ngħidu aħna, niġbruhom skont xi medda ta' żmien jew post, biex tkunlek eħfef biex toħloq l-iStejjer jew l-iSnaps ta' Spotlight bil-Memorji favoriti għalik.

Għalkemm il-fatt li żżomm kopja tal-Memorji fuq l-internet jgħin biex ma jintilfux, dan ma jfissirx li għandek iċċedi s-sigurtà u l-privatezza tiegħek. Dan kien il-ħsieb li wassalna biex infasslu “Għal Għajnejja Biss”, li hi faċilità li żżomm l-iSnaps tiegħek siguri, kodifikati u mħarsa b'password tal-għażla tiegħek. B'hekk, anki jekk xi ħadd jisraqlek il-mowbajl u b'xi mod jirnexxielu jiftaħ Snapchat, dawn l-iSnaps privati tiegħek jinżammu siguri. Mingħajr il-password, ħadd ma jista' jara dak li rfajt f'“Għal Għajnejja Biss” — lanqas aħna! Però, importanti li ma tinsiex il-password għax m'hemmx mod ieħor ta' kif tirkupra dawk l-iSnaps kodifikati.

Barra minn hekk, f'Memorji tista' ssib ir-ritratti maħluqa bl-IA fejn tintwerew int u sħabek. Ir-ritratti li tkun ħadt tiegħek innifsek li ttella' biex toħloq dawn ir-ritratti, jintużaw biex, bl-għajnuna tal-IA ġenerattiv, noħolqu stampi ġodda bik u bi sħabek fihom.

Lentijiet

Qatt ħsibt ftit kif Lentijiet jistgħu jagħtuk dawk il-widnejn ta' ġeru jew jibdlu lewn xagħrek?

Il-Lentijiet jaħdmu bit-teknoloġija tal-“għarfien tal-oġġetti”. It-teknoloġija tal-għarfien tal-oġġetti hija algoritmu mfassal biex jgħin lill-kompjuters jifhmu x'oġġetti qed jintwerew fi stampa. F'dan il-każ, tgħinna nifhmu li mnieħer huwa mnieħer jew li għajn hija għajn.

It-teknoloġija tal-għarfien tal-oġġetti ma tagħrafx wiċċek. Għalkemm il-Lentijiet jistgħu jifhmu x'inhu jew x'mhuwiex wiċċ, ma jagħrfux wiċċek minn wiċċ ħaddieħor!

Ħafna mil-Lentijiet tagħna jużaw l-IA ġenerattiva biex joħolqu esperjenzi ferrieħa u jibdlu d-dehra u l-esperjenza tiegħek f'xi ħaġa mhux tas-soltu.

Kitt taʼ Snap

Il-Kitt ta' Snap hija ġabra ta' għoddod għall-iżviluppaturi li tagħmilhielek eħfef taqsam l-iSnaps, l-Istejjer u l-Bitmojis ma' apps favoriti tiegħek jew taqsam il-kontenut mill-apps u s-siti l-oħra mal-kont ta' Snapchat tiegħek! Meta tagħżel li taqbad ma' app jew sit, tista' tuża l-Kitt ta' Snap biex tiċċekkja x'informazzjoni qed tinqasam. Tista' wkoll tuża s-Settings ta' Snapchat biex meta trid tneħħi l-aċċess ta' xi sit jew app.

Jekk fi żmien 90 jum ma tiftaħx app jew sit imqabbda, aħna se nneħħulhom l-aċċess minn rajna. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar id-dejta li jaf tkun diġà nqasmet, jeħtieġlek tikkuntattja lill-iżviluppatur tal-app jew tas-sit.

Spectacles

Spectacles huma nuċċali tal-AR b'lenti trasparenti u li jaħdmu permezz ta' Snap OS, li jiftħu dinja ġdida, u jħalluk tesperjenza Lenses immersivi mal-ħbieb u l-familja, tuża IA Ġenerattiva, testendi l-esperjenza tiegħek fuq Snapchat u esperjenzi oħrajn fuq il-mowbajl fi tliet dimensjonijiet, u iktar. B'Lens Studio 5.0, faċilment tista' tibni u toħloq iterazzjonijiet ġodda fuq Lenses, inkluża l-Gen AI Suite.

Int u ddur liebes/liebsa l-iSpectacles tiegħek, kemm jekk tkun tinsab fuq avventura jew sempliċiment bir-rutina ta' kuljum, tista' tiġbed immaġnijiet u reġistrazzjonijiet bl-iSpectacles tiegħek u l-LEDs jixegħlu biex sħabek ikunu jafu. L-immaġnijiet jew il-vidjows miġbuda bi Spectacles jinħażnu lokalment fuq l-apparat; ma jinħażnux fuq il-cloud. Faċilment tista' timporta immaġni jew reġistrazzjoni miġbuda fil-librerija tar-ritratti fuq l-apparat tiegħek billi tuża l-Applikazzjoni ta' Spectacles.

Biex tkun tista' taħdem, hemm bżonn tal-aċċess għall-kamera u għall-mikrofonu fuq l-apparat Spectacles tiegħek. Il-kamera tuża informazzjoni dwar il-wiċċ, l-idejn, u l-madwar biex int tkun tista' tinteraġixxi ma' kontenut tal-AR, filwaqt li l-mikrofnu juża informazzjoni dwar leħnek biex ikunu jistgħu jitħaddmu funzjonijiet bħal vidjows reġistrati jew kmandi bil-leħen. Tista' tneħħi l-aċċess tal-Applikazzjoni ta' Spectacles għall-kamera u għall-mikrofonu fuq l-apparat ta' Spectacles tiegħek billi twaqqaf l-użu tal-apparat ta' Spectacles tiegħek jew billi tħassar il-kont tiegħek.

Spectacles huma mgħammrin bil-GPS u bil-GNSS inkorporati biex jaqbdu informazzjoni bbażata fuq il-post. Meta tissettja u tikkonnettja għall-ewwel darba l-iSpectacles ġodda tiegħek mal-Applikazzjoni ta' Spectacles, se tintalab jekk tixtieqx tattiva d-dejta dwar il-post. Int tista' tiddiżattiva d-dejta dwar il-post fi kwalunkwe ħin billi ssegwi l-passi deskritti hawnhekk.

My AI fi Spectacles u Lenses oħra jużaw l-IA ġenerattiva, li int tista' ssir taf iktar dwarha hawnhekk.

Il-Kont taʼ Snapchat tiegħek

Tista' ssib u tibdel il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni importanti tal-kont tiegħek u tas-Settings tal-privatezza direttament mill-app ta' Snapchat. Jekk tixtieq issib xi ħaġa li mhix fl-apps, żur accounts.snapchat.com, ikklikkja fuq ‘Id-Dejta Tiegħi’ u mbagħad agħfas fuq ‘Ibgħat it-Talba’. Aħna nħejjulek kopja tad-dettalji tal-kont tiegħek u ngħarrfuk meta tkun lesta biex tniżżilha. Jekk qatt tkun tixtieq tħassar il-kont ta' Snapchat tiegħek, tista' tħassru minn accounts.snapchat.com ukoll.

Skennja

Tista' tuża l-faċilità Skennja tagħna biex tiskennja l-kodiċi QR u l-iSnapcodes bil-mowbajl tiegħek. Hekk kif tiskennja se titla' ħolqa li tieħdok fejn ried iwasslek il-kodiċi.

Mappa ta' Snap

Il-Mappa ta' Snap hija l-iktar Mappa personalizzata u tħallik issib fejn tinsabu u fejn kontu int u sħabek, x'inhu jiġri madwarek, tissejvja u ssib ir-restoranti u l-bars favoriti u ssir taf x'inhu jiġri madwar id-dinja.

Mhux se tintwera fuq il-Mappa tas-Snaps sakemm taqsam il-post fejn tinsab ma' sħabek. Jekk ma tiftaħx l-app għal 24 siegħa, sħabek mhux se jibqgħu jsibu fejn tinsab fuq il-Mappa sakemm ma terġax tiftaħ Snapchat jew sakemm m'għażilt li taqsam il-post fejn tinsab magħhom għal dejjem. Mill-għażliet tal-Mappa tas-Snaps, dejjem tista' tibdel is-Settings ta' ma min taqsam il-post fejn tinsab miegħu. Tista' wkoll tagħżel li tixgħel il-‘Modalità Moħbija’ biex taħbi l-post fejn tinsab għal kulħadd ħlief dawk li qed taqsam il-post eżatt fejn tinsab direttament magħhom. Jekk tixtieq tieqaf taqsam l-informazzjoni diretta tal-post fejn tinsab, hemm għażla apposta għal hekk. Nafu nfakkruk ukoll jekk tkun qed taqsam il-post fejn tinsab għal ftit taż-żmien.

L-iSnaps li ntbagħtu fuq il-Mappa tas-Snaps jew li jintwerew fuq Spotlight b'tikketta tal-post fejn ittieħdu jistgħu jintwerew fuq il-Mappa — imma mhux kull Snap se tintwera. Il-biċċa l-kbira tal-iSnaps fuq il-Mappa jintgħażlu bi proċess awtomatiku. Żomm f'moħħok: l-iSnaps mibgħuta fuq il-Mappa jew li għandhom tikketta tal-post fuq Spotlight huma Kontenut Pubbliku u l-iSnap tiegħek tista' tintwera barra l-pjattaforma ta' Snapchat jekk xi ħadd jaqsamha barra l-pjattaforma. Barra minn hekk, kull ħaġa li tibgħat fuq il-Mappa tas-Snaps tista' tinħażen minna għal ftit taż-żmien u tista' tinstab fuq Snapchat għal tul ta' żmien — kultant anki għal snin. Jekk tixtieq tneħħi Snap li bgħatt fuq il-Mappa tas-Snaps jew li żidtilha tikketta tal-post fuq Spotlight, tista' tagħmel hekk mill-profil tiegħek. Tista' wkoll tibgħat Snap fuq il-Mappa tas-Snaps mingħajr ma torbotha ma' ismek jew mad-dettalji tal-profil l-oħra tiegħek.

Meta naħsbu li jkun hemm xi ħaġa interessanti għaddejja, taf titla' ħarsetta żgħira tal-iStory fuq il-Mappa. L-Istejjer għall-Postijiet jintwerew ukoll meta tkabbar il-Mappa. Ħafna drabi dawn jinħolqu awtomatikament — filwaqt li l-iStejjer għall-avvenimenti ikbar jafu jinħolqu bi ħsieb.

Jekk jogħġbok oqgħod attent meta tibgħat xi Snaps fuq il-Mappa ta' Snap jew fi mkejjen oħra ta' Snapchat għax jaf tikxef il-post fejn tinsab. Jekk, ngħidu aħna, tibgħat Snap tat-Torri Eiffel fuq il-Mappa ta' Snap, il-kontenut tal-iSnap tiegħek se jikxef li kont qrib it-Torri Eiffel ġewwa Pariġi.

Il-Postijiet fuq il-Mappa ta' Snap iqarrbuk lejn in-negozji tal-post. Biex tiftaħ il-listing ta' post, kemm tagħfas fuq il-Post fuq il-Mapp jew tagħfas Fittex fin-naħa ta' fuq tal-Mappa u tfittex post. Il-Postijiet jagħtu esperjenza personalizzata tal-Mappa.

Jekk issib xi ħaġa li tikser ir-Regoli tal-Komunità tagħna, jekk jogħġbok iktbilna u għarrafna dwarha!

Post fejn tinsab

Bħala regola standard, it-tagħmir tiegħek ma jaqsamx il-post eżatt fejn tinsab bħal, ngħidu aħna, id-dejta tal-GPS ma' Snapchat. Jekk tagħżel li taqsam il-post fejn tinsab, nagħtuk għadd ta' prodotti u servizzi li jtejbulek l-esperjenza. Ngħidu aħna, xi Ġeofiltri u Lentijiet jaħdmu biss skont il-post fejn tinsab jew skont dak li jkun għaddej madwarek. Jekk taqsam il-post fejn tinsab magħna, se nkunu nistgħu kemm nuru lil sħabek li tagħżel fejn tinsab fuq il-Mappa kif ukoll nuruk x'qed jiġri madwarek u li naħsbu li jinteressak. Meta taqsam magħna l-post fejn tinsab, tista' wkoll titlobna għas-suġġerimenti ta' postijiet fil-qrib int u titħaddet ma' My AI. L-informazzojni dwar il-post fejn tinsab tgħinna wkoll nifhmu x'jaf jinteressak — għalhekk lin-nies minn Franza se nuruhom il-kontenut li ġej minn Franza, riklami bil-Franċiż u ħwejjeġ oħra bħal dawn.

Aħna naħżnu d-dejta tal-GPS għal ftit taż-żmien biex tgħinna ntejbu l-Mappa u faċilitajiet oħra u biex nuruk, bi preċiżjoni ikbar, il-postijiet li jafu jinteressawk iktar. Nistgħu, ngħidu aħna, naħżnu l-informazzjoni dwar xi wħud mill-postijiet li żżur l-iktar ta' sikwit biex nuruk iktar kontenut siewi għalik f'Tiftix jew biex naġġornaw il-lista tal-għemil tiegħek marbut ma' Bitmoji fuq il-Mappa. Nistgħu wkoll naħżnu l-informazzjoni dwar il-post fejn ikunu ttieħdu l-iSnaps li tissejvja f'Memorji jew tibgħat fuq Stejjer, Spotlight jew il-Mappa tas-Snaps biex naddattaw l-esperjenza tiegħek għalik.

Għal-iSpectacles il-ġdid, xi wħud mill-faċilitajiet jafu jeħtieġu d-dettalji tal-post fejn tinsab biex jaħdmu kif suppost. Biex nifhmu aħjar fejn tinsab, nistgħu nużaw id-dejta ta' għadd ta' sorsi. Jekk, ngħidu aħna, ma nkunux nistgħu nsibu fejn jinsab in-nuċċali tax-xemx tiegħek, nistgħu nużaw l-informazzjoni tal-GPS li niksbu mill-app ta' Snapchat tat-tagħmir tiegħek biex nagħtuk il-faċilitajiet li jeħtieġu d-dettalji tal-post fejn tinsab.

Jekk titfi l-permessi tal-post fejn tinsab mis-Settings tat-tagħmir tiegħek, xorta tista' tuża Snapchat u Spectacles imma xi faċilitajiet jafu ma jaħdmux kif suppost (jew ma jaħdmu xejn!). Kultant nistgħu nobsru fejn tinsab bħal, ngħidu aħna l-pajjiż jew il-belt tiegħek, mill-indirizz IP — imma mhix sistema perfetta.

Kamejiet

Kamejiet iħalluk tkun l-istilla fil-vidjows qosra u looping tiegħek. Biex tippermetti Kamejiet, nitolbuk tieħu selfie biex inpoġġuk f'xeni divertenti. Ma nużawx softwer għar-rikonoxximent tal-wiċċ. Minflok, Kamejiet jaqsmu l-forma ta' wiċċek u ta' xagħrek biex ipoġġuk fix-xeni u jiżguraw li l-kamejiet huma ottimizzati.

Inti tikkontrolla s-selfie tiegħek u tista' tibdlu, tħassru jew twaqqaf lill-oħrajn milli jużaw is-selfie tiegħek f'kamejiet ta' żewġ persuni fis-settings ta' Snapchat.